|
2.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 331/06)
1.
Fil-25 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fincantieri Europe S.p.A. (‘Fincantieri’) (l-Italja), |
|
— |
Chantiers de l’Atlantique (‘CAT’) (Franza), ikkontrollata mill-Agence des Participations de l’Etat. |
Fincantieri takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ CAT.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
Il-konċentrazzjoni ġiet irriferuta lill-Kummissjoni mill-Awtoritajiet Nazzjonali dwar il-Kompetizzjoni ta’ Franza u l-Ġermanja skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Fincantieri: grupp Taljan tal-bini tal-vapuri li huwa prinċipalment attiv fid-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vapuri kummerċjali (inklużi bastimenti tal-kruċiera), bastimenti militari u vapuri speċjalizzati fuq il-baħar kif ukoll servizzi anċillari lil sidien tal-vapuri (manutenzjoni, tiswija, konverżjoni, eċċ.), madwar id-dinja. |
|
— |
CAT: kumpanija Franċiża tal-bini tal-vapuri li hija prinċipalment attiva fil-kostruzzjoni ta’ bastimenti tal-kruċiera u fil-forniment ta’ servizzi relatati lil sidien tal-vapuri, madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).