|
2.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1244
tal-1 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2020 u għall-2023
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-2013 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 (2) li jipprevedi tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta’ ċertu kwota tal-kavalli fl-2009. Dak ir-Regolament stabbilixxa tnaqqis mill-kwota tal-kavalli fid-Diviżjoni 8c tal-ICES, fis-subżoni 9 u 10 tiegħu u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF u tnaqqis mill-kwota tal-inċova fis-subżona 8 tal-ICES. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013, it-tnaqqis mill-kwota ta’ Spanja għall-kavalli fid-Diviżjoni 8c tal-ICES, fis-subżoni 9 u 10 tiegħu u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF għas-snin 2020 u 2023 ġie stabbilit għal 5 544 tunnellata u 1 392 tunnellata rispettivament. |
|
(3) |
Fl-2019, Spanja ma staditx għal 3 341 tunnellata mill-kwota rilevanti tal-kavalli u b’hekk kien hemm inqas pressjoni tas-sajd fuq dak l-istokk meta mqabbel mal-kwantità massima permessa mill-opportunitajiet tas-sajd allokati għal dik is-sena. Spanja talbet li dawk il-kwantitajiet li ma ġewx mistada jintużaw biex jitnaqqas it-tnaqqis previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 għas-sena 2020 u għas-sena 2023. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu adattati l-kwantitajiet għat-tnaqqis għall-2020 u għall-2023 stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013. |
|
(4) |
L-ammonti mnaqqsa mill-kwoti għall-kavalli fl-2020 u fl-2023 wara t-tibdil xorta jkomplu jiżguraw li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-ispeċijiet ma jinqabżux f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta’ ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
|
Stokk |
Il-kwota inizjali għall-2009 |
Il-kwota adattata għall-2009 |
Il-qabdiet stabbiliti għall-2009 |
Id-differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed) |
It-tnaqqis għall-2013 |
It-tnaqqis għall-2014 |
It-tnaqqis għall-2015 |
It-tnaqqis għall-2016 |
It-tnaqqis għall-2017 |
It-tnaqqis għall-2018 |
It-tnaqqis għall-2019 |
It-tnaqqis għall-2020 |
It-tnaqqis għall-2021 |
It-tnaqqis għall-2022 |
It-tnaqqis għall-2023 |
|
MAC8C 3411 |
29 529 |
25 525 |
90 954 |
-65 429 |
100 |
100 |
100 |
5 544 |
6 283 |
4 805 |
4 421 |
3 214 |
5 544 |
5 544 |
381 |
|
ANE08 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
3 696 |
4 539 |
2 853 |
3 696 |
3 696 |
3 696 |
3 696 |
180 |
(1) Għall-inċova, is-sena jenħtieġ li tfisser l-istaġun tas-sajd li jibda f’dik is-sena.