20.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1248

tad-19 ta’ Lulju 2022

dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Iż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Sussegwentement, l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. għall-ispeċijiet kollha tal-annimali.

(4)

L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Novembru 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, iż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. ma għandux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. jenħtieġ li jitqies bħala irritant għall-ġilda u għall-għajnejn, u bħala sensitizzatur potenzjali respiratorju u tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(6)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll, li ż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. huwa rikonoxxut li jagħti t-togħma lill-ikel, u li l-funzjoni tiegħu fl-għalf se tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, u għalhekk ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tiegħu. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ din is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8)

L-addittiv ikkonċernat fih xi komponenti bħall-karvakrol u t-timol li għalihom intwerew effetti żootekniċi f’ċerti addittivi diġà awtorizzati. Sabiex jiġi evitat l-użu ta’ dożi tal-addittiv li potenzjalment iwasslu għal effetti żootekniċi bħal dawn, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit kontenut massimu bħala kundizzjoni tal-użu ta’ żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. bħala aromatizzant fl-għalf.

(9)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza kkonċernata mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom din is-sustanza, li huma prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta’ Frar 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom din is-sustanza kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta’ Awwissu 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2019;17(12):5909.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b317-eo-i

-

Żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw.

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Żejt essenzjali mill-Origanum vulgare ssp. hirtum (Link) Ietsw. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa  (1)

Karvakrol: ≥ 75 %

Timol: ≤ 2,7 %

γ-Terpinen: ≤ 3,8 %

p-Ċimen: ≤ 6,2 %

Numru KtE: 317

Numru CAS: 336185-21-8

Numru FEMA: 2660

Metodu ta’ analiżi  (2)

Għad-determinazzjoni tal-karvakrol (markatur fitokimiku) totali fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) – ISO 13171.

Tiġieġ tas-simna

-

-

22

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fl-għamla ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għandhom jiġu indikati.

3.

It-taħlita taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L. subsp. hirtum (Link) Ietsw. ma’ addittivi awtorizzati oħra miksuba mill-Origanum vulgare L. ma għandhiex tkun permessa fl-għalf.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

9.8.2032

Tiġieġ tal-bajd

-

-

33

Dundjani tas-simna

-

-

30

Driefeġ

-

-

40

Ħnieżer tas-simna

-

-

48

Ħnieżer nisa

-

-

63

Baqar tal-ħalib

-

-

57

Għoġġiela

-

-

100

Bhejjem tal-ifrat tas-simna, nagħaġ, mogħoż u żwiemel

-

-

88

Fniek

-

-

35

Klieb

-

-

106

Qtates

 

 

18

Salmonidi

-

-

101

Ħut ornamentali

-

-

150


(1)  Natural sources of flavourings - Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi ta’ analiżi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en