02015D0699 — MT — 12.07.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/699

tal-24 ta' April 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qoton modifikat ġenetikament T304-40 (BCS-GHØØ4-7), jew li jkunu magħmula jew prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 2782)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 112 30.4.2015, p. 77)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1195 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Lulju 2019

  L 187

43

12.7.2019




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/699

tal-24 ta' April 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qoton modifikat ġenetikament T304-40 (BCS-GHØØ4-7), jew li jkunu magħmula jew prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 2782)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Il-qoton modifikat ġenetikament (Gossypium hirsutum) T304-40, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku BCS-GHØØ4-7, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

(a) ikel u ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-qoton BCS-GHØØ4-7, li jkunu magħmula minnu, jew li jkunu prodotti minnu;

(b) għalf li jkun fih il-qoton BCS-GHØØ4-7, li jkun jikkonsisti minnu, jew li jkun prodott minnu;

(c) il-qoton BCS-GHØØ4-7 fi prodotti li fihom jew li huma magħmula minnu għal kull użu ieħor għajr (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”.

2.  Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qoton T304-40 bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

Artikolu 4

Monitoraġġ għall-effetti ambjentali

1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ f'konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Reġistru Komunitarju

It-tagħrif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa ►M1  BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja ◄ .

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil ►M1  BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen ◄ — il-Ġermanja.




ANNESS

▼M1

(a)    Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.

▼B

(b)    Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

1. Ikel u ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-qoton BCS-GHØØ4-7, li jkunu jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu;

2. Għalf li jkun fih il-qoton BCS-GHØØ4-7, li jkun magħmul jew li jkun prodott minnu;

3. Qoton BCS-GHØØ4-7 fi prodotti li fihom il-qoton jew li huma magħmula minnu għal kull użu ieħor għajr 1 u 2, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qoton ġenetikament modifikat T304-40, kif deskritt fl-applikazzjoni, għandu l-proteina Cry1Ab modifikata li tipprovdi ħarsien minn ċerti parassiti lepidopterani u l-proteina PAT li tipprovdi tolleranza għall-erbiċida abbażi tal-ammonju tal-glufosinat.

(c)    It-tikkettar

1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”;

2. Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qoton T304-40 bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

(d)    Metodu ta' detezzjoni

— Metodu f'ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qoton T304-40,

— Ivvalidat mil-laboratorju ta' referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat f' http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx

— Materjal ta' Referenza: ERM-BF429 aċċessibli miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza (IRMM) f' https://ec.europa.eu/jrc/en/reference-materials/catalogue

(e)    L-identifikatur uniku

BCS-GHØØ4-7

(f)    Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Clearing House tal-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [to be completed when notified].

(g)    Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti

Mhux meħtieġa.

(h)    Il-pjan ta' monitoraġġ

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: plan published on the Internet]

(i)    Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: Il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawn il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.