|
31.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 307/35 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11214 – MUBADALA CAPITAL / FORTRESS MANAGEMENT / FIG)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 307/06)
1.
Fl-24 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mubadala Capital LLC (“Mubadala Capital”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata minn Mubadala Investment Company PJSC (l-Arabja Sawdija), |
|
— |
FIG Buyer GP (“Fortress Management”, l-Istati Uniti tal-Amerka), entità ffurmata ġdida li hija kollha kemm hi proprjetà ta’ membri tat-tim maniġerjali attwali ta’ Fortress Investment Group LLC, |
|
— |
Fortress Investment Group LLC (“FIG”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Mubadala Capital u Fortress Management se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ FIG kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ interessi ta’ ekwità u ftehim ta’ sħubija limitata.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Mubadala Capital hija s-sussidjarja tal-ġestjoni tal-assi ta’ MIC, |
|
— |
Il-Fortress Management hija proprjetà ta’ membri tat-tim maniġerjali attwali tal-FIG, |
|
— |
FIG hija ditta ta’ ġestjoni tal-investiment diversifikata. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11214 - MUBADALA CAPITAL / FORTRESS MANAGEMENT / FIG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).