12006E067

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU IV - Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni - Artikolu 67

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0069 - 0070
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0060 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0203 - Consolidated version


Artikolu 67

1. Matul perijodu transitorju ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva minn xi Stat Membru u wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew.

2. Wara dan il-perijodu ta’ ħames snin:

- il-Kunsill għandu jaġixxi fuq proposti mill-Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha teżamina kull talba li ssirilha minn xi Stat Membru u tissottometti proposta lill-Kunsill;

- il-Kunsill, li jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jieħu deċiżjoni bl-iskop li jipprovdi li l-oqsma kollha li huma koperti b’dan it-Titolu jew parti minnhom ikunu regolati bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u jadotta disposizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu mal-poteri tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3. B’deroga minn paragrafi 1 u 2, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 62 (2)(b) (i) u (iii) għandhom, mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ikunu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew;

4. B’deroga mill-paragrafu 2 il-miżuri msemmija fl-Artikolu 62(2)(b) (ii) u (iv) għandhom, wara perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ikunu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251.

5. B’deroga għall-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251:

- il-miżuri maħsuba fl-Artikolu 63(1) u (2)(a) basta l-Kunsill ikun minn qabel adotta, skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-leġislazzjoni tal-Komunità li tiddefinixxi ir-regoli komuni u l-prinċipji bażiċi li jirregolaw dawn il-materji;

- il-miżuri maħsuba fl-Artikolu 65 b’esklużjoni ta’ l-aspetti li jolqtu il-liġi tal-familja.

--------------------------------------------------