27.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/180


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Lulju 2008

dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM)

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 3182)

(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/611/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b’mod konformi mal-Artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-18 ta’ Frar 2002, ir-Repubblika Franċiża nnotifikat lill-Kummissjoni bi proġett ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (iktar ‘il quddiem imsejħa l-“SNCM”) (2), li tlesta fit-3 ta’ Lulju 2002 (3). L-għajnuna għar-ristrutturar innotifikata kienet tikkonsisti fil-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM permezz tal-Compagnie Générale Maritime et Financière (iktar ‘il quddiem “is-CGMF”) (4) għal ammont ta’ EUR 76 miljun.

(2)

B’ittra tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Franċiżi bid-Deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali b’applikazzjoni tal-Artikolu 88(2) KE prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (5).

(3)

Fit-8 ta’ Ottubru 2002 (6), l-awtoritajiet Franċiżi rrapportaw lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002 (7).

(4)

B’talba mill-awtoritajiet Franċiżi, xi laqgħat ta’ xogħol kienu organizzati mas-servizzi tal-Kummissjoni fl-24 ta’ Ottubru 2002, fit-3 ta’ Diċembru 2002 u fil-25 ta’ Frar 2003.

(5)

Fil-qafas tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni rċeviet xi osservazzjonijiet miż-żewġ impriżi, li huma il-Corsica Ferries France (iktar ‘il quddiem imsejħa “CFF”) fit-8 ta’ Jannar 2003 (8) u l-grupp Stef-TFE fis-7 ta’ Jannar 2003, kif ukoll mid-diversi awtoritajiet lokali Franċiżi fit-18 ta’ Diċembru 2002 u fid-9 u l-10 ta’ Jannar 2003. Hija bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lil Franza għal kummenti permezz ta’ ittri tat-13 u s-16 ta’ Jannar u l-5 u l-21 ta’ Frar 2003.

(6)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni l-kummenti tagħhom dwar l-osservazzjonijiet tas-CFF u tas-Stef-TFE fit-13 ta’ Frar 2003 (9) u fis-27 ta’ Mejju 2003 (10).

(7)

Fis-16 ta’ Jannar 2003, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu talba għal informazzjoni supplementari li għaliha l-awtoritajiet Franċiżi wieġbu fil-21 ta’ Frar 2003.

(8)

B’ittra tal-10 ta’ Frar 2003 (11), l-awtoritajiet Franċiżi ressqu argumenti bl-iskop li juru li l-proġett ta’ għajnuna jissodisfa kompletament il-linji gwida Komunitarji għall-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-impriżi (12) (iktar ‘il quddiem imsejħa “il-linji gwida tal-1999”).

(9)

Fil-25 ta’ Frar 2003 (13), l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu kopja tal-ftehim tal-azzjonisti li jorbot lil SNCM u l-grupp Stef-TFE, fuq talba mill-Kummissjoni.

(10)

Bid-Deċiżjoni 2004/166/KE tad-9 ta’ Lulju 2003 (iktar ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-2003”) (14), il-Kummissjoni approvat, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-allokazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar favur l-SNCM li tista’ titħallas f’darbtejn, waħda ta’ EUR 66 miljun, u l-oħra ta’ ammont massimu ta’ EUR 10 miljun li għandu jkun stabbilit skont ir-rikavati netti mill-bejgħ tal-assi li sar wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2003.

(11)

Fit-13 ta’ Ottubru 2003, is-CFF ippreżentat rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-2003 quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-KE (iktar ‘il quddiem “il-Qorti tal-Prim’Istanza”) (kawża T-349/03).

(12)

Fit-8 ta’ Settembru 2004, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkunsidra li l-emendi mitluba minn Franza fit-23 ta’ Ġunju 2004, li huma l-bdil tal-bastiment Aliso bil-bastiment Asco fil-lista ta’ bastimenti li l-SNCM kienet awtorizzata li tuża wara d-Deċiżjoni tal-2003 u l-bejgħ tal-bastiment Aliso minflok il-bastiment Asco, ma kinux ta’ natura li jfixklu l-kumpatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna għar-ristrutturar awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-2003 (15).

(13)

Bid-Deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2005 (iktar ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-2005”), il-Kummissjoni approvat it-tieni ħlas tal-għajnuna għar-ristrutturar, għal ammont ta’ EUR 3.3 miljun, u dan iwassal l-ammont totali tal-għajnuna għar-ristrutturar awtorizzata għal EUR 69 292 400.

(14)

Fil-15 ta’ Ġunju 2005, fil-kawża T-349/03, il-Qorti annullat id-Deċiżjoni tal-2003 minħabba valutazzjoni żbaljata tal-ammont minimu tal-għajnuna. Il-konsegwenzi ta’ dan l-annullament kienu li l-Kummissjoni marret lura għall-istadju tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa bid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002 u li d-Deċiżjonijiet tat-8 ta’ Settembru 2004 u tas-16 ta’ Marzu li kienu bbażati fuq id-Deċiżjoni annullata tal-2003 saru nulli.

(15)

Fil-25 ta’ Ottubru 2005 (16), l-awtoritajiet Franċiżi rrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija min-notifika tal-pjan ta’ għajnuna sar-ristrutturar tat-18 ta’ Frar 2002.

(16)

Fis-17 ta’ Novembru 2005 (17), l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew informazzjoni dwar l-attwazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 u r-ristrutturar tal-kapital tal-SNCM stess (18).

(17)

Fil-15 ta’ Marzu 2006, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni nota ta’ sinteżi dwar is-suq, il-pjan tan-negozju (il-parti dwar id-dħul) u rendikont tal-qligħ u t-telf (19). Xi dokumenti oħra ingħataw lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Marzu 2006 u s-7 ta’ April 2006 (20). F’din l-ittra tal-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi talbu wkoll lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li, minħabba n-natura tagħha ta’ “kumpens ta’ servizz pubbliku”, parti mill-għajnuna għar-ristrutturar tal-2002, b’mod partikolari l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun, ma tkunx ikkwalifikata bħala miżura meħuda fil-qafas ta’ pjan ta’ ristrutturar iżda bħala non-għajnuna abbażi tal-ġurisprudenza Altmark (21) jew bħala miżura awtonoma u indipendenti tal-pjan ta’ ristrutturar skont l-Artikolu 86(2), KE.

(18)

Fil-21 ta’ April 2006, proġett ta’ ċentralizzazzjoni, li bih l-impriżi Veolia Transport (iktar ‘il quddiem “VT”) (22) u Butler Capital Partners (iktar ‘il quddiem “BCP”) jieħdu l-kontroll komuni tal-SNCM (23), kien innotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (24). Deċiżjoni li tapprova din l-operazzjoni ta’ ċentralizzazzjoni kiened adottata mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Mejju 2006 (25).

(19)

Fil-21 ta’ Ġunju 2006 (26), l-awtoritajiet Franċiżi rrapportaw lill-Kummissjoni d-Deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2006 tal-ministeru tal-ekonomija, tal-finanzi u tal-industrija li japprova operazzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-kumpanija CGMF, id-digriet nru 2006-606 tas-26 ta’ Mejju 2006 li jitrasferrixxi l-SNCM lis-settur privat kif ukoll id-Deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2006 li japprova operazzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-SNCF.

(20)

Informazzjoni dwar id-delega ta’ servizz pubbliku u l-għajnuniet ta’ natura soċjali relatati mas-servizz tat-trasport għall-Korsika ntbagħtet lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Ġunju 2006 (27).

(21)

Fit-13 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-miżuri ġodda implimentati favur l-SNCM waqt li ġie integrat il-pjan ta’ ristrutturar innotifikat fl-2002 (28) (iktar ‘il quddiem id-Deċiżjoni tal-2006).

(22)

Fis-16 ta’ Novembru 2006, Franza ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-2006 (29).

(23)

Wara li saritilha talba minn xi wħud mill-partijiet interessati biex iż-żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet tagħhom jiġi estiż b’xahar (30), il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti dan iż-żmien supplementari lil kull parti interessata (31).

(24)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-CFF (32) u mill-STIM d’Orbigny (iktar ‘il quddiem “STIM”) (33) xi osservazzjonijiet li kienu rrapportati lill-awtoritajiet Franċiżi b’ittra tal-20 ta’ Frar 2007. Terza persuna interessata ippreżentat xi kummenti wkoll, li ntbagħtu wkoll lill-awtoritajiet Franċiżi, iżda li ġew irtirati fit-28 ta’ Mejju 2008.

(25)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti tat-terzi persuni interessati fit-30 ta’ April 2007 (34).

(26)

Fl-20 ta’ Diċembru 2007, is-CFF ippreżentat ilment abbażi tal-għajnuniet mill-Istat fil-konfront ta’ SNCM li lestiet tibgħat l-informazzjoni tal-15 ta’ Ġunju 2007 u tat-30 ta’ Novembru 2007. Dan l-ilment jirreferi għall-Artikolu 3 tal-Ftehim ġdida ta’ Delega ta’ Servizz Pubbliku ffirmata f’Ġunju 2007 bejn il-Awtorità Lokali ta’ Korsika u l-grupp Compagnie Méridionale de Navigation-SNCM għall-2007-2013. Skont is-CFF, l-implimentazzjoni ta’ din il-klawżola mmobilizzat riżorsi finanzjarji ġodda għall-SNCM ta’ madwar EUR 10 miljun għas-sena 2007. Barra minn hekk, il-kumpens imħallas lill-SNCM għall-obbligi ta’ servizzi pubbliċi huwa għajnuna mill-Istat, li barra min hekk hija illegali peress li ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni.

(27)

Peress li xi informazzjoni kienet irrapportata lill-Kummissjoni wara ż-żmien stipulat fil-bidu fit-13 ta’ Frar 2007 (35), il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bid-Deċiżjoni tagħha li ttawwal iż-żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet tat-terzi persuni għall-14 ta’ Marzu 2008.

(28)

Il-Kummissjoni rrapportat fis-26 ta’ Marzu 2008 l-osservazzjonijiet tat-terzi persuni interessati lil Franza li tat il-kummenti tagħha fit-28 ta’ Marzu 2008, fl-10 ta’ April 2008 u fit-28 ta’ April 2008.

2.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU TAL-MIŻURI KOPERTI B’DIN ID-DEĊIŻJONI

(29)

Il-benefiċjarju tal-miżuri koperti b’din id-Deċiżjoni huwa s-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) li tiġbor fi ħdanha bosta sussidjarji fis-settur marittimu u li tieħu ħsieb it-trasport marittimu ta’ passiġġieri, karozzi u vetturi tqal bejn Franza kontinentali u Korsika, l-Italja (Sardinja) u l-Magreb (l-Alġerija u t-Tuneżija).

(30)

L-SNCM hija kumpanija b’responsabbiltà limitata li twaqqfet fl-1969 mill-amalgamazzjoni bejn il-Compagnie générale transatlantique u l-Compagnie de navigation mixte, it-tnejn mwaqqfa fl-1850. Dak iż-żmien kienet tissejjaħ Compagnie générale transméditerranéenne, u fl-1976 ingħatat isem ieħor li kien Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée, wara li s-Société nationale des chemins de fer (SNCF) akkwistat ishma fiha. Il-kumpanija fil-fatt kienet intgħażlet mill-gvern Franċiż biex timplimenta l-prinċipju ta’ kontinwità territorjali mal-Korsika, jiġifieri l-allinjament tat-tariffi tat-trasport marittimu mat-tariffi tal-SNCF għat-trasport ferrovjarju, abbażi ta’ ftehim li sar fil-31 ta’ Marzu 1976 għal ħamsa u għoxrin sena. Il-Compagnie générale transatlantique kienet diġà inkarigata mill-gvern Franċiż għas-servizz tat-trasport tal-Korsika bi ftehim ieħor li sar fit-23 ta’ Diċembru 1948.

(31)

Meta saret in-notifika tal-kapitalizzazzjoni fl-2002, 20 % tal-ishma ta’ SNCM kienu l-proprjetà tal-SNCF u 80 % tal-CGMF. Wara li nħarġu l-ishma fl-SNCM fit-30 ta’ Mejju 2006 (ara l-punt 18 ta’ din id-Deċiżjoni), BCP u VT kellhom 38 % u 28 % rispettivament tal-kapital tal-SNCM, filwaqt li s-CGMF żammet 25 % tal-ishma (9 % tal-ishma huma rriżervati għall-impjegati).

(32)

Is-sussidjarji ewlenin tal-SNCM huma l-Compagnie Méridionale de Navigation (iktar ‘il quddiem “CMN”) (36), il-Compagnie Générale de Tourisme et d’Hôtellerie – (CGTH) (37), Aliso Voyage (38), Sud-Cargos (39), Société Aubagnaise de Restauration et d’Approvisionnement (40), Ferrytour (41) u Les Comptoirs du Sud (42).

(33)

Wara t-trasferiment tal-bastimenti ta’ veloċità qawwija Aliso f’Settembru 2004 u Asco (43) f’Mejju 2005, il-flotta tal-SNCM kienet tikkonsisti f’għaxar bastimenti (ħames car-ferries (44), erba’ bastimenti mħalltin (merkanzija u passiġġieri) (45) u bastiment ta’ veloċità qawwija (NGV) li jopera l-aktar minn Nizza (46) u sebgħa minnhom f’pussess proprju (47).

(34)

Għall-fini ta’ kompletezza, jeħtieġ li nfakkru li s-servizzi ta’ trasport marittimu regolari bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali u ta’ Korsika ilhom jeżistu mill-1948 fil-qafas ta’ servizz pubbliku li tagħhom l-SNCM u s-CMN kienu l-konċessjonarji bejn l-1976 u l-2001 skont ftehim qafas konkluż fil-bidu għal ħamsa u għoxrin sena. Skont ir-regoli Komunitarji fis-seħħ (48) u wara s-sejħa għall-offerti Ewropea (49) organizzata mill-awtorità lokali ta’ Korsika (50), l-SNCM u s-CMN rebħu b’mod konġunt id-Delega ta’ Servizz Pubbliku (iktar ‘il quddiem “id-DSP”) li jirreferi għas-servizz ta’ trasport għal Korsika minn Marsilja bi skambju għal kumpens finanzjarju matul il-perijodu 2002-2006.

(35)

Billi d-DSP skadiet fl-aħħar tal-2006, is-servizz pubbliku marittimu indikat hawn taħt, li kien soġġett għal sejħa għall-offerti ġdida fuq livell Ewropew (51), ġie allokat lill-grupp SNCM - CMN mill-1 ta’ Mejju 2007 u sal-31 ta’ Diċembru 2013 għal sussidju ta’ madwar EUR 100 miljun fis-sena.

(36)

Fl-istess ħin, xi obbligi ta’ frekwenza tas-servizz huma imposti lill-operaturi kollha li jservu l-gżira minn Toulon jew Nizza. Fuq dawn il-linji, ir-residenti ta’ Korsika kif ukoll kategoriji oħra ta’ passiġġieri jibbenefikaw mill-2002 u sal-2013 minn għajnuniet soċjali stabbiliti skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2002 (52) u tal-24 ta’ April 2007 (53).

3.   KUNTEST KOMPETITTIV

(37)

L-SNCM taħdem b’mod partikolari f’żewġ swieq distinti kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll għat-traffiku tal-merkanzija: minn naħa, is-servizz ta’ trasport għall-Korsika u għall-Magreb, minn Franza, u min-naħa l-oħra, fuq bażi sekondarja, is-servizz ta’ trasport għall-Italja u għal Spanja.

3.1.   Is-servizz ta’ trasport għal Korsika

It-trasport tal-passiġġieri

(38)

Is-servizz ta’ trasport tal-passiġġieri għal Korsika huwa suq ferm staġjonali. Fil-fatt għandu l-ogħla livelli ta’ frekwenza skont l-istaġun li jistgħu jkunu għaxar darbiet aktar minn dawk tax-xhur bl-inqas attività, u dan iġiegħel lill-operaturi jeħtieġu flotta kbira biex jilħqu ma’ dawn il-livelli għoljin. Nofs il-fatturat jinkiseb f’Lulju u f’Awwissu. Hemm ukoll żbilanċ skont id-direzzjoni tal-vjaġġ, anke fl-aqwa perijodu tat-traffiku: f’Lulju, pereżempju, fit-tluq mill-kontinent il-bastimenti jkunu mimlijin iżda fir-ritorn ikunu kważi vojta. Minħabba dan, ir-rati ta’ tagħbija annwali medji tal-bastimenti huma relattivament baxxi.

(39)

L-SNCM hija l-operatur storiku li jservi rotot bejn Korsika u Franza kontinentali. B’mod ġenerali, żewġ terzi tal-attività tagħha jsiru bejn Marsilja u Korsika fil-qafas ta’ delega ta’ servizz pubbliku; l-aħħar terz tal-attività tagħha jsir minn rotot li għandhom sorsi jew destinazzjonijiet differenti (Nizza-Korsika, Toulon-Korsika, rotot internazzjonali lejn Sardinja jew il-Magreb).

(40)

L-SNCM eżistiet għal tul ta’ żmien f’sitwazzjoni ta’ monopolju fuq l-attività ewlenija tagħha. Mill-1996, madankollu, hija bdiet tiffaċċja kompetizzjoni li żviluppat malajr ħafna. Għalhekk, il-kumpanija Corsica Ferries France (CFF) hija l-protagonista dominanti fir-rotot marittimi bejn il-kontinent u Korsika u s-sehem tagħha fis-suq dejjem qed jikber. Għalkemm ilha teżisti f’dan is-suq biss mill-1996, it-traffiku tal-“passiġġieri” tas-CFF żdied bi […](informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali) fis-sena bejn l-2000 u l-2005 u dan dejjem qed jikber. Għalhekk, illum, madwar […] tal-passiġġieri fuq il-baħar bejn il-kontinent u Korsika jużaw lanċa tas-CFF, waqt li […] biss jużaw bastiment tal-SNCM, filwaqt li s-CMN iġġorr il-bqija tal-passiġġieri, jiġifieri […].

(41)

Il-pożizzjoni akkwistata minn seba’ snin ‘il hawn mis-CFF fis-suq ikkunsidrat tidher ukoll fir-rigward tan-numru ta’ passiġġieri ttrasportati għal kull staġun bejn Korsika u Franza kontinentali. Mill-graff hawn taħt jidher li s-sehem fis-suq tas-CFF inbidel minn 45 % fl-2000 għal […]% fl-2007 u dak tal-SNCM minn 53 % għal […]% matul l-istess perijodu, b’differenza ta’ aktar minn miljun passiġġier ittrasportati.

Graff 1

Numru ta’ passiġġiera ttrasportati għal kull staġun (Mejju-Settembru) bejn Franza kontinentali u Korsika - staġuni mill-2000 sal-2007

Image 1

(42)

Il-kompetituri minuri l-oħra tal-SNCM fuq is-servizz ta’ trasport għal Korsika huma il-Compagnie Méridionale de Navigation (CMN), Moby Lines, Happy Lines u TRIS.

(43)

Dawn l-aħħar sentejn, l-offerta tal-SNCM u l-ishma tagħha fis-suq għar-rotot ma’ Korsika naqsu, bi tnaqqis ta’ […] % tal-offerta ta’ postijiet (-[…] % għar-rotot li jitilqu minn Nizza u -[…] % għal dawk minn Marsilja).

(44)

Għaldaqstant, il-fatt li l-ishma fis-suq qed ikomplu jonqsu juri li l-fiduċja tal-passiġġieri, li kienet effettwata ħafna mill-istrajks u t-taqlib li kien hemm minħabba l-kunflitti soċjali tal-2004 u l-2005, b’mod partikolari waqt il-privatizzazzjoni tal-impriża, qed terġa’ tinbena bil-mod ħafna. Din hija kundizzjoni neċessarja biex jieqaf it-tnaqqis tas-sehem fis-suq tal-SNCM li ġie osservat dawn l-aħħar snin. Iż-żieda, f’dan il-kuntest, tal-fatturat fl-2007 tagħti serħan tal-moħħ fir-rigward tal-vijabbiltà tal-impriża anke jekk illiberat bosta partijiet fis-suq għall-benefiċċju tal-unika kompetitriċi tagħha li s-sehem fis-suq tagħha huwa ferm akbar.

(45)

Is-suq tat-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn il-kontinent u Korsika kiber b’medja ta’ 4 % f’dawn l-aħħar 15-il sena; dan it-tkabbir għandu jkompli, b’żieda ta’ […]% prevista wkoll għall-2008 u żieda moderata għas-snin ta’ wara. Għaldaqstant, ma jidhirx li hemm atturi ġodda li jixtiequ jiżviluppaw f’dan is-suq. Fl-okkażjoni tas-sejħa għall-offerti mnedija mill-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika biex tiġi allokata, fil-perijodu 2007-2013, id-delega tas-servizz pubbliku ta’ servizz marittimu ta’ xi portijiet ta’ Korsika, ma kien hemm ebda applikazzjoni minbarra dawk tas-CFF u tal-SNCM-CMN, meta saħansitra risposti parzjali fuq rotta definita kienu possibbli.

(46)

Bħala l-kompetitriċi ewlenija tal-SNCM, is-CFF żiedet ħafna l-offerta tagħha tal-postijiet minn 500 000 sa […] miljun bejn l-1999 u l-2007 (li […]% taż-żieda saret bejn l-2006 u l-2007), u dan taha l-possibiltà li żżid it-traffiku tagħha (minn […] miljun fl-2005 sa […] miljun fl-2007) u s-sehem tagħha fis-suq. Madankollu din il-politika rriżultat f’rati ta’ tagħbija b’mod strutturali inqas għoljin għas-CFF milli għall-SNCM, b’differenza ta’ madwar […] punti perċentwali fl-2007. Għall-SNCM, ir-rata ta’ tagħbija medja fis-sena 2007 kienet […] %, li huwa normali meta nikkunsidraw li s-suq huwa ferm staġjonali (cfr. supra).

It-trasport tal-merkanzija

(47)

Għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija lejn Korsika, fl-2005 l-SNCM kellha madwar […] % tas-suq Marsilja-Toulon lejn Korsika.

(48)

Għat-traffiku tal-merkanzija ġenerali (mhux akkompanjati), l-SNCM u s-CMN għandhom kważi monopolju de facto. Fil-qafas tal-kuntratt tad-delega ta’ servizz pubbliku, iż-żewġ kumpaniji jagħmlu rotot frekwenti minn Marsilja sal-portijiet kollha ta’ Korsika.

(49)

Għat-trejlers akkompanjati, mgħobbija fuq laneċ, li jirrappreżentaw globalment 24 % tat-traffiku tal-merkanzija ġenerali mkejla f’metri lineari, hemm kompetizzjoni bejn l-operaturi kollha tal-passiġġieri. L-SNCM u s-CMN għandhom ukoll il-maġġoranza ta’ dan it-traffiku akkompanjat. L-operaturi l-oħra, b’mod partikolari s-CFF, għandhom 10 %, jiġifieri 2 % tas-suq globali.

(50)

Għall-vetturi awtomobilistiċi akkompanjati (54), mgħobbija fuq laneċ (madwar 24 % tat-traffiku tal-merkanzija ġenerali fl-2003), l-SNCM u s-CMN għandhom ukoll il-maġġoranza tas-suq inkwistjoni. Għaldaqstant, mill-2002, is-CFF żviluppat offerta u għandha madwar […] % tas-suq.

3.2.   Is-servizz ta’ trasport għall-Magreb

(51)

It-Tuneżija u l-Alġerija jirrappreżentaw suq kbir, ta’ madwar 5 miljun passiġġier, iddominat mit-trasport tal-ajru. F’dan il-kuntest, it-trasport marittimu jirrappreżenta madwar 15 % tal-flussi. Filwaqt li l-Alġerija tirrappreżenta suq marittimu sinifikattiv ta’ madwar 560 000 passiġġier, it-Tuneżija tirrappreżenta suq iżgħar ta’ madwar 250 000 passiġġier.

(52)

Is-suq tat-trasport marittimu ta’ Franza lejn il-Magreb kiber b’mod regolari f’dawn l-aħħar snin, b’madwar 13 % bejn l-2001 u l-2005. Minħabba l-perspettivi ta’ tkabbir tat-turiżmu lejn dan ir-reġjun, it-trasport marittimu għandu jikber b’rata annwali ta’ madwar 4 % sal-2010.

(53)

Fl-Alġerija, l-SNCM hija t-tieni l-akbar attur fis-suq wara l-Entreprise Nationale de Transport Maritime de Voyageurs (ENTMV), impriza pubblika tal-Alġerija. Is-sehem fis-suq tal-SNCM inbidel minn 24 % fl-2001 għal […] % fl-2005.

(54)

L-SNCM hija t-tieni l-akbar operatur fis-suq lejn it-Tuneżija wara l-Compagnie tunisienne de navigation (CTN). Għalkemm, mill-2001, l-SNCM tilfet xi ishma fis-suq għall-benefiċċju tas-CTN li minn 44 % saru […] % fl-2004, xorta waħda kien hemm titjib fl-2005 ([…] %).

4.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI KOPERTI B’DIN ID-DEĊIŻJONI

4.1.   Il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM fl-2002

4.1.1.   Deskrizzjoni

(55)

Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 biex tawtorizza għajnuna ta’ salvataġġ lill-SNCM (55), l-awtoritajiet Fraċiżi nnotifikaw il-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2002 bi proġett ta’ għajnuna għar-ristrutturar favur l-SNCM. Din il-miżura kienet tikkonsisti fil-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM, permezz tal-kumpanija ewlenija tagħha, is-CGMF, għall-ammont ta’ EUR 76 miljun, li EUR 46 miljun minnhom imorru għall-ispejjeż ta’ ristrutturar (56). Din iż-żieda fil-kapital kellha l-għan li żżid il-kapitali proprji tal-SNCM minn EUR 30 miljun għal EUR 106 miljun.

(56)

Skont il-linji gwida tal-1999, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar (57) għall-SNCM li jsemmi ħames punti:

(i)

nuqqas fin-numru ta’ vjaġġi u l-iskjerament tal-bastimenti tagħha bejn ir-rotot diversi (nuqqas ta’ servizzi ta’ trasport lejn Korsika u żieda fis-servizz lejn il-Magreb) (58);

(ii)

tnaqqis ta’ erba’ bastimenti mill-flotta tagħha li kellu jġib EUR 21 miljun ta’ assi likwidi;

(iii)

it-trasferiment ta’ xi proprjetà;

(iv)

tnaqqis tal-impjegati (59) b’madwar 12 % li, flimkien ma’ politika ta’ salarju raġjonevoli, għandu jippermetti li jonqsu l-ispejjeż tal-ekwipaġġ minn EUR 61,8 miljun fl-2001 sa medja ta’ EUR […] miljun mill-2003 sal-2006 u l-ispejjeż fuq l-art minn EUR 50,3 miljun fl-2001 għal EUR […] miljun fl-istess perijodu;

(v)

it-tneħħija ta’ tnejn mis-sussidjarji tagħha, il-Compagnie Maritime Toulonnaise u l-kumpanija Corsica Marittima, li l-attivitajiet tagħhom li jkun fadal jittieħdu mill-SNCM.

(57)

Wara l-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Awwissu 2002, l-awtoritajiet Franċiżi ddeskrivew, fl-ittra tagħhom tal-31 ta’ Jannar 2003, it-titjib li sar fil-pjan ta’ ristrutturar fuq il-punti li ġejjin:

—

impenji u spjegazzjonijiet dwar il-politika tas-salarji,

—

pjan ta’ tnaqqis tal-infiq fix-xiri intermedjarju,

—

impenn li l-SNCM ma tkunx is-sors ta’ gwerra tariffarja mal-kompetituri tagħha fir-rigward ta’ Korsika.

(58)

Fuq dan l-aħħar punt, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li “l-SNCM tieħu dan l-impenn mingħajr riżervi, għaliex hija tikkunsidra li gwerra tariffarja de facto ma tkunx konformi mal-pożizzjoni strateġika tagħha, lanqas mal-interess tagħha, għax tirriżulta għal tnaqqis fid-dħul tagħha, u lanqas mal-prattiċi tas-soltu u l-għerf tas-sengħa tagħha”.

(59)

Fil-pjan ta’ ristrutturar tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw lill-Kummissjoni mudell finanzjarju ddettaljat għall-perijodu 2002-2007 fuq il-bażi ta’ ipoteżijiet medjani dwar serje ta’ varjabbli (60). Il-perspettivi finanzjarji jindikaw, fost l-oħrajn, ritorn għal riżultati kurrenti pożittivi mill-2003.

Tabella 1

Mudell finanzjarju għall-perijodu 2002-2007

(f’EUR miljun)

 

2000

2001

2002

2002

2003

2004

2005

2006

2007

Miksub

Miksub

Pjan

Mikub

Pjan

Pjan

Pjan

Pjan

Pjan

Fatturat

204,9

204,1

178

205,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Sussidji għall-operat

85,4

86,7

74,5

77,7

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat kurrenti

–14,7

–5,1

1,2

–5,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat nett

–6,2

–40,4

23

4,2

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fondi proprji

67,5

29,7

119

33,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Debiti finanzjarji netti (minbarra kiri)

135,8

134,5

67,7

144,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Proporzjoni finanzjarji

 

 

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat kurrenti/Fatturat + sussidji

–5  %

–2  %

0  %

–2  %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fondi proprji/debitu fil-bilanċ

50  %

22  %

176  %

23  %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ċifri 2000, 2001 u 2002 meħudin mir-rapporti annwali 2001 u 2002 tal-SNCM

(60)

Il-kontribuzzjoni kapitali ta’ EUR 76 miljun kif ukoll ir-ritorn għall-profitabilità tal-operat previst mill-2003, għandhom jippermettu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, li jwasslu l-kapitali proprji mil-livell tagħhom ta’ madwar EUR 30 miljun fl-aħħar tas-sena 2001 għal EUR 120 miljun fuq żmien qasir (2003), imbagħad sa EUR […] miljun sal-aħħar tal-pjan (2006-2007). Dan għandu jippermetti tnaqqis tad-debitu finanzjarju ta’ EUR 145 miljun fl-2002 għal livelli ta’ […] sa EUR […] miljun mill-2003 sal-2005. Fl-aħħar snin tal-pjan, kienet prevista mill-kumpanija żieda fid-debitu għat-tiġdid, bħala sid uniku tagħhom, ta’ bastimenti wieħed jew tnejn.

(61)

L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew ukoll studju ta’ sensittività tar-riżultati previsti mqabbla mal-ipoteżijiet ta’ ħidma relatati mat-traffiku fuq ir-rotot diversi. Fuq din il-bażi, is-simulazzjonijiet differenti juru li l-SNCM għandha terġa’ tikseb il-vijabbiltà fix-xenarju previst.

4.1.2.   Determinazzjoni tal-ammont tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid

(62)

Il-metodu magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi (61) biex jiddeterminaw l-ammont tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid huwa li jikkalkulaw is-self nett fuq abbażi tal-proporzjon medju tal-fondi proprji fuq id-debiti finanzjarji osservati fl-2000 ma’ ħames kumpaniji marittimi Ewropej. Minkejja d-diskrepanzi fil-bilanċi ta’ dawn l-impriżi, il-medja magħżula mill-awtoritajiet Franċiżi hija ta’ 79 %. L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-perspettivi finanzjarji għall-perijodu 2002 sal-2007 jirriżultaw fi proporzjon medju ta’ kapitali proprji fuq debiti finanzjarji ta’ 77 % b’kapitali proprji li jaslu sa EUR 169 miljun fl-2007. Livell ta’ fondi proprji bħal dan kellu jinkiseb permezz ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 76 miljun kif ukoll is-suċċess tal-azzjonijiet previsti fil-pjan ta’ ristrutturar.

4.2.   Miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

4.2.1.   Rimarki preliminarji

(63)

Il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid u l-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 ma tawx ir-riżultati previsti u, mill-2004 ‘il quddiem, il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM marret ħafna għall-agħar. Din id-deġenerazzjoni ġrat kemm minħabba fatturi interni (kunflitti soċjali, għanijiet ta’ produzzjoni li ma ntlaħqux biżżejjed jew tard wisq, telf tal-ishma fis-suq), minħabba fatturi esterni mill-SNCM (inqas interess lejn id-destinazzjoni ta’ Korsika, akkwist ta’ ishma fis-suq mis-CFF, żbalji amministrattivi min-naħa tal-Istat (62) kif ukoll minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fjuwils.

(64)

Għalhekk, ir-riżultat kurrenti tal-SNCM wasal għal EUR -32,6 miljun fl-2004 u EUR -25,8 miljun fl-2005. Ir-riżultat nett kien ta’ EUR -29,7 miljun fl-2004 u EUR -28,8 miljun fl-2005.

(65)

Id-deġenerazzjoni tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM wasslet lill-awtoritajiet Franċiżi biex ibiegħu aktar assi milli kien previst mill-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 u mitlub mid-Deċiżjoni tal-2003 kif ukoll biex iniedu proċedura ta’ riċerka ta’ msieħba privati.

Tabella 2

Lista tal-assi mibjugħin mill-SNCM mill-2002  (63)

 

Dħul nett ta’ bejgħ

Data

Bejgħ propost fin-notifika tal-2002 (f’EUR)

25 165 000

 

Aliso (bħala sostitut tal-Asco, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2004 tal-Kummissjoni)

(…)

30.9.2004

Napoléon

(…)

6.5.2002

Monte Rotondo

(…)

31.7.2002

Liberté

(…)

27.1.2003

Kumpless ta’ bini Schuman

(…)

20.1.2003

Bejgħ supplementari impost mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tad-9 ta’ Lulju 2003 (f’EUR)

5 022 600

 

SCI Espace Schuman

(…)

24.6.2003

Southern Trader

(…)

22.7.2003

Someca

(…)

30.4.2004

Amadeus

(…)

12.10.2004

CCM

[…] (64)

—

Bejgħ supplementari li sar mid-Deċiżjoni ta’ Lulju 2003 (f’EUR miljun)

12,6

 

Asco

(…)

24.5.2005

Sud Cargos

(…)

15.9.2005

Bejgħ ta’ appartamenti tal-kumpless ta’ bini tal-SNCM (li qabel kien jintuża mill-persunal tal-SNCM)

(…)

Minn Settembru 2003 sal-2006

Total (f’EUR miljun)

42,385

 

4.2.2.   Il-miżuri ta’ qabel il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(66)

Wara proċess ta’ għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju (65), fl-aħħar sar Ftehim fit-13 ta’ Ottubru 2005 bejn l-Istat, BCP u VT f’kuntest soċjali u finanzjarju diffiċli ħafna. Għalhekk VT hija l-operatriċi industrijali tal-SNCM (sehem ta’ 28 %) filwaqt li l-BCP hija l-azzjonista ta’ referenza b’sehem ta’ 38 %. L-Istat impenja ruħu, b’mod partikolari għall-impjegati, li jibqa’ azzjonist tal-kumpanija b’25 % tal-ishma (66). BCP u VT stabbilixxew pjan ta’ negozju għall-SNCM li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea fis-7 ta’ April 2006.

Il-kontenut tal-Memorandum ta’ Ftehim

(67)

Il-Memorandum ta’ Ftehim li fih hemm imniżżel li 75 % tal-kapital tal-SNCM jingħata lil xerreja privati, ġie ffirmat fis-16 ta’ Mejju 2006 bejn il-partijiet (BCP, VT u CGMF).

(68)

Fis-Sezzjoni II tal-Memorandum ta’ Ftehim, huwa previst li is-CGMF timpenja ruħha biex tapprova, tissottoskrivi tillibera totalment żieda tal-kapitali tal-SNCM b’ammont globali ta’ EUR 142,5 miljun.

(69)

Wara ż-żieda fil-kapital, huwa previst li l-kapital azzjonarju tal-SNCM jitnaqqas bil-kanċellazzjoni ta’ ishma biex jasal sal-minimu legali għal kumpanija pubblika nnegozjata pubblikament.

(70)

Flimkien maż-żieda fil-kapital, is-CGMF timpenja ruħha li tagħmel disponibbli għall-SNCM, taħt forma ta’ ħlas minn qabel f’kont kurrenti, is-somma ta’ EUR 38,5 miljun. Dan il-ħlas minn qabel f’kont kurrenti, ser jiġi ttrasferit mill-SNCM f’idejn sekwestratarju (il-bank CIC), għandu jintuża għal finanzjament tal-frazzjoni tal-infiq magħruf bħala “ta’ ġenerożità” li jkompli mal-ammonti dovuti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u konvenzjonali fil-possibiltà ta’ pjan ta’ tnaqqis tal-impjegati implimentat mix-xerrejja (67). Il-ħlas tal-kumpensi li jsir minbarra l-indennizzi rċevuti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u konvenzjonali jsir fuq bażi individwali u speċifika li tikkorrispondi għal impjegati li telqu mill-impriżi u li l-kuntratt ta’ xogħol tagħhom ġie miksur.

(71)

Wara dawn l-operazzjonijiet, is-Sezzjoni III tal-Memorandum ta’ Ftehim jipprevedi li s-CGMF tbiegħ lil xerrejja privati l-ishma tagħha li jirrappreżentaw 75 % tal-ishma li jikkostitwixxu l-kapital azzjonarju tal-impriża u l-[…] li għandu jintuża biex tiġi ffinanzjata l-parti tal-pjan soċjali li jaqbeż l-obbligi kuntrattwali u legali.

(72)

Is-Sezzjoni III tal-Memorandum ta’ Ftehim jipprevedi wkoll is-sottoskrizzjoni konġunta u konkomitanti mix-xerrejja u s-CGMF ta’ ishma ġodda għal ammont totali ta’ EUR 35 miljun u ta’ kontribuzzjoni f’kont kurrenti ta’ EUR 8,75 miljun minn BCP/VT, li tkun disponibbli għall-SNCM skont il-ħtiġijiet tal-fondi tagħha. Fil-paragrafu III.2.7 tal-Memorandum ta’ Ftehim, huwa previst li l-valur tal-ishma tal-CGMF huwa l-istess, f’kull mument, bħall-valur nominali tal-bidu miżjud bi […]% tal-valur nominali liberu tiegħu, immultiplikat b’J/365, fejn J huwa n-numru ta’ jiem mid-data tat-twettiq, bi tnaqqis ta’ kull somma miksuba (pereżempju dividendi). Dawn ir-regoli ma japplikawx f’każ ta’ salvataġġ jew stralċ ġudizzjarju tal-kumpanija.

(73)

Il-Memorandum ta’ Ftehim (Sezzjoni III.5) għandu klawżola ta’ terminazzjoni tal-bejgħ tal-SNCM li tista’ tiġi pprattikata b’mod konkomitanti mix-xerrejja f’każ li jseħħ wieħed mill-avvenimenti li ġejjin minħabba li dawn l-ipoteżijiet ikollhom l-effett li jnaqqsu l-kredibbiltà tal-pjan tagħhom tan-negozju u terġa’ ssir vijabbli l-kumpanija:

—

ma jingħatax il-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku ta’ servizz marittimu għal Korsika għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 […],

—

kull Deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni Ewropea jew sentenza mill-Qorti tal-Prim’Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, bħal rifjut tal-operazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet li għandhom impatt sostanzjali fuq il-valur tas-soċjetà, […].

(74)

Is-Sezzjoni VII tal-Memorandum ta’ Ftehim jipprevedi li s-CGMF tieħu f’idejha parti mill-obbligi soċjali tal-SNCM bl-ispejjeż tal-assigurazzjonijiet tas-saħħa tal-pensjonanti għall-ammont stmat għal EUR 15,5 miljun mill-jum li fih tiġi ttrasferita l-proprjetà tal-impriża.

(75)

Ir-regoli ta’ governanza tal-impriża huma speċifikati fis-Sezzjoni IV tal-Memorandum ta’ Ftehim. Huwa previst li ser ikun hemm emenda tal-metodu ta’ ġestjoni tal-SNCM li ser tinbidel f’kumpanija pubblika b’direttorat u kunsill ta’ sorveljanza. Dan tal-aħħar ser ikun magħmul minn 10, imbagħad minn 14-il membru. Il-presidenza tiegħu ser tingħata b’mod tranżitorju lil rappreżentat tal-Istat. Jekk id-DSP tiġi allokata lill-SNCM, il-President tal-kunsill ta’ sorveljanza jiġi ssostitwit minn rappreżentant tal-BCP. Id-direttorat għandu l-funzjoni li jassigura l-ġestjoni operattiva tal-SNCM.

(76)

Fis-26 ta’ Mejju 2006, il-gvern Franċiż ikkonferma l-bejgħ tal-SNCM kif ukoll il-miżuri msemmijin qabel.

Il-miżuri

(77)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Memorandum ta’ Ftehim għandu tliet tipi ta’ miżuri tal-Istat li jiġġustifikaw investigazzjoni rigward l-iskema Komunitarja tal-għajnuniet mill-Istat:

—

il-bejgħ ta’ 100 % tal-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun (kontribuzzjoni kapitali ta’ EUR 142,5 miljun u l-ħlas tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni tas-saħħa għal ammont ta’ EUR 15,5 miljun),

—

il-ħlas minn qabel f’kont kurrenti mis-CGMF għal ammont ta’ EUR 38,5 miljun favur l-impjegati li jingħataw is-sensja mill-SNCM,

—

ż-żieda fil-kapital ta’ EUR 8,75 miljun sottoskritt mis-CGMF b’mod konġunt u konkomitanti mal-kontribuzzjoni ta’ EUR 26,25 miljun li saret mill-VT u l-BCP.

5.   L-AMBITU TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

(78)

Din id-Deċiżjoni finali tirrigwarda l-miżuri implimentati minn Franza favur l-SNCM mit-18 ta’ Frar 2002, li huma:

—

il-kontribuzzjoni fil-kapital tas-CGMF lill-SNCM għal ammont ta’ EUR 76 miljun fl-2002 (li 53,48 miljun minnhom huma għal obbligi ta’ servizz pubbliku u l-bilanċ għall-għajnuniet għar-ristrutturar),

—

il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM mis-CGMF għal ammont ta’ EUR 158 miljun;

—

il-kontribuzzjoni tas-CGMF ta’ EUR 8,75 miljun,

—

ir-responsabbiltà finanzjarja meħuda mis-CGMF ta’ ċerti miżuri soċjali supplimentari għal ammont ta’ EUR 38,5 miljun.

(79)

Din id-Deċiżjoni ma tirrigwardax l-investigazzjoni tal-kumpensi finanzjarji rċevuti jew li għandha tirċievi l-SNCM għall-obbligi ta’ servizz pubbliku għall-perijodu 2007-2013, li huma soġġetti għal proċedura separata.

6.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-ADOZZJONI TAD-DEĊIŻJONIJIET TAL-KUMMISSJONI TAL-2002 U L-2006

6.1.   Il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002

(80)

Fid-Deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedura tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni, filwaqt li rrikonoxxiet lill-SNCM in-natura ta’ impriża f’diffikultà, esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kumpatibbiltà tal-miżura nnotifikata mal-kriterji deskritti fil-punt 3.2.2 tal-linji gwida tal-1999 li kienu fis-seħħ dak iż-żmien.

(81)

Il-Kummissjoni esprimiet ċerti dubji fuq il-pjan ta’ ristrutturar minħabba n-nuqqas ta’ analiżi tar-raġunijiet ta’ telf tal-impriża. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet xi mistoqsijiet dwar il-konnessjoni bejn it-telf u l-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-impatt tal-politika tax-xiri ta’ bastimenti tal-SNCM fuq il-kontijiet tagħha ta’ qligħ u telf u l-miżuri previsti biex tiżdied il-produzzjoni tal-impriża.

(82)

Barra minn hekk il-Kummissjoni speċifikat xi difetti fil-pjan ta’ ristrutturar, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ miżuri konkreti biex jitnaqqas l-ammont tal-konsumi intermedjarji u n-nuqqas ta’ indikazzjoni fuq il-politika tariffarja futura tal-SNCM.

(83)

Il-Kummissjoni kellha xi dubji wkoll dwar ir-rilevanza tal-metodu ta’ kalkolu magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi biex jiġi stabbilit l-ammont tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid u dwar xi ipoteżijiet magħżula biex jiġu stabbiliti xi simulazzjonijiet finanzjarji.

6.2.   L-estensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2006

(84)

Bid-Deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002 għall-miżuri previsti fil-qafas tat-trasferiment tal-SNCM fis-settur privat.

(85)

L-ewwel nett, meta tiġi kkunsidrata l-istedina tal-awtoritajiet Franċiżi tas-7 ta’ April 2006 (ara l-punt 17 ta’ din id-Deċiżjoni) biex tiġi investigata parti mill-ammont tal-kontribuzzjoni fil-kapital tal-2002 fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark, il-Kummissjoni, rigward dan, kellha xi dubji dwar ir-rispett tal-kundizzjonijiet (b’mod partikolari t-tieni u r-raba’) imposti mill-Qorti Komunitarja fis-sentenza msemmija (68).

(86)

Fl-ipoteżi li dan l-ammont jiġi kkwalifikat bħala għajnuna kumpatibbli skont l-Artikolu 86(2), KE, il-Kummissjoni kienet tal-fehma, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2006, li l-ammont il-ġdid ta’ għajnuna li għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-linji gwida tal-għajnuniet għar-ristrutturar għandu jkun ta’ EUR 15,81 miljun. Minħabba li l-ammont tal-għajnuna għar-ristrutturar huwa ħafna aktar baxx minn dak li kien innotifikat fl-2002 u approvat fl-2003, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar l-opportunità li żżomm l-arranġamenti kollha imposti lill-SNCM mid-Deċiżjoni tal-2003.

(87)

Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha wkoll fuq il-ħarsien tal-kundizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni tal-2003, jiġifieri l-prinċipju ta’ price leadership u n-numru ta’ vjaġġi għal Korsika.

(88)

Dwar il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-konformità mal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid mill-Istat li ssir qabel il-bejgħ tal-SNCM. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-validità tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-istralċ li l-Istat azzjonist għandu jħallas f’każ ta’ stralċ tal-SNCM.

(89)

Il-Kummissjoni ddubitat il-fatt li l-miżuri finanzjarji jistgħu jiġġustifikaw ruħhom skont il-linji gwida fuq l-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar.

(90)

Hija esprimiet ukoll id-dubji tagħha fuq is-suġġett tat-tieni kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 8,75 miljun rigward ir-rispett tal-prinċipji ta’ konkomitanza bejn l-investimenti privati u pubbliċi u l-identità tal-kundizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni skont il-ġurisprudenza.

(91)

Il-Kummissjoni fl-aħħar nett, esprimiet id-dubji tagħha għall-fatt li l-miżuri soċjali supplimentari ta’ EUR 38,5 miljun ta’ għajnuna għall-persuna jistgħu jkunu vantaġġ indirett għall-impriża. Hija speċifikat ukoll ir-riskju ta’ kontradizzjoni mat-teħid inkonsiderazzjoni tal-indenizzi supplementari ta’ tkeċċija bħala parti mir-riskji li għandu investitur prudenti.

7.   POŻIZZJONI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

7.1.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

7.1.1.   Dwar l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark

7.1.1.1.   Ir-rispett tal-erba’ kriterji Altmark

(92)

Fl-ittra tagħhom tas-7 ta’ April 2006 kif ukoll fil-qafas tal-kummenti ppreżentati wara d-Deċiżjoni tal-2006, l-awtoritajiet Franċiżi stiednu lill-Kummissjoni biex tosserva li minħabba n-natura tagħha ta’ “kumpens ta’ servizz pubbliku” għall-perijodu 1991-2001, parti miż-żieda tal-kapital tal-2002, jiġifieri EUR 53,48 miljun, mhijiex għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark, meta jitqies il-fatt li l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-ġurisprudenza huma sodisfati f’dan il-każ.

(93)

B’mod partikolari dwar it-tieni kundizzjoni Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li skont it-termini tas-sentenza Altmark, il-parametri ta’ kalkolu biss għandhom jiġu stabbiliti qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. Madankollu, f’dan il-każ, huma jispeċifikaw li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun tħallas f’Novembru 2003 fuq il-bażi ta’ parametri ta’ kalkolu stabbiliti qabel il-perijodu msemmi (1991-2001) (69).

(94)

Għalhekk, skont Franza, il-fatt li l-ħlas tal-evalwazzjoni mill-ġdid għal kumpens inqas isir wara ma jikkontestax il-konklużjoni skont liema l-paratmetri ta’ kalkolu li fuq il-bażi tagħhom ikun ikkalkulat il-kumpens ta’ EUR 53,48 miljun kienu stabbiliti biċ-ċar b’mod oġġettiv u trasparenti qabel it-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku.

(95)

Rigward ir-raba’ kundizzjoni Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li din timmira lejn il-kwalitajiet ta’ impriża li għandha r-responsabbiltà ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku li tissodisfa l-kwalifika ta’ amministratur tajjeb medju iżda ma tagħmel ebda referenza għal xi rekwiżit ta’ redditu minimu jew medju tal-impriża msemmija.

(96)

Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li l-SNCM tista’ tibbenefika minn “preżunzjoni ta’ ġestjoni tajba” fil-perijodu tal-1991 sal-2001 u li ma tista’ tingħata ebda “preżunzjoni ta’ ġestjoni ħażina” lil din minħabba t-telf finanzjarju biss li sar matul il-perijodu 1991-2001. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-telf tal-SNCM ma sarx minħabba ġestjoni ħażina iżda minħabba r-rigorożità tal-ftehimiet iffirmati fl-1991 u fl-1996 kif ukoll minħabba t-taqlib li seħħ f’daqqa fis-suq storiku ta’ din il-kumpanija minħabba t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ monopolju għal ambjent ferm kompetittiv. Is-SNCM għalhekk ġabet ruħha bħala impriża medjament amministrata tajba.

(97)

Franza tispeċifika li l-operatur pubbliku kien l-unika impriża kapaċi tissodisfa dawn l-obbligi għal dak li għandu x’jaqsam ma’ regolarità annwali u l-frekwenza ta’ servizz u dan, minkejja li fl-1996 daħal operatur privat, li kien jagħmel ċerti rotot biss u unikament matul l-istaġun ta’ ħafna xogħol. Barra minn hekk m’hemmx impriża li stricto sensu l-infiq tagħha jista’ jservi bħala referenza biex jiġi ddeterminat jekk il-livell tal-kumpens allokat lill-SNCM jaqbiżx jew le l-ispejjeż li jsiru ta’ bilfors mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Għalhekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, tkun ħaġa delikata jekk isir paragun bejn il-qafas tal-infiq tal-SNCM u dak ta’ kumpaniji marittimi oħra, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-attività ta’ din tal-aħħar u tas-suq li fih topera.

(98)

Minkejja l-impossibiltà prattika li tinstab impriża li tkun tista’ sservi bħala punt ta’ referenza għal dan il-perijodu, Franza hija tal-fehma li għamlet sforz biex tipprovdi, matul l-komunikazzjoni mal-Kummissjoni li saret fl-2005 u l-2006, xi elementi oġġettivi u li jistgħu jkunu ġġustifikati li jippermettu li jiġi stabbilit il-karattru ta’ “impriża medja, amministrata tajba u mgħammra b’mod adegwat” tal-SNCM u li jiġi osservat li r-raba’ kriterju fis-sentenza Altmark huwa ssodisfat (70).

(99)

Franza hija wkoll tal-fehma li paragun li jkun bbażat fuq l-elementi disponibbli relatati mal-qafas tal-infiq tas-CFF u ma’ dak tal-SNCM żgur ma jikkontradixxix il-preżunzjoni ta’ ġestjoni tajba tal-SNCM, l-aktar minħabba li dawn ma jippermettux li tiġi kkunsidrata parti mhux negliġibbli tal-infiq tal-attività ta’ servizz pubbliku li għandha x’taqsam mat-trasport tal-merkanzija.

(100)

Barra minn hekk, Franza tafferma li, f’xenarju bħal dan, huwa permess li jiġi kkunsidrat li l-ġurisprudenza li wasslet għas-sentenza Altmark (u b’mod partikolari s-sentenza Ferring) għandha tfisser verifika biss tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed. Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jgħidu li s-sussidji allokati ma qabżux l-infiq li sar mill-SNCM b’mod effettiv minħabba l-obbligi ta’ servizz pubbliku li hija responsabbli għalihom, kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2001 (71).

(101)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jaffermaw li l-fatt li l-ġurisprudenza Altmark tapplika għall-ftehim ta’ DSP tal-2002-2006 għandu jikkontribwixxi biex ineħħi d-dubji dwar l-applikabilità ta’ din il-ġurisprudenza għall-kumpensi ta’ spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-perijodu mill-1991 sal-2001. Fil-fatt, skont Franza, il-kumpensi allokati mill-1991 sal-2001 u mill-2002 sal-2006 għandhom l-istess natura minħabba li l-parametri tad-definizzjoni tagħhom, jiġifieri l-eżiġenzi kbar ta’ servizz pubbliku, il-preżenza ta’ impriża waħda biss li tista’ tissodisfahom u skema ta’ kkunsidrar tal-infiq tan-negozju, huma identiċi.

(102)

B’konklużjoni, Franza għandha l-opinjoni li l-eżistenza tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, flimkien man-nuqqas ta’ kumpens żejjed fil-perijodu 1991-2001, jikkonferma li l-erba’ kundizzjonijiet Altmark ġew sodisfatti.

7.1.1.2.   Il-kumpatibbiltà tal-ammont ta’ EUR 53,48 miljun fid-dawl tal-Artikolu 86(2), KE

(103)

Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li dan l-intervent huwa għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li din il-miżura awtonoma u indipendenti tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 hija kumpatibbli skont l-Artikolu 86(2), KE, peress li din il-bażi ta’ kumpatibbiltà ma ġietx ikkontestata mill-Qorti fis-sentenza tagħha tal-2005.

(104)

L-awtoritajiet Franċiżi jinsistu għall-fatt li, f’dan ix-xenarju, l-ammont inkwistjoni huwa miżura li m’għandhiex tiġi evalwata fid-dawl tal-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturar tal-1999 u tal-2004 u, b’mod partikolari, m’għandhiex tiġi kkunsidrata fil-mument meta jiġu evalwati l-kundizzjonijiet imposti fil-pjan tal-2002. Fil-fatt, skont Franza, il-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturar tal-2004 (punt 68) ma jiġġustifikawx l-inklużjoni tat-EUR 53,48 miljun fl-għajnuniet għar-ristrutturar.

(105)

Rigward dan, Franza tafferma li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun li jkopri xi kumpensi ta’ spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-perijodu tal-1991 sal-2001 mhijiex miżura allokata matul ir-ristrutturar, kemm jekk huwa l-pjan ta’ ristrutturar innotifikat fl-2002 kif ukoll it-twettiq tiegħu, iżda miżura li tiġi qabel il-pjanijiet tar-ristrutturar inkwistjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li miżura bl-iskop li tikkumpensa għall-ispejjeż li għandhom l-impriżi minħabba l-obbligi tagħhom ta’ servizz pubbliku m’għandhiex in-natura ta’ għajnuna għar-ristrutturar bħalma hija ddefinita fil-linji gwida.

(106)

L-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li, anke jekk dan l-ammont kien innotifikat fil-qafas ta’ injezzjoni finanzjarja globali għall-għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni mhijiex marbuta bil-kwalifikazzjonijiet adottati mill-Istati Membri u li bil-kontra, għandha l-obbligu, jekk ikun il-każ, li tikkwalifika miżura mill-ġdid bħala waħda li mhijiex għajnuna mill-Istat jew bil-kontra li tikkwalifika miżura tal-Istat bħala għajnuna meta l-Istat Membru inkwistjoni ma jkunx ippreżentaha hekk.

7.1.2.   Dwar il-bilanċ innotifikat għall-għajnuniet għar-ristrutturar

(107)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, Franza hija tal-fehma li, jekk l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun huwa ġġudikat bħala eżenti minn elementi ta’ għajnuna jew jekk ikun ikkwalifikat bħala għajnuna kumpatibbli skont l-Artikolu 86(2), KE, l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għar-ristrutturar skont in-notifika tal-2002 ma tkunx aktar ta’ EUR 76 miljun, iżda ta’ EUR 15,81 miljun.

7.2.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(108)

Franza tfakkar, b’mod preliminari, li l-gravità tal-movimenti soċjali tal-2004/2005 u d-deġenerazzjoni tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM ġiegħlu lill-Istat azzjonist inied f’Jannar 2005 proċedura ta’ selezzjoni ta’ investituri privati u jimplimenta miżuri ta’ emerġenza (b’mod partikolari l-bejgħ tal-Asco u tas-sehem fis-Sud Cargos (72).

7.2.1.   Dwar il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM

(109)

B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza Komunitarja fil-qasam, l-awtoritajiet Franċiżi jistiednu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM ta’ EUR 158 miljun m’għandu ebda miżura li tikkwalifika bħala għajnuna skont l-Artikolu 87(1) KE, minħabba li l-Istat Franċiż aġixxa bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq.

(110)

Fuq bażi preliminari, Franza tindika li l-prezz finali ta’ EUR 158 miljun, li huwa aktar baxx mill-prezz negattiv li x-xerrejja talbu fil-bidu skont il-verifika tal-kontijiet tal-SNCM tagħhom, huwa r-riżultat ta’ negozjar ta’ bejgħ ta’ kontroll li sar fil-qafas ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u għal dan, huwa tassew prezz tas-suq.

(111)

Franza tikkunsidra li, minħabba li din it-tfittxija ta’ sieħeb privat għall-SNCM saret fil-qafas ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, li meta tlestiet ġiet magħżula l-aħjar offerta, il-prezz ta’ bejgħ huwa prezz ta’ suq.

(112)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-bejgħ bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun sar fl-aktar kundizzjonijiet favorevoli għall-Istat b’mod konformi mal-ġurisprudenza Komunitarja u mal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni u għalhekk ma fih ebda element ta’ għajnuna. Fil-fatt, Franza temmen li dan il-prezz negattiv huwa aktar baxx mill-ispiża ta’ stralċ li l-Istat kellu jħallas f’każ li kellu jsir stralċ tal-impriża.

(113)

Din il-konklużjoni timponi ruħha kemm meta jiġi applikat l-approċċ meħud mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ‘il quddiem ġurisprudenza Gröditzer (73) kif ukoll meta jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq l-analiżi tal-ispejjeż ta’ likwidazzjoni effettivi tal-SNCM (Deċiżjoni ABX (74).

(114)

Rigward l-ewwel metodu li huwa bbażat fuq il-ġurisprudenza Gröditzer, Franza tgħid li din is-sentenza kkonfermat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 1999, li skont din “il-valur biss tal-likwidazzjoni […] tal-assi, […], għadu jiġi kkunsidrat bħala nfiq tal-likwidazzjoni” (75).

(115)

Rigward dan, ir-rapporti tas-CGMF (76) u l-Oddo-Hastings (77) jistmaw il-valur ta’ likwidazzjoni tal-assi b’minimu ta’ EUR[…] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005 (78).

(116)

Għalhekk, inkwantu l-Istat bħala propjetarju azzjonist ta’ kumpanija huwa responsabbli għad-debiti tagħha biss sal-valur tal-likwidazzjoni tal-assi tagħhom (ġurisprudenza “Hytasa” (79), Franza tafferma li l-valur tal-likwidazzjoni tal-assi tal-kumpanija stmat għal minimu ta’ EUR[…] miljun huwa nettament ogħla mill-prezz negattiv ta’ bejgħ ta’ EUR 158 miljun.

(117)

Dwar it-tieni metodu, Franza tindika li dan jirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics, li fiha l-Kummissjoni investigat prezz ta’ bejgħ negattiv, li għandu, bħal f’dan il-każ, in-natura ta’ prezz ta’ suq, billi qabblitu mall-ispejjeż li l-Istat azzjonist ħallas b’mod effettiv fil-qafas ta’ likwidazzjoni bonarja jew ġudizzjarja bħal meta jiġu stmati minn terz indipendenti. Skont Franza, il-Kummissjoni tammetti b’mod partikolari f’din id-Deċiżjoni l-validità ta’ ċertu numru ta’ spejjeż li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti mid-debituri jew mil-likwidazzjoni tal-fergħat l-oħra tal-grupp li jillikwida s-sussidjarja tiegħu.

(118)

Fuq il-bażi tar-rapporti CGMF u Oddo-Hastings imsemmijin qabel, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-ispejjeż reali kollha li kellha tħallas ir-Repubblika Franċiża bħala azzjonista, kienu bejn EUR[…] u […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005.

(119)

Dan il-metodu jikkunsidra b’mod partikolari r-riskju li kien ikollu l-Istat Franċiż li jiġi msejjaħ biex “jagħmel tajjeb għad-debiti” kieku ġie kkunsidrat minn qorti bħala diriġent de facto tal-SNCM. L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li r-riskju ta’ azzjoni biex jagħmlu tajjeb għad-debiti ma jistax jiġi eskluż, b’mod partikolari fir-rigward ta’ preċedent stabbilit mill-Qorti ta’ Kassazzjoni (Cour de Cassation) fi Franza (80). Għalhekk, f’bosta ittri lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi qalu li l-ipoteżi li l-Istat jiġi ordnat minn qorti nazzjonali biex jagħmel tajjeb għad-debiti tal-impriża li tidderiġi hija xenarju possibbli ħafna u li għandha tiġi kkunsidrata fil-kalkolu tal-infiq effettiv ta’ stralċ possibbli tal-SNCM.

(120)

Fit-30 ta’ Settembru 2005, il-valur li fadal tal-assi tal-SNCM (jiġifieri EUR[…] miljun) kien, wara l-ħlas tad-debiti privileġġati, EUR[…] miljun. L-elementi l-oħra ta’ nfiq kkunsidrati għall-azzjoni kontra l-Istat biex jagħmel tajjeb għad-debiti jinkludu b’mod partikolari l-ispejjeż għat-terminazzjoni tal-kuntratti ewlenin tal-operat, l-ispejjeż għat-terminazzjoni ta’ kiri tal-bastimenti u l-ħlas tad-debiti bla garanzija, u dan jirriżulta għal insuffiċjenza ta’ assi ta’ ammont ta’ EUR[…] miljun. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-Istat kellu jiġi ordnar iħallas bejn […] u […]% ta’ dan l-ammont.

(121)

Barra minn dan, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li, minħabba r-relazzjoni ta’ dipendenza mal-SNCM, u skont ġurisprudenza oħra Franċiża (81), l-istralċ tal-impriża setgħet iġġiegħel lill-qorti tordna l-ħlas tad-danni u interessi lill-impjegati. Skont din il-ġurisprudenza, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li kien ikun aktar possibbli li l-qorti tistabbilixxi l-ammont tal-indennizzi supplementari fuq il-bażi tal-indennizzi li setgħu jiġu mħallsa fil-qafas ta’ pjan soċjali ppreżentat qabel l-istralċ.

(122)

B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza Aspocomp f’dan il-każ, Franza hija tal-fehma li l-Istat seta’ jkun mġiegħel jħallas xi indennizzi supplementari ta’ tkeċċija għal ammont totali bejn EUR[…] u […] miljun, li fl-aħħar seta’ jirriżulta għal infiq totali ta’ stralċ li għandu jitħallas mill-Istat ta’ bejn EUR[…] u […] miljun.

(123)

Skont dan l-approċċ, l-analiżi tal-ispejjeż effettivi li kellhom jitħallsu mill-Istat azzjonist turi li l-infiq għall-Istat tal-bejgħ tal-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun huwa inqas mill-infiq effettiv li kellu jħallas f’każ li jsir stralċ ġudizzjarju tal-impriża.

(124)

B’konklużjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li dan l-ammont ma jistax jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat.

7.2.2.   Dwar il-kontribuzzjoni fil-kapital konġunt tal-azzjonisti

(125)

Franza temmen li, permezz ta’ dan ix-xiri ta’ ishma, hija ġabet ruħha bħala investitur prudenti għaliex, minn naħa, hija intervjeniet b’mod konkomitanti u minoritarju mal-BCP u l-VT u, min-naħa l-oħra, dan is-sehem jibbenefika minn remunerazzjoni f’kapital fiss ta’ […]% kull sena, u dan jeżonera lill-Istat mir-riskju ta’ attwazzjoni tal-pjan tan-negozju. Fil-fatt, Franza tgħid li din ir-rata ta’ profitt hija sodisfaċenti ħafna għal investitur privat (82). Għaldaqstant hija tispeċifika li m’għandha titħallas ebda remunerazzjoni f’każ li jsir salvataġġ jew stralċ ġudizzjarju tal-SNCM jew eżerċizzju tal-klawżola riżoluttiva mix-xerreja.

7.2.3.   Dwar il-miżuri soċjali supplementari (għajnuna għall-persuna)

(126)

Franza tikkunsidra, waqr li tirreferi għall-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-kwistjoni SFP - Société française de production (83), li dan il-finanzjament huwa għajnuna għall-persuna li mhuwiex ta’ benefiċċju lill-impriża. Għalhekk, l-implimentazzjoni permezz ta’ fondi pubbliċi ta’ miżuri soċjali supplimentari favur xi persuni li jingħataw is-sensja, mingħajr ma dawn il-miżuri jneħħu r-responsabiltajiet normali ta’ min iħaddem, taqa’ taħt il-politika soċjali tal-Istati Membri u ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

7.2.4.   Konklużjoni

(127)

Jekk il-Kummissjoni minkejja kollox tikkwalifika l-miżuri ġodda kollha jew parti minnhom bħala għajnuna mill-Istat, Franza tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-miżuri ġodda, filwaqt li jassiguraw ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-SNCM, jistgħu jippermettu ż-żamma ta’ kompetizzjoni fis-swieq inkwistjoni, b’mod partikolari fis-suq tas-servizz ta’ trasport għal Korsika. Dan l-element, skont Franza, huwa wieħed mill-prinċipji tal-linji gwida dwar is-salvataġġ ta’ impriża f’diffikultà bħalma kien imfakkar, f’dan il-każ, mill-Kummissjoni (paragrafu 283 ta’ Deċiżjoni annullata tagħha) u mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2005. B’mod partikolari, din tal-aħħar fakkret li l-Kummissjoni setgħet tikkonstata, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni wiesgħa tagħha, li l-preżenza ta’ impriża kienet meħtieġa biex tipprevjeni l-ħolqien ta’ struttura oligopolistika msaħħaħ tas-swieq inkwistjoni.

(128)

Rigward l-iffissar tal-kumpensi li l-SNCM tista’ tiġi ordnata tħallas, Franza tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-istruttura tas-suq. Għalhekk, tnaqqis fil-kapaċitajiet tal-SNCM jista’ jsaħħaħ il-pożizzjoni li issa hija dominanti tas-CFF fis-suq tas-servizz ta’ trasport għal Korsika (84).

(129)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-pjan għar-ristrutturar, kif kien aġġornat, huwa konformi mal-kriterji ta’ kumpatibbiltà maħruġa mill-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha tal-1999 u l-2004. Il-miżuri kollha li jidhru fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-SNCM jippermettu wkoll li tiġi stabbilita mill-ġdid mill-aħħar tal-2009 il-vijabbiltà fuq żmien twil tal-SNCM u jkunu limitati għall-minimu meħtieġ għal dan ir-ritorn lejn il-vijabbiltà.

7.3.   Dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni mħassra tal-2003

(130)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru, minn naħa, li l-kundizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni tal-2003 kienu implimentati kollha u sodisfatti fil-perijodu 2003-2006. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li dawn il-miżuri m’għadhomx meħtieġa biex jipprevjenu distorsjoni tal-kompetizzjoni u li ż-żamma tagħhom tkun kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità rigward il-limitazzjoni tal-ammont tal-għajnuniet għar-ristrutturar, li issa ġew mnaqqsa sa EUR 15,81 miljun. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li għandhom jitneħħew il-kundizzjonijiet li għadhom jistgħu jkunu applikati, jiġifieri dawk li huma relatati mal-projbizzjoni li tiġi mmodernizzata l-flotta tal-SNCM, ir-rispett tal-prinċipju tal-price leadership għal dak li għandu x’jaqsam mat-tariffi u ż-żamma ta’ ċertu numru ta’ frekwenzi.

8.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

8.1.   Dwar id-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002

8.1.1.   Osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries (CFF)

(131)

Filwaqt li l-ewwel nett tikkontesta li l-SNCM hija impriża f’diffikultà skont il-linji gwida (85), is-CFF tqajjem dubji dwar il-kapaċità tal-SNCM li tibda tagħmel profitt fuq ir-rotot li mhumiex issussidjati. Is-CFF tosserva wkoll li, bil-kontra ta’ dak li jintqal fil-pjan għar-ristrutturar (86), is-servizz ta’ trasport għal Livorno għadu jsir.

(132)

Dwar il-kwistjoni ta’ tnaqqis tal-ispejjeż, is-CFF tikkundanna l-fatt li m’għandhiex aċċess għal ċerti elementi tal-pjan għar-ristrutturar li għalihom ir-rappreżentanti għamlu xi kritiki (87).

(133)

Is-CFF hija tal-opinjoni li l-kalkolu tal-awtoritajiet Franċiżi li wassal għall-ammont ta’ EUR 76 miljun huwa purament fittizju (88) filwaqt li jidhrilha li l-proporzjon tal-kapitali proprji mad-debiti finanzjarji ta’ 79 % stabbilit mill-awtoritajiet Franċiżi huwa eżaġerat (89). Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ishma tal-SNCM, is-CFF tosserva li xi wħud mis-sussidjarji mhumiex utli għall-attivitajiet tal-kumpanija marittima (90).

(134)

B’konklużjoni, skont is-CFF, il-proġett ta’ għajnuna għandu l-għan li jevita r-Regolament dwar il-kabotaġġ u jġib fix-xejn is-sejħa għall-offerti li ħarġet għas-servizz ta’ trasport lejn Korsika minn Marsilja. Is-CFF tinsisti li l-għajnuna ppjanata ma twassalx biex is-SNCM tkun tista’ tagħmel offerta kummerċjali aktar agressiva. Hija tissuġġerixxi li għajnuna għar-ristrutturar tiġi allokata fl-2007 u biss jekk l-SNCM titlef is-sejħa għall-offerti li jmiss fl-2006, l-uniku xenarju li fil-fehma tagħha tabilħaqq jista’ jpoġġi lill-kumpanija marittima pubblika f’diffikultà.

8.1.2.   Osservazzjonijiet tal-grupp Stef-TFE (91)

(135)

Il-grupp Stef-TFE jgħid uffiċjalment li l-ishma tal-SNCM fis-CMN għandhom jiġu analizzati bħala assi purament finanzjarji. Skont il-grupp Stef-TFE, is-CMN u l-SNCM huma indipendenti u f’kompetizzjoni ma’ xulxin għar-rotot minbarra dawk li jitilqu minn Marsilja, anke jekk it-tnejn huma kokontraenti fil-qafas tal-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku.

(136)

L-ittra tindika li l-grupp Stef-TFE jimpenja ruħu “li jixtri l-ishma kollha jew parti minnhom u bi preferenza l-ishma kollha tal-SNCM fis-CMN”, li huwa jistma l-valur tagħhom għal bejn EUR 15 u 17 miljun, jekk il-Kummissjoni hija tal-fehma, fil-kundizzjonijiet li tista’ timponi fid-Deċiżjoni finali tagħha, li “bejgħ bħal dan huwa meħtieġ għal bilanċ fil-pjan tar-ristrutturar”.

8.1.3.   Osservazzjonijiet tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali

(137)

Is-sindku tal-belt ta’ Marsilja, il-president tal-Kunsill Ġenerali tal-Bouches-du-Rhône u l-president tal-Kunsill reġjonali Provence-Alpes-Côte d’Azur jenfasizzaw l-importanza ekonomika li għandha l-SNCM fl-ekonomija reġjonali.

(138)

Il-president tal-Kunsill Reġjonali Provence-Alpes-Côte d’Azur jgħid ukoll li l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex il-pjan għar-ristrutturar tal-SNCM jiggarantixxi l-vijabbiltà tal-impriżi jidhru li huma sodisfatti.

(139)

Il-president tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Assemblea ta’ Korsika bagħat deliberazzjoni ta’ din l-assemblea tat-18 ta’ Diċembru 2002 li fiha l-assemblea ta’ Korsika tat “opinjoni favur” il-proġett ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM.

8.1.4.   Osservazzjonijiet tal-Uffiċċju tat-Trasport ta’ Korsika

(140)

L-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika (Office des Transports de Corse – OTC) (92) jenfasizza li għas-sejħa għall-offerti mnedija għall-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku saret biss offerta waħda, dik tal-grupp CMN u SNCM. Bl-iskop li żżomm servizz ta’ trasport affidabbli u ta’ kwalità, l-awtorità lokali ta’ Korsika inkludiet fil-kuntratt xi mekkaniżmi finanzjarji ta’ kumpens jew ta’ korrezzjoni skont l-effiċjenza u l-affidabbiltà tas-servizzi. Fl-aħħarnett, huwa mfakkar li l-awtorità lokali ta’ Korsika kkunsidrat l-iżviluppi fl-offerta mill-1996 fis-servizz ta’ trasport mill-portijiet ta’ Franza kontinentali biex ma tillimitax l-obbligi ta’ servizz pubbliku għas-servizz ta’ trasport minn Marsilja biss.

(141)

L-OTC jindika wkoll li, billi l-SNCM hija l-unika kumpanija llum li hija kapaċi tissodisfa l-eżiġenzi tal-kuntratt għal dak li għandu x’jaqsam mat-traffiku ta’ passiġġieri, il-waqfien tal-eżistenza tagħha “iwassal minnufih għal nuqqas kbir ta’ servizzi”. Huwa jfakkar ukoll l-importanza tal-SNCM fl-ekonomija ta’ Korsika.

8.2.   Dwar id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura tal-2006

8.2.1.   Osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries (CFF)

(142)

Is-CFF tenfasizza l-kobor tal-ammonti finanzjarji inkwistjoni, in-natura sproporzjonata tagħhom meta mqabblin mal-fatturat tal-SNCM u l-fatt li ġew imħallsa lill-SNCM qabel ma l-Kummizzjoni tat l-opinjoni tagħha dwar il-kwalifikazzjoni skont l-Artikolu 87(1) KE.

(143)

Is-CFF tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-appoġġ tal-Istat Franċiż lill-SNCM huwa ta’ natura strateġika għall-iżvilupp tas-CFF. Dawn il-miżuri mhux awtorizzati jippermettu lill-SNCM li jkollha politika tariffarja agressiva ħafna fuq ir-rotot fejn is-CFF ilha attiva għal 10 snin u, fejn, għall-ewwel darba minn meta ġiet stabbilita, qiegħda titlef xi ishma fis-suq.

(144)

Is-CFF temmen li hemm modi alternattivi għall-preżenza tal-SNCM fuq ir-rotot kollha inkwistjoni, DSP u ‘l barra mid-DSP, li jista’ jkollhom ħafna vantaġġi kemm għall-SNCM kif ukoll għall-kompetizzjoni inġenerali. Rigward id-DSP (93), is-CFF temmen li l-SNCM għandha tnaqqas l-offerta tagħha fis-servizzi ta’ trasport li joperaw fil-qafas tad-DSP sabiex ma titħalliex tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha f’dan is-suq, sabiex jiġu evitati investimenti ġodda u sabiex jiġi stabbilit pjan soċjali limitat għal 120 post tax-xogħol staġjonali mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jeliminaw xi kuntratti għal żmien indefinit, li jiswew aktar flus. Għal dak li għandu x’jaqsam mar-rotot ‘il barra mid-DSP, is-CFF tissuġġerixxi l-irtirar mill-SNCM ta’ bastiment staġjonali.

8.2.1.1.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(145)

Rigward l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun, is-CFF tqajjem il-kwistjoni li seta’ kien hemm għadd doppju fil-kalkolu tal-kumpens ta’ EUR 787 miljun awtorizzat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001.

(146)

Is-CFF temmen li, minkejja l-fatt li l-ġurisprudenza Altmark ġiet wara l-iffirmar tad-DSP, il-kumpensi mħallsin fil-qafas tagħha għandhom jiġu investigati fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza msemmija. Rigward dan, is-CFF temmen li, minbarra l-ewwel kriterju, il-kriterji l-oħrajn Altmark ma ġewx sodisfatti.

(147)

Partikolarment rigward ir-raba’ kriterju Altmark, is-CFF taqbel mad-dubji tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-SNCM tista’ tiġi kkunsidrata bħala impriża li kienet amministrata b’mod tajjeb u mgħammra b’mod adegwat. Rigward dan, is-CFF tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li madwar 50 % tat-telf tal-SNCM sar l-aktar fis-snin 2000 u 2001, u dan iġiegħel lil wieħed jaħseb li t-telf tal-SNCM ma sarx biss minħabba l-obbligi ta’ servizz pubbliku.

(148)

Rigward il-possibiltà li dan l-ammont jiġi evalwat fid-dawl tal-Artikolu 86(2), KE, is-CFF temmen li l-Qorti tal-Prim’Istanza talbet lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni limitata għall-kwalifikazzjoni ta’ dan l-ammont bħala għajnuna u mhux għall-ġustifikazzjoni tagħha skont l-Artikolu msemmi. Il-Kummissjoni tkun obbligata li tivverifika li dan l-ammont ma jkunx eċċessiv meta mqabbel mal-ispejjeż żejda li rriżultaw mill-obbligi ta’ servizz pubbliku.

8.2.1.2.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(149)

Rigward il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-kumpanija, is-CFF temmen li ma kinitx kompletament trasparenti minħabba li l-impriża magħżula, jiġifieri l-BCP, m’għadhiex fil-kmand operattiv tal-SNCM għaliex ittrasferixxiet postha lill-grupp VT. Barra minn hekk, billi l-kundizzjonijiet finanzjarji nbiddlu u saru aktar favorevoli għax-xerrejja, is-CFF ssaqsi dwar il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-investituri li kellu jkun applikat sa mill-bidu tal-operazzjoni.

(150)

Rigward il-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun, is-CFF tiddubita l-mod kif ġie applikat f’dan il-każ il-kriterju tal-investitur prudenti f’ekonomija tas-suq. Minn naħa, is-CFF ssaqsi jekk wieħed jistax jikkunsidra li l-operazzjoni inkwistjoni ġiet immexxija mill-Istat flimkien ma’ intervent sinifikattiv u konkomitanti tal-operaturi privati kkonċernati f’kundizzjonijiet komparabbli meta l-Istat ikkapitalizza mill-ġdid il-kumpanija qabel il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid konġunta tal-azzjonisti u l-pjan il-ġdid għar-ristrutturar. Min-naħa l-oħra, is-CFF temmen li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet finanzjarji serji tal-SNCM, investitur prudenti kien jintervjeni qabel biex ma jħallix l-investiment tiegħu jonqos fil-valur (94).

(151)

Is-CFF temmen li r-referenza għall-kawża “ABX Logistics” mhijex relevanti. Minbarra l-fatt li ċ-ċirkostanzi ta’ din il-kawża ma jistgħux jiġu ttrasferiti għal dan il-każ, is-CFF tinnota kontribuzzjoni sinifikattiva mill-benefiċjarju għall-għajnuniet f’dik il-kawża, u dan żgur mhuwiex il-każ tal-SNCM. Barra minn hekk, skont is-CFF, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2006 ma kkunsidratx l-infiq relatat mar-riskju ta’ azzjonijiet ġudizzjarji fil-qafas ta’ stralċ tal-impriża kkonċernata. Rigward dan, is-CFF temmen li l-ġurisprudenza nazzjonali invokata minn Franza sabiex tiġġustifika l-infiq li huwa relatat mal-istralċ tal-SNCM mhijiex applikabbli għal dan il-każ (95).

(152)

Is-CFF temmen li l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Komunitarja “Gröditzer” u “Hytasa” għal dan il-każ jista’ biss iwassal għal konklużjoni li l-Istat ma ġabx ruħu bħala investitur privat minħabba li, skont il-ġurisprudenza msemmija, il-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat kien relatat mal-bejgħ ta’ 75 % tas-sehem tiegħu fl-SNCM li kompla naqqas il-prospetti ta’ profitti li seta’ jieħu lura.

(153)

Fl-aħħar, is-CFF temmen li l-paragun bejn l-ispejjeż ta’ stralċ u l-ispejjeż ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid għandu jikkunsidra l-valur tal-assi, li huwa, fiż-żewġ każijiet, ittrasferit lix-xerrej. Is-CFF temmen li l-valur tal-assi mibjugħa lix-xerrejja jvarja bejn EUR 640 miljun u EUR 755 miljun (96), meta jiġi kkunsidrat li l-valur tas-suq tal-flotta użata mill-SNCM li s-CFF jistma li kien bejn EUR 644 u 664 miljun f’Awwissu 2006.

(154)

Rigward l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002 bħala għajnuniet għar-ristrutturar, is-CFF temmen li, jekk l-SNCM tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ impriża f’diffikultà skont il-linji gwida tal-2004 fil-perijodu ta’ qabel l-ewwel kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 142,5 miljun, din il-kwalifikazzjoni ssir ferm kontestabbli għall-perijodu ta’ qabel it-tieni żieda fil-kapital ta’ EUR 8,75 miljun minħabba li l-fondi proprji tal-impriżi ġew mibnija mill-ġdid.

(155)

Rigward il-vijabbiltà tal-impriża, is-CFF tenfasizza li l-bejgħ tal-SNCM huwa parzjali biss u ma jistax jiġi rrevokat minħabba l-klawżoli riżoluttivi nnegozjati max-xerrejja. Dawn l-elementi jirrappreżentaw elementi importanti ta’ inċertezza dwar il-volontà u l-kapaċità tax-xerrejja li jsalvaw lill-SNCM u għalhekk jipotekaw il-perspettivi ta’ vijabbiltà sostenibbli tal-impriża. Barra minn dan, is-CFF tindika li, għall-kuntlarju ta’ dak li huwa mitlub mil-linji gwida tal-2004, l-awtoritajiet Franċiżi ma ppjanawx li jabbandunaw l-attivitajiet li jibqgħu jagħmlu telf strutturali anke wara r-ristrutturar (97). Barra minn hekk, is-CFF tesprimi xettiċiżmu dwar il-pjan ta’ tnaqqis tal-infiq meta l-flotta tal-SNCM kibret (98) u dwar il-pjan ta’ tnaqqis ta’ impjegati b’mod partikolari fid-dawl tal-falliment tal-pjan soċjali tal-2002.

(156)

Is-CFF tesprimi d-dubji tagħha dwar il-fatt li l-għajnuniet il-ġodda huma limitati għall-minimu minħabba, minn naħa waħda, nuqqas ta’ ċarezza dwar x’kienu jkopru l-ispejjeż soċjali u, min-naħa l-oħra, il-kontenut tal-minuti tal-Assemblea tal-SNCM tat-28 ta’ April 2006 li minnhom jidher li parti minn dawn l-għajnuniet servew biex ikopru t-telf operattiv tal-kumpanija fl-2006 u fl-2007. Is-CFF temmen ukoll li x-xerreja tal-SNCM ma jikkontribwux b’mod sostanzjali għar-ristrutturar tal-impriża.

(157)

Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni, is-CFF temmen li huwa meħtieġ li jerġgħu jiġu mġedda u speċifikati l-kumpensi imposti fuq l-SNCM fl-2003 kif ukoll li jiġu miżjuda kumpensi ġodda li jkunu relatati mat-tnaqqis tal-preżenza tal-SNCM fis-suq (99). Is-CFF temmen ukoll li parti tal-miżuri imposti fuq l-SNCM mid-Deċiżjoni tal-2003 ma ġewx sodisfatti (100).

(158)

Dwar in-natura tat-tieni kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 8,75 miljun, is-CFF temmen li, minbarra l-konkomitanza tal-investiment pubbliku u privat, l-intervent privat għandu jkun sinifikattiv u għandu jsir f’kundizzjonijiet komparabbli b’mod li jkun ivvalidat l-intervent tal-Istat. Fil-każ inkwistjoni, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti. Minn naħa waħda, is-sehem tax-xerrejja, strettament relatat mal-ewwel żieda fil-kapital ta’ EUR 142,5 miljun, mhuwiex sinifikattiv. Min-naħa l-oħra, l-intervent tax-xerrejja ma sarx f’kundizzjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-Istat b’mod partikolari minħabba l-klawżoli riżoluttivi u l-profitt previst tas-sehem minoritarju tas-CGMF.

(159)

Dwar il-miżuri soċjali ta’ ammont ta’ EUR 38,5 miljun, is-CFF tikkontesta l-kwalifikazzjoni ta’ dan l-ammont bħala għajnuna għall-persuna. Fil-fatt, huwa veru li dan l-ammont jibbenefika direttament lill-impjegati tal-SNCM, iżda s-CFF tenfasizza li din il-miżura jista’ jkollha effetti pożittivi indiretti għall-SNCM, b’mod partikolari biex tikkalma l-klima soċjali.

8.2.2.   Osservazzjonijiet tal-STIM d’Orbigny (Grupp Stef-TFE)

8.2.2.1.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(160)

L-STIM tenfasizza li permezz il-ħlas ta’ EUR 53,48 miljun għal kumpensi ta’ servizz pubbliku l-Istat ikkumpensa lill-SNCM darbtejn għall-istess obbligi ta’ servizz pubbliku. Barra minn hekk, l-STIM temmen li dan il-ħlas ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza Altmark.

(161)

Rigward b’mod partikolari t-tieni u r-raba’ kriterji Altmark, l-STIM tikkontesta, minn naħa, l-eżistenza ta’ parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti u, min-naħa l-oħra, il-komparabbiltà tal-proporzjonijiet tal-SNCM u tas-CMN fil-perijodu 1991-2001 (101) u taħseb, f’dan ir-rigward, li l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni kienet influwenzata b’mod ċar (102).

8.2.2.2.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(162)

Rigward il-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun, l-STIM temmen li dan il-prezz mhuwiex prezz ta’ suq li ġej minn proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa u mhux diskriminatorja għax il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid saret f’kundizzjonijiet differenti minn dawk li normalment kellhom jiggwidaw investitur privat. L-STIM fil-fatt temmen li l-assi netti tal-kontabbiltà rivalutati għandhom jippermettu, fl-agħar ipoteżi, stralċ mingħajr infiq għall-Istat, jew anke li jwassal għal qligħ kapitali ta’ stralċ, li l-prezz ta’ bejgħ huwa baxx ħafna meta mqabbel mal-valur tal-impriża (stmata mill-STIM għal EUR 350 miljun) u li l-għajnuna hija sproporzjonata meta mqabbla mal-ħtiġijiet tal-impriża.

(163)

L-STIM tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni għan-natura eżorbitanti tal-klawżola riżoluttiva tat-trasferiment lis-settur privat.

(164)

L-STIM fl-aħħar nett tikkontesta l-ġustifikazzjoni tal-bejgħ bi prezz negattiv li hija bbażata fuq l-ipoteżi ta’ stralċ diffiċli soċjalment, li ma tantx tidher realistika.

(165)

Dwar it-tieni kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ 8,75 miljun, l-STIM temmen li din il-kontribuzzjoni fil-kapital ma tirrispettax il-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq minħabba n-nuqqas ta’ garanziji ta’ qligħ fuq investiment. L-STIM tikkontesta l-argument relatat mal-konkomitanza tal-investiment privat u pubbliku biex din il-kontribuzzjoni ma tkunx ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat. Konkomitanza simili, sakemm tiġi stabbilita, hija biss indikazzjoni u waħedha ma tistax tkun meqjusa bħala kriterju ta’ kwalifikazzjoni (103). L-STIM tafferma fl-aħħar nett li din il-kontribuzzjoni hija garanzija mogħtija lix-xerrejja mill-gvern Franċiż li l-SNCM hija tassew dik magħżula tad-DSP għas-servizz ta’ trasport għal Korsika.

(166)

Dwar it-EUR 38,5 miljun ta’ għajnuniet għall-persuna, l-STIM temmen li dan l-ammont fir-realtà għandu l-għan li jippermetti lill-SNCM tirrispetta ċerti aspetti essenzjali tal-pjan ta’ salvataġġ ippreżentat lill-Kummissjoni li ma ġewx implimentati, b’mod partikolari t-tnaqqis tal-impjegati.

8.2.2.3.   Dwar il-kumpatibbiltà mal-linji gwida tal-2004

(167)

L-STIM hija tal-opinjoni li l-għajnuniet li rċeviet l-SNCM mhumiex limitati għall-minimu. Il-kontribuzzjoni tal-SNCM u tax-xerrejja fil-pjan għar-ristrutturar mhijiex biżżejjed għall-kundizzjonijiet imposti fil-linji gwida tal-2003 u mhux ser ikun ipprovat li l-qagħda tal-SNCM kienet daqshekk eċċezzjonali li tiġġustifika kontribuzzjoni proprja inqas għolja. Barra minn dan, l-STIM tenfasizza n-natura sproporzjonata tal-għajnuniet allokati fl-2006 minħabba li dawn ippermettew lill-SNCM tibni xi riżervi biex tkopri t-telf fil-futur. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-SNCM ma għamlitx pjanijiet li tbigħ l-assi mhux indispensabbli għas-sopravivenza tal-impriża jmur kontra l-eżiġenzi stabbiliti fil-linji gwida tal-2004.

(168)

L-STIM temmen li l-ammonti mħallsa kienu mħallsa bi ksur tal-prinċipju tal-uniċità stabbilit fil-linji gwida tal-2004. Id-deġenerazzjoni tal-qagħda finanzjarja tal-impriża kif ukoll il-kunflitti soċjali ma jistgħux jitqiesu bħala ċirkostanzi eċċezzjonali, imprevedibbli u mhux imputabbli lill-impriża benefiċjarja.

(169)

Għalhekk, l-STIM teżiġi kumpensi supplementari ta’ nofs l-għajnuniet mogħtija, jiġifieri EUR 98,25 miljun permezz ta’ bejgħ ta’ bastiment supplementari kif ukoll l-ishma diretti u indiretti tal-SNCM fis-CMN. Rigward dan, l-STIM tafferma li dawn l-ishma mhumiex strateġiċi skont il-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturar għax mhumiex “indispensabbli għas-sopravivenza tal-impriża” u lanqas m’għandhom in-natura ta’ assi li ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

(170)

L-STIM tgħid uffiċjalment ukoll li s-sinerġiji li suppost hemm bejn l-SNCM u s-CMN ma jeżistux għax l-SNCM m’għandha ebda rwol effettiv fil-ġestjoni u l-iżvilupp tas-CMN. L-STIM tenfasizza fl-aħħar nett li l-patt ta’ azzjonist li jgħaqqad iż-żewġ intrapriżi ma baqax jeżisti wara l-15 ta’ Marzu 2006, id-data li fiha ntemm mis-CMN, kif kien osservat mill-Qorti ta’ Appell ta’ Pariġi.

8.2.3.   Osservazzjonijiet tal-SNCM

(171)

L-SNCM ippreżentat dokument lill-Kummissjoni li jevalwa l-qagħda ekonomika u kompetittiva, appoġġat minn parir legali li jevalwa, fil-qafas ta’ proċedura ta’ stralċ, ir-riskju ta’ kwalifikazzjoni ġudizzjarja tal-intervent tal-Istat bħala amministratur de facto tal-kumpanija għall-perijodu ta’ qabel ma saret il-privatizzazzjoni.

(172)

Meta ġiet ikkonsultata mill-SNCM, id-ditta […] wasslet għall-konklużjoni li, fuq il-bażi tad-dokumenti soċjali tal-kumpanija kkompletati bil-korrispondenza, l-interventi u t-tranżazzjonijiet tal-korpi ta’ kontroll, l-Istat Franċiż […] (104) (105) (106). Ir-rapport jenfasizza wkoll li […] (107). Fl-aħħar nett, l-istess rapport jindika li […].

(173)

Fuq din il-bażi, l-espert tal-SNCM jikkonkludi li huwa ferm probabbli li l-kwalità ta’ diriġent de facto tal-Istat Franċiż ġiet ikkonstatata mil-Qorti tal-Kummerċ ta’ Marsilja.

(174)

Barra minn hekk, jirriżulta mill-fatti, b’mod partikolari dawk li ġew stabbiliti minn rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, li xi żbalji fil-ġestjoni imputabbli għall-Istat Franċiż (108), diriġent de facto tal-SNCM, ikkontribwew għan-nuqqas ta’ assi osservat tal-SNCM. Id-dannu li rriżulta minn nuqqasijiet amministrattivi tal-Istat kien ta’ […].

(175)

F’dan il-kuntest, skont l-espert tal-SNCM, m’hemmx dubju li l-Istat Franċiż għandu jinżamm responsabbli biex jagħmel tajjeb għall-insuffiċjenza tal-assi kollha jew parti minnhom fil-qafas ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti, meta jitqies l-involviment qawwi tal-Istat fil-ġestjoni tal-SNCM, in-nuqqasijiet amministrattivi ċari tiegħu u fuq l-estensjoni tar-riżorsi finanzjarji tiegħu.

(176)

Abbażi tal-ġurisprudenza relatata, l-espert tal-SNCM jikkonkludi li, kieku sar stralċ tal-SNCM, l-Istat żgur kien ikollu jħallas id-debiti soċjali kollha tal-SNCM. Dan kien iwassal biex l-Istat azzjonist ikollu jagħmel tajjeb għal parti stmata bejn […] u […]% tal-insuffiċjenza tal-assi osservata (jiġifieri bejn EUR[…] u […] miljun). Għalhekk, bid-Deċiżjoni li jipprivatizza l-SNCM filwaqt li jsaħħaħ minn qabel il-fondi proprji tiegħu għal ammont ta’ EUR 158 miljun, l-Istat Franċiż aġixxa bħala investitur prudenti.

9.   KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

9.1.   Kummenti ta’ Franza dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati relatati mad-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002

9.1.1.   Dwar l-osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries

(177)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li parti mill-informazzjoni ppreżentata mis-CFF dwar l-offerta tal-SNCM mhijiex eżatta.

(178)

L-Istat Franċiż jemmen, kontra l-affermazzjonijiet tas-CFF, li l-pjan għar-ristrutturar kien stabbilit b’mod li jippermetti s-salvataġġ tal-SNCM fl-inqas żmien possibbli u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-vijabbiltà tagħha fuq żmien medju u twil. L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li parti kbira mill-programm ta’ tnaqqis tal-infiq diġà ġie implimentat (109). Barra minn hekk, fl-2001 l-SNCM ipprovdiet fondi ta’ EUR 21,3 miljun għall-finanzjament tal-miżuri ta’ ristrutturar, u b’mod partikolari tal-pjan ta’ ħarsien tax-xogħol.

(179)

Dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonfermaw li proporzjon ta’ kapitali proprji fuq debitu globali ta’ 0,79 huwa karatteristiku ħafna tal-bilanċi proprji fil-maġġoranza tal-kumpaniji marittimi, ħlief f’sitwazzjoni partikolari (110).

9.1.2.   Dwar l-osservazzjonijiet ta’ Stef-TFE

(180)

L-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li d-deskrizzjoni li għamlet l-Stef-TFE tar-relazzjonijiet bejn l-SNCM u s-CMN fil-qafas tal-attwazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku ma jikkorrispondix mar-realtà.

(181)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-għażla tal-metodu ta’ grupp temporanju ta’ impriża, fejn l-SNCM u s-CMN huma komandatarji delegati konġunti u mhux in solidum, fl-ebda mod ma “saret obbligatorja minħabba n-natura globali tal-konsultazzjoni”, għall-kuntlarju tal-osservazzjonijiet ta’ Stef-TFE. L-għażla li jinbena grupp SNCM-CMN hija r-riżultat ta’ analiżi magħmula miż-żewġ kumpaniji, skont liema tkomplija taħt din il-forma tas-sħubija storika u naturali tagħhom tagħtihom l-aħjar vantaġġi – b’mod partikolari rigward il-kompetittività – fil-qafas tas-sejħa għall-offerti. Id-dħul tas-CMN f’dan il-grupp għalhekk irriżulta minn għażla volontarja min-naħa tagħha, ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-interessi tagħha stess, u mhux minn obbligu li rriżulta mill-forma tas-sejħa għall-offerti.

(182)

L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li, għall-kuntlarju tal-osservazzjonijiet ta’ Stef-TFE, iż-żewġ kumpaniji SNCM u CMN mhumiex indipendenti u lanqas f’kompetizzjoni diretta. Sitwazzjoni bħal din tmur kontra l-prinċipju stess tal-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku uniku li fih huma kofirmatarji.

(183)

L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li s-sehem tal-SNCM fil-kapital tas-CMN ma jistax jiġi analizzat bħala assi purament finanzjarju, kif jidher li tafferma Stef–TFE. Franza tiddefendi l-pożizzjoni li l-ishma tal-SNCM fis-CMN huma ta’ natura strateġika ħafna.. Il-bejgħ tagħhom skont hi fil-fatt ikun mhux biss aberrazzjoni industrijali iżda wkoll żball strateġiku kbir.

9.1.3.   Kummenti ta’ Franza dwar l-osservazzjonijiet ta’ rappreżentanti tal-kollettivitajiet lokali

(184)

Franza tapprova b’mod globali l-kontenut tal-ittra tal-president tar-reġjun Provence-Alpes-Côte d’Azur, iżda madankollu tixtieq tindika li, għall-kuntlarju ta’ dak li ġie affermat fil-punt 2 tal-ittra msemmija (111), l-offerta fuq is-servizz ta’ trasport bejn Franza kontinentali u Korsika mhuwiex “kbir biżżejjed meta mqabbel mad-domanda” u li l-politika tariffarja tal-SNCM taqbel mal-impenji li ħadet li ma tkunx il-kawża ta’ gwerra tariffarja u li ma tkunx “price leader”.

9.2.   Kummenti ta’ Franza dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati rigward id-Deċiżjoni tal-2006

(185)

B’mod ġenerali, Franza tinnota li ħafna mill-osservazzjonijiet tal-STIM u s-CFF huma identiċi mal-kummenti li dawn il-kumpaniji kienu diġà għamlu lill-Kummissjoni fl-2003. B’mod partikolari, huma jispeċifikaw li l-kummenti tas-CFF kienu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-qafas tar-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003 u l-maġġoranza tagħhom diġà ġew irrifjutati kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Qorti tal-Prim’Istanza.

(186)

Dwar id-DSP għar-rotot Marsilja-Korsika, Franza tikkontesta kull argument li għandu l-għan li jindika li l-proċedura ta’ implimentazzjoni tal-ftehim tad-DSP kienet irregolari. Barra minn hekk, skont Franza, l-eżistenza ta’ dawn il-proċeduri nazzjonali quddiem qrati nazzjonali fil-kwalità tagħhom ta’ qrati Komunitarji tad-dritt komuni timplika li m’hemmx interess Komunitarju għall-Kummissjoni li tinvestiga l-kwistjonijiet relatati mal-proċedura ta’ implimentazzjoni tal-ftehim tad-DSP.

9.2.1.   Dwar it-twettiq antiċipat tal-miżuri previsti mill-ewwel pjan għar-ristrutturar u l-emendi tiegħu

(187)

Għar-rimarka ġenerali dwar l-implimentazzjoni antiċipata tal-miżuri kkwalifikati bħala għajnuniet minn Franza, l-awtoritajiet Franċiżi jirrispondu li l-implimentazzjoni msemmija hija ġustifikata mill-partikolarità tal-proċedura, jiġifieri l-annullament fl-2005 tad-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003, u mhux mill-volontà tal-awtoritajiet Franċiżi li ma jkunux jafu sew l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mit-Trattat KE. Barra minn hekk, Franza tispeċifika li dejjem żammet lill-Kummissjoni infurmata dwar l-iżviluppi fil-kwistjoni u bid-diversi miżuri adottati minn Jannar 2005, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(188)

Rigward dawn l-aħħar miżuri, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li billi ebda waħda minnhom mhi meqjusa bħala għajnuna, l-Artikolu 88(3), KE in fine ma japplikax għalihom, u li, għalhekk, m’hemm ebda obbligu li l-attwazzjoni tagħhom tkun sospiża.

9.2.2.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(189)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li ma tefgħux dubju fuq l-applikabbilità tas-sentenza Altmark filwaqt illi osservaw, madankollu, xi diffikultajiet ta’ implimentazzjoni tat-test stabbilit f’din is-sentenza, minħabba li l-ammont inkwistjoni ġie stabbilit qablu u għalhekk ma setax jikkunsidra dawn il-kriterji ġodda.

(190)

Franza tispeċifika li t-EUR 53,48 miljun inkwistjoni huma parti mid-EUR 69,3 miljun li kienu ddikjarati bħala kumpatibbli mill-Kummissjoni fl-2003. Id-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-2006 għalhekk ma jikkonċernawx il-kumpatibbiltà ta’ dawn il-miżuri, li ma ġietx ikkontestata, kif jidher li tafferma l-STIM fl-osservazzjonijiet tagħha, iżda jirrigwardaw in-natura ta’ għajnuna ta’ dan l-ammont allokat bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku.

(191)

Skont Franza, l-osservazzjonijiet tas-CFF u tal-STIM ma jikkontestawx l-applikabbiltà għal dan il-każ tal-ewwel u t-tieni kundizzjoni Altmark.

(192)

Rigward it-tielet kriterju Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jirrifjutaw l-argument magħmul mis-CFF u l-STIM skont liema l-ħlas ta’ dan l-ammont bilfors iwassal għal kumpens żejjed minħabba li l-Kummissjoni awtorizzat, bid-Deċiżjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2001, il-ħlas ta’ EUR 787 miljun bħala kumpensi għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku. Rigward dan, Franza tispeċifika li l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, effettivament ikkonstatat li l-obbligi ma ġewx ikkumpensati biżżejjed u li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun kien iġġustifikat bħala kumpens ta’ servizz pubbliku.

(193)

Dwar ir-raba’ kundizzjoni Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li, minkejja n-nuqqas ta’ impriża ta’ referenza u għalhekk tal-impossibiltà li jiġi stabbilit paragun globali bejn l-SNCM u impriżi oħra, kif ġie osservat ukoll mis-CFF, huma għamlu sforz li jipprovdu l-elementi li jippermettu li jsir l-aktar paragun preċiż possibbli ma’ xi impriżi simili, prinċipalment is-CMN. Franza tikkontesta wkoll l-argument mressaq mill-STIM u s-CFF, skont liema l-ispejjeż strutturali tal-SNCM huma akbar minn dawk tas-CMN. Anke jekk dan kien il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li l-proporzjonijiet ta’ produzzjoni tal-SNCM huma ferm qrib ta’ dawk tas-CMN. Bħala konklużjoni, l-SNCM kienet amministrata tajjeb daqs is-CMN, u li l-STIM f’ebda mument ma tikkwalifika bħala impriża amministrata ħażin.

(194)

Franza tispeċifika li t-telf li sar bejn l-1991 u l-2001 ma kienx imputabbli għad-DSP biss, kif jidher li trid tafferma s-CFF, iżda li l-obbligi ta’ servizz pubbliku ma ħallewx lill-SNCM tadatta ruħha għat-tibdil fix-xena kompetittiva. L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw ukoll li dan it-telf ma kienx ikkonċentrat fil-perijodu 2000-2001 iżda żdied f’dan il-perijodu minħabba ż-żieda tal-vjaġġi magħmula mis-CFF.

(195)

Dwar il-kumpatibbiltà tat-EUR 53,48 miljun mħallsa bħala kumpensi għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku b’applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, minn naħa waħda, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, il-Kummissjoni kienet diġà ddikjarat il-kumpatibbiltà ta’ dan l-ammont mal-Artikolu msemmi, u li, min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma qajmet ebda dubju dwaru fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2005.

9.2.3.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(196)

Rigward il-proċedura ta’ bejgħ, Franza tispeċifika li kienet qed tipprevedi mill-bidu tagħha xi kriterji ta’ selezzjoni li jibbażaw ruħhom b’mod partikolari fuq il-prezz propost għall-valutazzjoni tat-titoli tal-SNCM u, b’mod sekondarju, fuq parametri oħra (proġett industrijali, proġett soċjali, eċċ.), li fosthom hemm l-ammont li l-applikanti kienu lesti jinvestu fil-kumpanija għall-kapitalizzazzjoni mill-ġdid. Franza tikkontesta bis-sod l-argument tat-terzi persuni, skont liema l-proċedura ta’ tpoġġija għall-bejgħ ma kinitx trasparenti u tfakkar li, f’dan il-każ, l-Istat mar lil hinn mill-obbligi legali u regolamentari tiegħu, li diġà kienu qawwijin u vinkolanti, previsti fil-każ li jinbiegħu ishma pubbliċi. Franza tfakkar li l-iżvilupp li ġara wara l-offerta tal-BCP li tixtri 100 % tat-titoli tal-SNCM sar f’kuntest finanzjarju u soċjali diffiċli ħafna u li l-assoċjazzjoni tal-VT mal-offerta tal-BCP ma bidlitx it-termini kummerċjali u finanzjarji tal-operazzjoni (minbarra t-tqassim tal-kapital).

(197)

Rigward il-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, minħabba l-qagħda finanzjarja tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru, l-impriża nbiegħet bi prezz tas-suq u li l-bejgħ kien aktar ta’ vantaġġ ekonomiku milli kien ikun l-istralċ tal-impriża. Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat għall-każ ta’ bejgħ tal-impriża li qiegħda qrib l-istralċ m’għandhiex tkun ikkunsidrata bħala sforz biex jinkiseb “intervent pubbliku redditizju”, iżda bħala prevenzjoni ta’ telf akbar li kien ikollu l-azzjonist permezz ta’ stralċ li jiswa aktar flus.

(198)

Rigward il-prezz imħallas, Franza tikkontesta l-argument skont liema l-SNCM inbiegħet bi prezz li ma jikkorrispondix għall-valur reali tagħha (112).

(199)

L-awtoritajiet Franċiżi jirrifjutaw ukoll l-argument tas-CFF li għamlu stima baxxa tal-valur tas-suq tal-flotta tal-SNCM, li s-CFF stmat bejn EUR 406,5 miljun u EUR 426,5 miljun. L-awtoritajiet Franċiżi jgħidu li l-bastimenti li ġew ikkunsidrati fil-kalokolu tas-CFF ma jikkorrispondux ma’ dawk li kienu fil-pussess tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru 2005. L-assenza ta’ roħs applikat għall-valur tas-suq tal-bastimenti ma jikkunsidrax il-kuntest li fih seta’ sar stralċ ġudizzjarju ta’ dawn l-assi u fl-aħħar nett, id-data magħżula biex jiġi kkalkolat dan il-valur tas-suq, jiġifieri Awwissu 2006, mhijiex id-data tal-istralċ li seta’ sar tal-SNCM li għaliha għandha ssir referenza, li hija t-30 ta’ Settembru 2005. Barra minn hekk, Franza tinnota li, jekk jintuża l-kalkolu propost mis-CFF, il-prezz negattiv ikun tliet darbiet inqas mill-valur tal-likwidazzjoni tal-assi skont il-ġurisprudenza Gröditzer, u għalhekk dan kien ikun aħjar mill-ipoteżijiet ippreżentati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Franċiżi.

(200)

Għall-argument msemmi mis-CFF li jikkontesta l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Gröditzer billi jirreferi għall-fatt li l-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat fl-SNCM ġie kkollegat mal-bejgħ ta’ 75 % tal-ishma tagħha, li jnaqqas aktar il-prospetti li jerġa jinkiseb profitt, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun jikkorrispondi fir-realtà għall-bejgħ tal-kapital kollhu tal-SNCM, li warajh sar investiment ġdid mill-Istat ta’ 25 % li jibbenefika minn redditu ta’ […]% fis-sena. Barra minn hekk, Franza tikkunsidra li r-redditu fuq l-investiment jibqa’ garantit minħabba s-sehem tiegħu fl-ishma tal-kumpanija ta’ 25 % għax dan is-sehem jibbenefika minn garanzija ta’ redditu għoli ħafna.

(201)

Franza tikkontesta wkoll l-argument tas-CFF dwar il-fatt li ma jistax jiġi applikat l-approċċ ABX għall-każ inkwistjoni, li huwa bbażat b’mod partikolari fuq l-analiżi tal-infiq ta’ stralċ effettiv tal-SNCM u fuq ir-riskju li l-Istat seta’ jitqies bħala responsabbli għad-debiti tal-impriża f’azzjoni biex wieħed jagħmel tajjeb għad-debiti bħalma kienet prevista fil-proċeduri kollettivi Franċiżi u kkonfermata mill-ġurisprudenza nazzjonali (sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen tat-22 ta’ Marzu 2005). Anke jekk l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-aġir tagħhom bħala amministratur tal-SNCM ma jistax jiġi kkwalifikat bħala wieħed “kolpuż” għal din l-azzjoni, huma jinsistu fuq l-eżistenza ta’ riskju għoli li l-Istat jinżamm responsabbli minn qorti nazzjonali għall-insuffiċjenza ta’ assi tal-SNCM minħabba l-kriterji mhux riġidi ta’ kwalifikazzjoni ta’ nuqqas amministrattiv skont l-Artikolu L.651-2 tal-Kodiċi tal-Kummerċ u skont il-ġurisprudenza msemmija qabel li tista’ tkun trasposta għal din il-kawża.

(202)

Rigward il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 8,75 miljun, Franza tfakkar li, għall-kuntlarju tal-affermazzjoniet tas-CFF u l-STIM, din il-kontribuzzjoni f’kapital mhijiex għajnuna mill-Istat minħabba l-konkomitanza ta’ dan l-investiment, is-similarità tal-kundizzjonijiet tas-sottoskrizzjoni tiegħu u r-remunerazzjoni aktar għolja mill-medja miksuba mill-Istat permezz tas-CGMF.

(203)

B’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-investituri ma ġiex affettwat mill-eżistenza tal-klawżoli reżoluttivi minħabba li dawn tal-aħħar kienu previsti fil-qafas tal-bejgħ ta’ 100 % tal-SNCM u mhux fil-qafas tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 35 miljun li saret wara dan.

(204)

Barra minn hekk, Franza tfakkar li l-investiment tagħha huwa ħafna aktar baxx minn dak tax-xerrejja minħabba li huwa l-ammont ta’ EUR 8,75 miljun biss li għandu jiġi mqabbel mal-investiment li sar mix-xerrejja (EUR 26,25 miljun). Fil-fatt, l-investigazzjoni tal-ewwel kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 142,5 miljun kellha ssir biss fil-qafas tat-tqabbil mal-prezz tal-istralċ.

(205)

Fl-aħħar nett, Franza tikkontesta l-argument tal-STIM dwar il-fatt li din il-kontribuzzjoni tista’ tkun garanzija mogħtija lix-xerrejja privati li l-SNCM hija tassew dik magħżula fid-DSP għas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika. L-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li din iż-żieda fil-kapital hija prudenti u indipendenti mill-effiċjenza tal-impriża u li l-allokazzjoni tad-DSP lill-SNCM ma tippermettix li jitjieb ir-redditu mistenni ta’ dan l-investiment.

(206)

Dwar it-EUR 38,5 miljun ta’ miżuri soċjali, Franza terġa’ ssemmi l-argument skont liema dawn il-miżuri huma għajnuniet għall-persuna u li l-ħlas tagħhom mill-Istat ma jistax jiġi kkunsidrat li qed jipprovdi vantaġġ indirett lill-impriża minħabba li dawn huma addizzjonali għall-obbligi legali u kuntrattwali li għandha l-SNCM. Barra minn hekk, Franza tfakkar li dawn il-miżuri ma jippermettux li jitilqu l-impjegati li jibqgħu, fin-nuqqas ta’ dawk il-miżuri, taħt ir-responsabbiltà tal-SNCM.

(207)

Għall-kuntlarju tal-argument tas-CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li t-EUR 38,5 miljun ma jikkorrispondux mal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-impjegati previst fil-qafas tal-pjan soċjali tal-2003 għax dan it-tnaqqis kien, minkejja d-dewmien, diġà implimentat. Il-pjan soċjali l-ġdid għalhekk jikkomplementa l-ewwel miżuri soċjali tal-2003.

9.2.4.   Dwar il-kumpatibbiltà mal-linji gwida

(208)

Franza hija tal-fehma li, fid-dawl ta’ dak li ssemma qabel, l-ammont tal-għajnuna li għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-linji gwida huwa ta’ EUR 15,81 miljun.

(209)

Għall-kuntlarju tal-affermazzjonijiet tas-CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li, skont il-punt 11 tal-linji gwida tal-2004, l-ewwel kapitalizzazzjoni mill-ġdid, filwaqt li ppermettiet lill-SNCM li terġa’ tibni l-fondi proprji tagħha, ma wasslithiex biex titlef in-natura tagħha ta’ impriża f’diffikultà minħabba li din il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid kellha l-għan li tassigura ż-żamma tal-attività tal-kumpanija.

(210)

Franza tirrifjuta l-allegazzjonijiet tas-CFF skont liema hija ma kellhiex tagħmel injezzjonijiet finanzjarji ġodda fl-impriża billi l-SNCM setgħet tirrikorri għal self mill-bank. Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, fl-24 ta’ Awwissu 2005, il-banek kienu rrifjutaw l-allokazzjoni ta’ self ġdid barra mill-baġit favur l-SNCM u li, għalhekk, l-uniċi alternattivi possibbli kienu l-privatizzazzjoni jew l-istralċ tal-impriża.

(211)

Franza tikkontesta l-argumenti tas-CFF u l-STIM dwar il-falliment tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002 li, minkejja ċertu dewmien, kien implimentat u ppermetta li jintlaħqu l-għanijiet fl-2005. Id-deġenerazzjoni tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM minħabba xi fatturi estraneji għall-impriża stess wasslet għall-ħtieġa ta’ estensjoni tal-pjan innotifikat fl-2002 u l-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda.

(212)

Franza hija tal-fehma li l-SNCM għandha prospetti tajbin ta’ salvataġġ u li l-miżuri previsti mill-azzjonisti l-ġodda, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-pjan soċjali, it-titjib tas-servizz ta’ trasport u t-tiġdid ta’ ċerti bastimenti, ser jippermettu r-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża. Rigward dan, Franza tosserva li miħabba d-dħul mid-DSP (madwar […] tal-fatturat tal-SNCM) u meta jiġi kkunsidrat il-kobor tal-ispejjeż fissi u d-diffikultajiet tal-iskjerament tas-6 bastimenti li jintużaw għar-rotta Marsilja-Korsika, id-DSP hija element essenzjali tal-istrateġija tal-impriża u l-vijabbiltà tagħha.

(213)

Dwar il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu, Franza hija tal-fehma li hija llimitat għall-minimu possibbli l-ispejjeż ta’ ristrutturar meħtieġ biex issir l-implimentazzjoni tar-ristrutturar. Dwar dan, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, bħalma ammettiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, l-impriża stess ikkontribwiet biżżejjed għall-pjan għar-ristrutturar mir-riżorsi tagħha stess bil-bejgħ ta’ assi għal ammont ta’ EUR 30,2 miljun. Barra minn dan, meta jiġi kkunsidrat bejgħ ieħor li għamlet l-SNCM għal ammont ta’ EUR 12,2 miljun, it-total tal-kontribuzzjonijiet tal-impriża stess jammontaw għal EUR 42,4 miljun. Franza hija tal-fehma li dan l-ammont huwa ferm ogħla mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet proprji meħtieġa biex jiġu approvati xi għajnuniet għar-ristrutturar, li finalment jammontaw għal EUR 15,81 miljun għax il-miżuri l-oħra mhumiex għajnuniet mill-Istat.

9.2.5.   Dwar il-kundizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003 u dwar kumpensi ġodda possibbli

(214)

Għall-kuntlarju tal-allegazzjonijiet tal-STIM u s-CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jaffermaw li ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha imposti mid-Deċiżjoni tal-2003, li kienu marbutin magħhom sal-aħħar tal-2006, b’mod partikolari ż-żamma tal-flotta bi 11-il bastiment u l-applikazzjoni ta’ tariffi aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri tagħhom.

(215)

Barra minn hekk, Franza hija tal-fehma li, fil-qafas tad-Deċiżjoni finali ġdida, il-livell tal-kumpensi li l-SNCM għandha tiġi ordnata tħallas għandu jkun adattat minħabba li l-ammont tal-għajnuniet għar-ristrutturar issa huwa ta’ EUR 15,81 miljun minflok EUR 69,3 miljun.

(216)

Rigward dan, Franza tikkontesta l-osservazzjonijiet tal-STIM dwar il-possibbiltajiet li l-Kummissjoni timponi lill-SNCM bħala kumpens li tittrasferixxi s-sehem tagħha fis-CMN. Franza tikkontesta l-argument tal-STIM, skont liema d-definizzjoni ta’ assi strateġiċi ġiet ikkontestata fil-linji gwida tal-2004 meta mqabbla ma’ dawk tal-1999.

(217)

Rigward il-miżuri invokati mis-CFF li għandhom l-għan li jnaqqsu l-preżenza tal-SNCM fis-suq, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, bħalma semmiet ukoll il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003 (punt 87), is-swieq ikkonċernati (Franza – Korsika- u l-Magreb) m’għandhomx kapaċità żejda u li konfigurazzjoni mill-ġdid tar-rotot lejn Korsika taħt u ‘l barra mid-DSP tista’ terġa’ tpoġġi l-vijabilitŕ tal-impriża fil-periklu.

(218)

Rigward l-argument tas-CFF skont liema l-implimentazzjoni tal-miżuri deskritti hawn fuq għall-benefiċċju tal-SNCM jista’ joħloq periklu serju li tiġi eliminata mis-suq tar-rotta Franza kontinentali-Korsika l-kompetitriċi ewlenija tagħha, jiġifieri CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li, skont il-konfigurazzjoni attwali tas-suq li fih s-CFF hija maġġoritarja, iż-żamma ta’ qafas kompetittiv jiddependi fuq l-awtorizzazzjoni ta’ pjan għar-ristrutturar tal-SNCM u fuq il-preżenza ta’ din tal-aħħar fis-suq inkwistjoni.

10.   APPREZZAMENT TAL-MIŻURI

(219)

L-Artikolu 87(1) KE jgħid li, “bla ħsara ta’ kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”.

(220)

Il-kwalifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE tippreżumi li l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma sodisfatti, jiġifieri: (1) il-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv; (2) dan il-vantaġġ ikun iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat; (3) dan il-vantaġġ iwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u, fl-aħħar nett; (4) dan il-vantaġġ jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri (113).

(221)

Il-Kummissjoni tosserva li l-SNCM rċeviet xi riżorsi tal-Istat bl-ammont totali ta’ EUR 274,54 miljun permezz tas-CGMF li hija 100 % proprjetà tal-Istat Franċiż.

(222)

Billi l-SNCM topera fis-settur tat-trasport marittimu, miftuħ għall-kompetizzjoni intra-Ewropea, il-vantaġġ ekonomiku li setgħet irċeviet jista’ jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jista’ jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(223)

Iċ-ċirkostanza li fiha s-suq tal-kabotaġġ mal-gżejjer tal-Mediterran kien, sal-1 ta’ Jannar 1999, b’mod temporanju eżentat mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (114) ma tippermettix li jiġi eskluż a priori li s-sussidji mħallsa għas-servizz tar-rotot ta’ kabotaġġ mal-gżejjer tal-Mediterran fil-qafas tad-DSP setgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(224)

Fi kwalunkwe każ, anke jekk xi sussidji allokati għas-servizz tar-rotot ta’ kabotaġġ setgħu ma laqtux il-kummerċ u ma jwasslux għal distorsjoni tal-kompetizzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 1999, il-qagħda nbidlet minn dik id-data ‘l hawn, għax, skont ir-Regolament Nru (KEE) 3577/92, l-attivitajiet ta’ kabotaġġ huma miftuħa għall-operaturi Komunitarji kollha. Barra minn dan, għandu jiġi speċifikat li l-SNCM ma tagħmilx biss trasport ta’ kabotaġġ iżda topera wkoll fis-suq tat-trasport marittimu internazzjonali, li kien illiberalizzat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (115).

(225)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li f’dan il-każ l-aħħar tliet kriterji tal-Artikolu 87(1) KE msemmija fil-punt 220 ta’ din id-Deċiżjoni, huma sodisfatti. Is-sezzjonijiet li ġejjin jinvestigaw suċċessivament għal kull miżura l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv u, jekk ikun il-każ, il-kumpatibbiltà mas-suq komuni tal-miżuri kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat.

10.1.   Il-kontribuzzjoni f’kapital ta’ EUR 53,48 miljun bħala kumpens ta’ servizz pubbliku

(226)

Għalkemm fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, il-Kummissjoni ammettiet in-natura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku ta’ parti minn dawn is-EUR 76 miljun, li tammonta għal EUR 53,48 miljun, għas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika bejn l-1991 u l-2001, il-Kummissjoni kienet evalwat il-kontribuzzjoni f’kapital kollha, jiġifieri EUR 76 miljun, għall-għajnuniet għar-ristrutturar minħabba li dan l-ammont kien innotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi bħala tali. Fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2005 li annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003, il-Qorti Komunitarja talbet lill-Kummissjoni biex teżamina l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2004 fil-kawża Altmark.

(227)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li, minħabba n-natura tagħha ta’ “kumpens ta’ servizz pubbliku”, parti mill-għajnuna għar-ristrutturar tal-2002 titqies li mhix għajnuna fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark.

(228)

Billi l-awtoritajiet Franċiżi invokaw l-applikazzjoni għal dan il-każ tal-ġurisprudenza Altmark u, jekk applikabbli, tad-deroga prevista fl-Artikolu 86(2) KE, il-Kummissjoni hija obbligata li tagħti l-opinjoni tagħha rigward dan, peress li dawn l-argumenti għandhom importanza essenzjali fl-argumentazzjoni ta’ Franza (116).

10.1.1.   Rimarki preliminari

Dwar l-applikabbiltà tal-ġurisprudenza Altmark għall-każ inkwistjoni

(229)

B’mod preliminari, il-Kummissjoni tfakkar li minkejja l-fatt li s-sentenza Altmark inqatgħet wara l-implimentazzjoni tal-miżura msemmija qabel, il-kriterji stabbiliti mill-Qorti Komunitarja f’dik is-sentenza għandhom jiġu applikati għal dan il-każ.

(230)

Fil-fatt, bħalma fakkret reċentement il-Qorti tal-Prim’Istanza (117), il-Qorti tal-Ġustizzja ma llimitatx, fiż-żmien, l-ambitu tal-prinċipji li ġew stabbiliti fis-sentenza Altmark. Fin-nuqqas ta’ limitazzjoni fiż-żmien f’dan is-sens, dawn il-prinċipji li jirriżultaw minn interpretazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE huma għalhekk applikabbli għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika ta’ din il-kawża.

Dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-kumpens mogħti għas-servizz pubbliku

(231)

L-ewwel nett għandu jiġi osservat li l-SNCM kellha xi defiċits kbar bejn l-1991 u l-2001, għas-servizzi ta’ trasport kollha ta’ Korsika li għandhom l-obbligu ta’ servizz pubbliku, minkejja s-sussidji tal-Istat awtorizzati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001 (118). Il-Kummissjoni fil-fatt semmiet fil-punt 105 ta’ din id-Deċiżjoni li t-telf akkumulat qabel it-taxxa għall-perijodu 1991-1999 għas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika (119), bħalma kien iddeterminat fir-rapport tal-espert magħżul mill-Kummissjoni, u inklużi s-sussidji rċevuti, kien ta’ 217 miljun Frank Franċiż, jiġifieri EUR 33,08 miljun.

(232)

Għal dak li għandu x’jaqsam mas-snin 2000 u 2001 (120), il-Kummissjoni użat l-istess approċċ bħal tar-rapport imsemmi qabel u kkalkolat mill-ġdid, mill-kontijiet analitiċi ta’ qligħ u telf ipprovduti, ir-riżultat qabel it-taxxa billi naqqset il-kontribuzzjonijiet għar-ristrutturar li kienu diġà inklużi fl-ispejjeż tar-ristrutturar kif innotifikati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni setgħet tivverifika, mill-kontijiet annwali tal-impriża, li ma sar ebda bejgħ ta’ tagħmir navali matul dawn is-sentejn.

(233)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-telf tas-sena 2002 fis-servizz ta’ trasport ta’ Marsilja-Korsika ma tistax tiġi kkunsidrata, minħabba l-fatt li, mill-1 ta’ Jannar 2002, it-tariffi tal-użu tas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika minn Marsilja u l-ammonti tal-kumpens finanzjarju kienu ddefiniti bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-SNCM b’mod kuntrattwali, għall-kuntlarju ta’ dak li sar għall-Ftehimiet tal-1991 u l-1996.

(234)

Barra minn hekk, skont l-approċċ u l-motivazzjoni tad-Deċiżjoni tal-2001, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin:

Tabella 3

Kont ta’ qligħ u telf analitiku għall-perijodu 1991-2001

Netwerk Korsika

2001

2000

1991-1999 (121)

Total 1991-2001

Miljun FRF

EUR miljun

Miljun FRF

EUR miljun

Miljun FRF

EUR miljun

Miljun FRF

EUR miljun

Riżultat qabel it-taxxa

– 302,575

–46,127

–40,256

–6,137

– 216,98

–33,078

– 559,811

–85,343

Donazzjonijiet proviżjonijiet/deprezzament Liamone (122)

96,895

14,771

0,000

0,000

0,000

0,000

96,895

14,771

Donazzjonijiet proviżjonijiet/Pjan Soċjali

112,110

17,091

0,000

0,000

0,000

0,000

112,110

17,091

Korrezzjoni qligħ kapitali (QK) fuq bastimenti

0,000

0,000

0,000

0,000

182,100

27,761

182,100

27,761

Riżultat qabel it-taxxa u barra mill-QK u barra mir-ristrutturar

–93,571

–14,265

–40,256

–6,137

– 216,980

–33,078

– 350,807

–53,480

(235)

Bħala total, it-telf akkumulat irreġistrat mill-SNCM fis-servizz ta’ trasport Marsilja-Korsika inklużi s-sussidji tal-Istat awtorizzati mid-Deċiżjoni tal-2001 u korretti bil-qligħ kapitali fuq bastimenti mibjugħin matul dan il-perijodu u bl-ispejjeż tar-ristrutturar, kien ta’ EUR 53,48 miljun għall-perijodu kollu 1991-2001.

(236)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, mill-kontribuzzjoni f’kapital ta’ EUR 76 miljun nnotifikata fl-2002 (123), EUR 53,48 miljun jistgħu jitqiesu bħala kumpens ta’ servizz pubbliku.

10.1.2.   Eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark

(237)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, kemm-il darba intervent tal-Istat jitqies bħala kumpens li jirrapreżenta l-ħlas għas-servizzi pprovduti mill-impriża benefiċjarja biex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, b’mod li din l-impriża ma tibbenefikax, fir-realtà, minn vantaġġ finanzjarju u li l-intervent imsemmi għalhekk m’għandux l-effett li jpoġġi din l-impriża f’pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli meta mqabbla mal-impriżi li jikkompetu magħha, tali intervent ma jaqax taħt l-Artikolu 87(1) KE.

(238)

Madankollu, sabiex kumpens bħal dan ikun jista’ jaħrab mill-kwalifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, ċertu numru ta’ kundizzjonjiet kumulattivi għandhom jiġu sodisfatti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 67 ta’ din id-Deċiżjoni).

(239)

Rigward b’mod partikolari r-raba’ kriterju użat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark, għandu jiġi osservat li l-SNCM ma ntgħażlitx wara proċedura ta’ sejħa pubblika li tippermetti li jintgħażel l-applikant kapaċi li jipprovdi dawn is-servizzi bl-inqas spiża għall-awtorità lokali.

(240)

Fin-nuqqas ta’ proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huwa l-Istat Membru li għandu juri li l-livell tal-kumpens imħallas lill-SNCM ma jaqbiżx l-ispejjeż li jkollha impriża medja, amministrata tajjeb u mgħammra b’mod adegwat, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul relatat kif ukoll qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi, skont ir-rekwiżiti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(241)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi jammettu huma stess fin-noti tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2006 li fil-prattika huwa impossibbli li tinstab impriża li tista’ sservi bħala punt ta’ referenza għal dan il-perijodu 1991-2001 għall-obbligi ta’ servizz pubbliku li kellha l-SNCM, billi din tal-aħħar hija l-unika impriża li hija kapaċi tissodisfa dawn l-obbligi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu ħilithom biex jipprovdu xi elementi li jippermettu li jsir l-aktar paragun preċiż possibbli ma’ xi impriżi simili, b’mod partikolari mas-CMN, filwaqt li jiġi enfasizzat li dawn l-impriżi m’għandhomx l-istess kundizzjonijiet ta’ operat bħal dawk imposti fuq SNCM mill-ftehimiet ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku bejn l-1991 u l-2001.

(242)

Rigward dan, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta tiġi kkunsidrata l-argumentazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, dawn tal-aħħar ma wrewx kif l-impriżi li ġġudikaw ruħhom bħala simili jistgħu jkunu l-punt ta’ referenza bħal m’huwa mitlub mill-ġurisprudenza Komunitarja. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-informazzjoni mogħtija minn Franza dwar dawn l-impriżi ma tippermettilhiex li tevalwa l-livell ta’ similarità invokat u lanqas li tanalizza l-impatt tad-differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni msemmija fuq il-paragun li għandu jsir għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-raba’ kriterju msemmi hawn fuq.

(243)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fuq il-bażi ta’ informazzjoni u statistiċi mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi fil-qafas ta’ din il-proċedura, dawn għadhom ma stabilixxewx li r-raba’ kriterju Altmark huwa ssodisfat.

(244)

Fid-dawl tal-iżviluppi msemmijin qabel, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura inkwistjoni tat vantaġġ ekonomiku lill-SNCM. Billi l-miżura kienet ta’ benefiċċju għall-SNCM biss, dan il-vantaġġ ekonomiku huwa selettiv. Għalhekk, il-kumpens allokat lill-SNCM fil-qafas tal-ftehimiet tal-1991 u l-1996 għal ammont ta’ EUR 53,48 miljun huwa għajnuna mill-Istat, skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.1.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni tal-miżura inkwistjoni skont l-Artikolu 86(2) KE

(245)

Billi l-awtoritajiet Franċiżi invokaw id-deroga prevista fl-Artikolu 86(2), KE, il-Kummissjoni ser tuża l-istess approċċ u l-istess motivazzjoni bħal dawk tad-Deċiżjoni tal-2001 biex tevalwa l-miżura inkwistjoni.

(246)

Skont dan l-Artikolu, il-ħlas ta’ għajnuna mill-Istat jista’ jaħrab mill-projbizzjoni tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE, b’kundizzjoni li l-għajnuna inkwistjoni jkollha biss l-għan li tikkumpensal-ispejjeż żejda li jirriżultaw mit-twettiq tal-missjoni partikolari li għandha l-impriża li hija responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u li l-allokazzjoni tal-għajnuna tkun meħtieġa sabiex l-impriża msemmija tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku fil-kundizzjonijiet ta’ bilanċ ekonomiku.

(247)

Meta tiġi kkunsidrata l-ġurisprudenza applikabbli għall-perijodu 1991-2001 (124), il-Kummissjoni għandha, bħal m’għamlet fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001:

—

tivverifika li s-servizzi li l-ġestjoni tagħhom ġiet fdata lill-SNCM jaqgħu taħt il-kwalifikazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u,

—

tinvestiga kemm huwa adegwat l-ammont tas-sussidji allokati lill-SNCM fil-qafas tal-obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mas-servizz ta’ trasport marittimu ta’ Korsika għall-ispejjeż żejda li ġarrbet l-SNCM biex tissodisfa l-ħtiġijiet fundamentali tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Ġustifikazzjoni tas-servizz pubbliku

(248)

F’dan il-każ, rigward il-kumpensi mħallsa fil-perijodu 1991-2001, bħalma osservat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001, l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq l-SNCM u s-CMN jirriżultaw minn żewġ ftehimiet li jsiru għal ħames snin, iffirmati minn dawn tal-aħħar u l-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika (Office de transport de la Corse – OTC). Dawn il-ftehimiet, li l-bażi ġuridika tagħhom hija l-ftehim qafas 1976-2001, speċifikaw ir-regoli ta’ attwazzjoni tas-servizz pubbliku rispettivament għall-perijodi 1991-1996 u 1996-2001. Huma stipulaw ukoll il-prinċipji ta’ ħlas tas-sussidju fiss meħud mill-għoti ta’ kontinwità territorjali bħala kumpens għall-obbligi imposti.

(249)

Rigward il-kwistjoni jekk dawn l-obbligi jwieġbux għal ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku, il-Kummissjoni osservat fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001 imsemmija qabel li l-ftehim qafas u l-ftehimiet ta’ kull ħames snin jwieġbu għall-prinċipju tal-kontinwità territorjali li għandu l-għan li jillimita l-iżvantaġġi li għandha l-insularità u li jassigura s-servizz ta’ trasport ta’ Korsika skont regoli li jkunu l-aktar qrib possibbli ma’ dawk tar-rotot purament kontinentali. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li dan il-għan, li jirriżulta minn interess pubbliku leġittimu ma ntlaħaqx storikament sempliċement minħabba l-forzi tas-suq (125).

(250)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sistema ta’ servizz ta’ trasport prevista mill-ftehim qafas u l-ftehimiet ta’ kull ħames snin iwieġbu għal ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku.

Natura mhux fissa tal-kumpens

(251)

Bħalma osservat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001, l-SNCM rċeviet fil-perijodu 1991-2001 skont il-qafas legali deskritt hawn fuq sussidju annwali fiss li l-ammont tiegħu kien stabbilit għal ħames snin u revedut kull sena skont l-iżvilupp tad-dħul intern gross tas-suq, kif ukoll xi informazzjoni u kontijiet analitiċi konvenzjonali ppreżentati mill-SNCM.

(252)

Fil-punt 30 tad-Deċiżjoni tagħha tal-2001, il-Kummissjoni tinnota l-fatt li “skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim tal-1976 (126), l-ammont tas-sussidju annwali huwa mħallas fil-forma ta’ tnax-il pagament identiċi kull xahar. Sabiex tkun tista’ ssir il-likwidazzjoni definittiva tas-sussidju, l-SNCM għandha tippreżenta, l-aktar tard fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, ir-riżultati tagħha għas-sena finanzjarja ta’ qabel approvati mill-kontrollur tal-Istat. Ir-rifużjonijiet li jistgħu jsiru mill-SNCM jitnaqqsu mill-ħlasijiet akkont tas-sena finanzjarja kurrenti. Is-sistema għar-regolarizzazzjoni tal-ħlasijiet minn qabel tipprevedi wkoll xi ħlasijiet oħra mill-Istat. Il-ftehimiet konklużi wara jipprevedu wkoll xi penali jekk, matul sena waħda, in-numru ta’ rotot ta’ bażi mhux moqdija mill-SNCM jaqbeż 2 % tan-numru tar-rotot ta’ bażi previsti fil-Ftehim. L-awtorità tal-liċenzji tista’ wkoll tinnotifika lill-SNCM tnaqqis fl-għoti fiss ta’ kontinwità territorjali fil-każ li jkun hemm xi inċidenti sinifikattivi li jwasslu għat-twaqqif tas-servizz pubbliku”.

(253)

Fil-punt 82 ta’ din l-istess Deċiżjoni, il-Kummissjoni tindika li t-tieni parti ta’ dan il-punt IV jistipola li “ Fl-ipoteżi li l-kundizzjonijiet ekonomiċi u b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-operat u l-livelli ta’ traffiku li servu bħala bażi għall-kalkolu tas-sussidju, jiddegradaw b’mod sustanzjali, l-SNCM u l-OTC għandhom javviċinaw lil xulxin biex jistudjaw flimkien il-miżuri li għandhom jiġu implimentati għal dak li għandu x’jaqsam mas-servizz ta’ trasport, tariffi jew aġġustament ‘il fuq tal-ammont tal-għotja sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ finanzjarju tal-kumpanija.”

(254)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, u kif ikkonkludiet fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kumpens ta’ EUR 53,48 miljun imħallas mill-Istat mhuwiex fiss minħabba l-mekkaniżmu li jippermetti li jpatti għall-iżbilanċ finanzjarju li jirriżulta mid-diskrepenza bejn l-ispejjeż tal-operat reali u l-ispejjeż li ntużaw bħala bażi għall-kalkolu tas-sussidju.

Adegwatezza tal-kumpensi għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku

(255)

Bħalma osservat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001 (127), il-kumpensi finanzjarji rċevuti dak iż-żmien b’applikazzjoni tal-ftehimiet ta’ kull ħames snin tal-1991 u l-1996 ma ppermettux lill-SNCM li tpatti kompletament għat-telf relatat mal-obbligi ta’ servizzi pubbliċi. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li dan il-kumpens nieqes kien ta’ EUR 53,48 miljun.

(256)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun mħallas mill-Istat huwa ugwali għall-kumpens nieqes osservat għall-perijodu 1991-2001 u għalhekk huwa adegwat għall-ispejjeż netti mġarrba mill-missjoni ta’ servizz pubbliku li l-SNCM hija s-suġġett tiegħu.

10.1.4.   Konklużjoni

(257)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-miżura inkwistjoni hija għajnuna mill-Istat, kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) KE. Billi l-miżura ġiet implimentata fl-14 ta’ Novembru 2003, il-Kummissjoni tosserva li din l-għajnuna hija illegali.

(258)

F’dan il-kuntest, l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi kkunsidrat bħala għajnuna għar-ristrutturar skont in-notifika tal-2002 huwa ta’ EUR 22,52 miljun (128). Dan l-ammont jiżdied mal-miżuri nnotifikati fl-2006 jekk dawn ikunu għajnuniet għar-ristrutturar (ara s-sezzjoni 10.5 ta’ din id-Deċiżjoni).

10.2.   Il-bejgħ tal-SNCM bi prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun

(259)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat ta’ EUR 158 miljun ta’ qabel il-bejgħ tal-SNCM lil xerrejja privati, jiġifieri in fine il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-impriża għal ammont ekwivalenti, hijiex eżenti minn elementi ta’ għajnuna mill-Istat.

(260)

Proċedura pubblika ta’ selezzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja li twassal biex l-Istat ibiegħ l-impriża wara kapitalizzazzjoni mill-ġdid li tkun saret qabel (għal ammont aktar għoli mill-prezz tal-bejgħ) mhux neċessarjament tippermetti li tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna li tista’ tibbenefika kemm lill-impriża privatizzata kif ukoll lix-xerrej tagħha (129).

10.2.1.   Qafas ġuridiku ta’ referenza

(261)

Sabiex wieħed jivverifika jekk xi impriża bbenefikatx minn vantaġġ ekonomiku li rriżulta minn xi kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat, il-Kummissjoni tapplika, bħala regola, il-kriterju tal-“investitur privat li jopera f’ekonomika tas-suq” (iktar ‘il quddiem “il-kriterju tal-investitur privat”). Il-kriterju tal-investitur privat huwa parti mill-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn is-setturi pubbliċi u privati li jirriżulta mill-Artikolu 295 tat-Trattat KE. Skont dan il-prinċipju, il-kapital li jitpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ impriża mill-Istat, direttament jew indirettament, f’ċirkostanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala għajnuniet mill-Istat (130).

(262)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari tevalwa jekk min jipprovdi r-riżorsi jkunx aġixxa bħala investitur privat li segwa politika strutturali, globali jew settorjali, u ggwidata minn perspettivi ta’ redditu fuq żmien twil tal-kapital investit. Il-validità ta’ dan l-approċċ ġie approvat mill-qrati Komunitarji fil-kuntest ta’ bosta kawżi (131).

(263)

Skont ġurisprudenza kostanti, kontribuzzjoni f’kapital magħmul minn investitur pubbliku fin-nuqqas ta’ kull prospett ta’ profitt, anke fuq żmien twil, hija għajnuna mill-Istat (132).

(264)

Il-qorti Komunitarja stabbilixxiet wkoll li investitur privat li jsegwi politika strutturali, globali jew settorjali ggwidata minn perspettivi ta’ redditu fuq żmien twil ma jistax jippermetti lilu nnsifsu b’mod raġonevoli, wara snin ta’ telf bla interruzzjoni, li jipproċedi għal kontribuzzjoni f’kapitali li, f’termini ekonomiċi, mhux biss huwa aktar għali minn likwidazzjoni tal-assi, iżda huwa wkoll relatat mal-bejgħ tal-impriża, u dan ineħħilha kull prospett ta’ qligħ, anke fit-tul (133).

(265)

B’mod aktar preċiż, fis-sentenza tagħha “Gröditzer”, il-Qorti tal-Ġustizzja ġġudikat li, sabiex jiġi deteminat jekk il-privatizzazzjoni ta’ impriża bi prezz ta’ bejgħ negattiv għandhiex xi elementi ta’ għajnuna mill-Istat: “għandu jiġi evalwat jekk, f’ċirkostanzi simili, investitur privat ta’ livell li jista’ jiġi mqabbel ma dak ta’ korpi li jamministraw is-settur pubbliku setax jiġi mħajjar li jipproċedi għal kontribuzzjonijiet f’kapital tal-istess daqs fil-qafas tal-bejgħ tal-impriża msemmija jew jekk kienx jagħżel li tiġi stralċjata” (134).

10.2.2.   Applikazzjoni għal dan il-każ

(266)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, sabiex tiġi ddeteminata n-natura tal-għajnuna tal-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha “tevalwa jekk is-soluzzjoni magħżula mill-Istat hijiex, fl-assolut, u meta mqabbla ma’ kull soluzzjoni oħra inkluża dik li ma jsir ebda intervent, l-inqas għalja, u jekk dan iwassalx għall-konklużjoni, jekk ikun il-każ, li l-Istat aġixxa bħala investitur privat” (135).

10.2.2.1.   Dwar ir-rispett tal-prinċipju tal-azzjonist privat f’ekonomija tas-suq

(267)

F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li l-gruppi kbar ta’ impriżi ma jistgħux attwalment, meta jipproċedu għall-għeluq ta’ siti jew stralċ ta’ sussidjarji, ma jinterressawx ruħhom fil-konsegwenzi soċjali li jirriżultaw minn tali għeluq jew stralċ.

(268)

Għalhekk bosta drabi huma jimplimentaw pjanijiet soċjali li jistgħu jinkludu miżuri ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal, għajnuna biex isibu xogħol ġdid, kumpensi għat-terminazzjoni tal-impjieg, jew anke azzjonijiet relatati man-nisġa ekonomika lokali, li jagħmlu aktar minn dak li jimponu l-liġi u l-ftehimiet kollettivi.

(269)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-SNCM hija kumpanija kkontrollata mill-Istat permezz tal-grupp CGMF (Compagnie Maritime Générale et Financière).

(270)

Il-Kummissjoni temmen li, fl-ipoteżi ta’ stralċ tal-SNCM (136), miżuri bħal dawn kienu jiġu stabbiliti b’mod supplementari mal-obbligi legali bl-għan li ma ssirx ħsara lill-immaġni tal-marka tal-kumpanija holding li lilha tappartjeni u tal-azzjonist finali tagħha (137).

(271)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-prospett tal-istralċ tal-impriża fl-2004 ikkawża taqlib soċjali kbir. Il-kunflitt soċjali qawwi ta’ Settembru 2004 pereżempju mblokka l-flotta tal-SNCM għal 16-il jum. Il-Kummissjoni żiedet tgħid li l-awtoritajiet Franċiżi wrew fuq il-bażi ta’ figuri li dawn il-movimenti soċjali tal-2004, filwaqt li għamlu ħsara lill-immaġni tal-marka tal-kumpanija holding f’għajnejn il-klijentela, għamlu ħsara kbira fin-numru ta’ passiġġieri li ġġorr l-SNCM u, għalhekk, lill-fatturat tal-impriża. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li b’konsegwenza tal-klima soċjali mwiegħra tas-sajf tal-2004 li għamlet ħsara lill-qagħda finanzjarja tal-SNCM, l-azzjonist tal-impriża stabbilixxa fir-rebbiegħa tal-2005 pjan soċjali, sospiż f’April 2005, b’konsultazzjoni mat-trejdjunjins. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li jirriżulta li, fl-ipoteżi ta’ stralċ tal-SNCM, in-nuqqas ta’ ħlas, mill-grupp CGMF, tal-indennizzi supplementari ta’ terminazzjoni tal-impjieg żgur jagħmel ħsara lill-immaġni tal-marka tal-kumpanija holding li lilha tappartjeni u tal-azzjonist finali tagħha.

(272)

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-miżuri għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-ispejjeż tal-istralċ. Dawn l-ispejjeż għalhekk kellhom jiġu imputati fuq il-valur ta’ stralċ tal-SNCM kemm-il darba dan kien pożittiv u/jew mħallas direttament mis-CGMF/l-Istat bħala azzjonist. Il-Kummissjoni temmen li kull soluzzjoni oħra ma tkunx qed tikkunsidra r-realtà soċjali li gruppi kbar ta’ impriżi qegħdin jiffaċċjaw illum (138).

(273)

Sabiex jiġi kkwantifikat l-infiq ta’ stralċ għall-azzjonist, il-Kummissjoni tadotta ipoteżi a minima li tikkorrispondi biss għall-indennizzi supplementari ta’ terminazzjoni tal-impjieg.

(274)

Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li, fuq il-bażi tal-pjan soċjali tal-2005, li huwa bbażat fuq il-pjan soċjali tal-2002, il-medda li għandha tintgħażel hija bejn EUR […] sa […] għal kull impjegat, jiġifieri ammont totali bejn EUR […] miljun u […] miljun. L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-figura l-aktar baxxa tal-medda msemmija qabel tikkunsidra l-fatt li l-infiq tal-pjan soċjali ta’ referenza huwa mkabbar minħabba l-proporzjon ferm kbir ta’ impjegati li qegħdin joqorbu lejn l-età tal-pensjoni u li t-tluq tagħhom isir f’kundizzjonijiet ta’ vantaġġ partikolari. Barra minn hekk, huwa wkoll ikkunsidrat il-fatt li l-kuntest ta’ stralċ tal-kumpanija u tat-tkeċċija tal-persunal kollu ma jistax ikun mqabbel ma dak ta’ aġġustament tal-impjegati li jippermetti t-tkomplija tal-attivitajiet bħal m’huwa il-każ fil-pjan soċjali ta’ referenza.

(275)

L-espert tal-Kummissjoni għamel analiżi komparattiva tal-figuri mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi mal-pjanijiet soċjali implimentati fi Franza dan l-aħħar. Il-pjan soċjali ta’ Hewlett Packard fl-2003 ġie jiswa EUR 214 000 għal kull persuna u fl-2005 bejn EUR 50 000 u 400 000. Fl-2004, il-pjan soċjali implimentat minn Péchiney, wara l-amalgamazzjoni ma’ Alcan, ġie jiswa EUR 128 000 għal kull persuna. Għall-pjan soċjali ta’ Giat Industries fl-2004, l-ispiża totali għal kull impjegat kienet madwar EUR 162 000 meta mqabbla ma’ EUR 71 000 għal Gemplus fl-2002 u EUR 69 000 għal Danone (attività gallettini) fl-2001. Fl-2002, Yves Saint Laurent Haute Couture ħabbar pjan soċjali b’EUR 115 000 għal kull impjegat. Il-pjan Power 8 mħabbar minn Airbus France fi Frar 2007 kien jipprevedi nfiq għal kull impjegat ta’ EUR 68 000 (139). Fl-2008, l-infiq tal-pjan soċjali ta’ Michelin kien EUR 157 400 għal kull impjegat.

(276)

Rigward il-ħaddiema tat-tarzna, il-Kummissjoni tispeċifika li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tematiku pubbliku tagħha ta’ Lulju 2006 “Il-portijiet Franċiżi jiffaċċjaw bidliet fit-trasport marittimu: l-urġenza tal-azzjoni” tfakkar l-infiq totali għal kull persuna tal-pjan soċjali tal-2004, jiġifieri EUR 145 000 għal kull tluq għall-portijiet awtonomi u EUR 209 000 għal kull tluq mill-port ta’ Marsilja.

(277)

Il-Kummissjoni tfakkar li d-Deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Lulju 2002 relatata mas-Société Française de Production tippermetti li turi l-prezz tal-ġenerożità f’każ ta’ privatizzazzjoni ta’ impriża f’diffikultà. Għalhekk, il-ġenerożità irriżultat fi spiża għall-Istat ta’ EUR 43,1 miljun (jiġifieri EUR 151 000 għal kull impjegat, il-pjan kien jipprevedi t-tluq ta’ 285 impjegati) li jingħaqad mal-infiq ta’ EUR 5,3 miljun tal-obbligi legali u kuntrattwali (jiġifieri total ta’ nfiq ta’ EUR 169 000 għal kull impjegat).

(278)

Fid-dawl ta’ din l-analiżi komparattiva, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ipoteżi ta’ EUR […] imħallsa lil kull impjegat bħala indennizzi supplementari ta’ tkeċċija hija koerenti mal-infiq għal kull impjegat tal-pjanijiet soċjali implimentanti mill-azzjonisti privati fl-istess perijodu.

(279)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ipoteżi ta’ tkeċċija tal-persunal kollu tal-SNCM fil-qafas ta’ stralċ tal-impriża hija l-ipoteżi l-aktar probabbli, b’mod partikolari għax l-allokament tad-DSP għall-perijodu 2007-2013 kien għadu ma kienx is-suġġett ta’ sejħa għall-offerti u, għalhekk, ta’ Deċiżjoni definittiva. Barra minn hekk, minħabba l-qagħda finanzjarja preokkupanti tal-SNCM, huwa fil-fatt improbabbli li pjan ta’ kontinwazzjoni tal-attività kien ġie stabbilit b’mod li l-impriża tkun soġġetta għal salvataġġ ġudizzjarju u li tkun tista’ tiġi evitata t-tkeċċija tal-impjegati.

(280)

Fid-dawl tal-elementi hawn fuq, il-Kummissjoni għażlet l-ammont totali ta’ EUR […] miljun li s-CGMF (l-Istat) kellu jalloka għall-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija.

(281)

F’dan l-istadju tal-analiżi, il-Kummissjoni għanda tistipola l-valur ta’ stralċ tal-SNCM minbarra l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija. Hija fil-fatt id-differenza bejn dan il-valur ta’ stralċ, sakemm ikun pożittiv, u l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija li għandha tkun mqabbla mal-prezz negattiv li rriżulta mill-bejgħ sabiex jiġi vverifikat jekk l-Istat ġabx ruħu bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq. Għal dan, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-kalkolu tal-assi netti evalwati mill-ġdid. Skont il-metodu l-assi netti evalwati mill-ġdid, l-insuffiċjenza tal-assi hija osservata meta l-valur ekonomiku tal-assi reali (ġeneralment aktar għoli mill-valur nett tal-kontabilità) ma jkoprix il-valur ekonomiku tad-debiti reali.

(282)

Għall-finijiet li tiġi osservata l-insuffiċjenza tal-assi f’dan il-każ, il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-espert tagħha (140), vverifikat bħalma huwa spjegat hawn taħt li fit-30 ta’ Settembru 2005 il-valur tal-assi tal-SNCM ma kienx biżżejjed biex jitħallsu l-kredituri privileġġati u l-kredituri mhux privileġġati (inklużi l-impjegati bħala kredituri klassiċi).

Dwar l-għażla tal-metodu ta’ evalwazzjoni

(283)

Il-Kummissjoni temmen li l-valutazzjoni tal-assi netti hija metodu wżat ħafna biex jiġu valorizzati kumpanija fis-settur tat-trasport marittimu. Hija taħseb ukoll li dan il-metodu huwa b’mod partikolari adattat għall-qagħda tal-SNCM minħabba li l-azzjonist ta’ referenza tagħha bħala għażla alternattiva għall-bejgħ għandu biss l-għażla li jiddikjara l-falliment tal-kumpanija li mbagħad isir l-istralċ tagħha.

(284)

Dwar metodi oħra ta’ valutazzjoni, b’mod partikolari l-metodu tal-likwiditajiet liberi operattivi aġġornati, il-Kummissjoni temmen li, meta jiġi kkunsidrat il-fatt li hija tippreżumi li titkompla l-attività tal-kumpanija, li mhuwiex il-każ tal-SNCM, dan mhuwiex rilevanti għall-każ inkwistjoni.

Dwar id-data ta’ referenza

(285)

Il-Kummissjoni għandha tagħżel it-30 ta’ Settembru 2005 bħala d-data ta’ referenza għall-evalwazzjoni tal-SNCM minħabba li hija d-data li fiha ġiet effettivament magħmula l-għażla bejn l-aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xiri jew l-istralċ tal-kumpanija, billi d-Deċiżjoni dwar is-selezzjoni ta’ BCP ittieħdet fis-27 ta’ Settembru 2005.

Dwar il-valur tal-assi tal-SNCM

(286)

Il-Kummissjoni tosserva b’mod partikolari li l-azzjonist tal-SNCM ipproċeda, b’kollaborazzjoni mad-ditta Ernst & Young, għal kwantifikazzjoni tal-ispiża tal-istralċ tal-impriża (ir-rapport CGMF imsemmi qabel) fit-30 ta’ Settembru 2005 li ġie vverifikat mill-ġdid minn Oddo Corporate Finance u d-ditta Paul Hastings. Il-Kummissjoni tfakkar li r-rapport Oddo-Hastings imsemmi qabel ta valur lill-assi tal-SNCM ta’ EUR […] miljun.

(287)

Rigward il-valutazzjoni tal-flotta f’pussess proprju (141), billi l-valur tas-suq gross tal-bastimenti tal-SNCM kien stmat mis-sensar speċjalizzat SAB għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005, il-flotta tal-SNCM kienet ivvalutata mir-rapport Oddo għal EUR […] miljun wara skont fuq il-valur (142), kummissjoni u senserija (143) u riskju ġudizzjarju (144).

Tabella 4

Xenarji ta’ valutazzjoni tal-assi tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru 2005

(f’EUR miljun)

 

Valur tal-assi

rapport Oddo

Valur tal-assi

espert Kummissjoni

Assi fissi intanġibbli

—

—

Assi fissi tanġibbli

 

 

—

Flotta f’pussess proprju

(…)

(…)

—

Bini (145)

(…)

(…)

Assi finanzjarji (146)

(…)

(…)

Assi fissi

(…)

(…)

Stokks

—

—

Ħlasijiet minn quddiem u depożiti

—

—

Krediti klijenti

(…)

(…)

Krediti oħra (147)

(…)

(…)

Fondi netti

(…)

—

Ħlasijiet bil-quddiem u dħul dovut

—

—

Assi oħra

(…)

(…)

Total tal-assi

(…)

(…)

Sorsi: rapport Oddo-Hastings, rapport tal-espert tal-Kummissjoni

(288)

Mill-qari tat-tabella hawn fuq, il-Kummissjoni tosserva li l-flotta tal-bastimenti hija l-element ewlieni tal-valutazzjoni tal-assi tal-impriża. Rigward dan, l-espert tal-Kummissjoni kien tal-fehma, wara li għamel meta kien possibbli analiżi komparattiva, li l-iskont fuq il-valur tas-suq gross tal-bastimenti u r-riskju ġudizzjarju kienu koerenti. Fuq din il-bażi, huwa kkonkluda li m’għandux argumenti biex jirrifjuta l-evalwazzjoni tal-valur tal-flotta stabbilita mill-Istat Franċiż.

(289)

Dwar l-iskont, il-Kummissjoni temmen li l-livell tiegħu huwa koerenti mal-iskonti li saru fil-bejgħ ta’ bastimenti f’każ ta’ stralċ ġudizzjarju. Skont l-espert tal-Kummissjoni, ir-Régie des Transports Maritimes pereżempju, kumpanija nazzjonali tal-Belġju li tieħu ħsieb ir-rotta Ostende-Ramsgate, biegħet żewġ car ferries fl-1997 bi skontijiet stmati għal 35 % u 45 %. Fi żmien aktar reċenti, il-kumpanija Festival Cruises biegħet tliet bastimenti tal-kruċieri bi skont medju ta’ 20 %. L-iskonti li saru f’każijiet simili għalhekk huma ta’ ammonti simili tal-iskontijiet applikati mill-awtoritajiet Franċiżi fil-każ inkwistjoni.

(290)

Dwar ir-riskju ġudizzjarju, billi ma saret ebda transazzjoni komparabbli fis-suq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-argumenti li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-riskju ġudizzjarju huma koerenti maċ-ċokon tas-suq għal bastimenti ta’ dan it-tip, li ġew maħluqa għal użu speċifiku.

(291)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-espert indipendenti tagħha rreveda l-valutazzjoni tal-assi finanzjarji ‘l fuq, b’mod partikolari dik tas-sehem tal-SNCM fis-CMN (minn EUR […] miljun għal EUR […] miljun). F’dan ir-rigward, minħabba l-offerta ta’ xiri mill-ġdid ta’ dan is-sehem minn Stef-TFE għal EUR […] miljun ippreżentata lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ din l-istruzzjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-valutazzjoni tas-sehem tal-SNCM fis-CMN ta’ EUR […] miljun hija raġonevoli f’kuntest ta’ stralċ tal-kumpanija.

(292)

Dwar il-valutazzjoni tal-punti l-oħra tal-assi, l-espert tal-Kummissjon m’għamilx oġġezzjoni partikolari. Għaldaqstant ma żammx il-punt “fondi netti” billi dan kien f’defiċit. Il-Kummissjoni temmen li fil-fatt dan il-punt għandu jiġi elenkat mad-debiti tal-SNCM.

(293)

Meta jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti li saru, il-Kummissjoni tivvaluta l-assi tal-SNCM għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005.

Dwar il-valutazzjoni tad-debiti tal-SNCM

(294)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi jikkwantifikaw l-ammont dovut għall-krediti privileġġati għal EUR […] miljun u għal EUR […] miljun l-ammont dovut għall-krediti mhux privileġġati (minbarra l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija).

(295)

Fir-rigward tad-debiti soċjali, b’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jivvalutaw l-infiq tal-pjan soċjali konvenzjonali għal EUR […] miljun. L-infiq relatat mal-pjan soċjali konvenzjonali ġie stabbilit fuq bażi individwali li jikkunsidra t-tip ta’ kuntratt (kuntratt indefinit – contrat à durée indéterminée CDI u kuntratt għal żmien fiss – contrat à durée déterminée CDD), l-istatuti u ftehimiet kollettivi applikabbli (persunal ta’ fuq il-bastimenti, persunal sedentarju u persunal ġenerali), l-anzjanità, il-kategorija u r-remunerazzjoni ta’ kull impjegat. Dan l-ammont ikopri l-indennizzi ta’ avviż bil-quddiem (EUR […] miljun), l-indennizzi tal-lif imħallas fuq l-avviż bil-quddiem (EUR […] miljun), l-indennizzi konvenzjonali ta’ tkeċċija (EUR […] miljun) u l-kontribuzzjoni Delalande (EUR […] miljun) (148).

(296)

L-infiq tal-pjan soċjali extra-konvenzjonali huwa vvalutat mill-awtoritajiet Franċiżi għal EUR […] miljun. Dan il-pjan soċjali jiġbor il-miżuri ta’ appoġġ kollha li huma relatati mal-obbligi legali u regolamentari tal-SNCM għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tkeċċija (149) u l-ispejjeż indiretti relatati mal-pjanijiet soċjali konvenzjonali (150).

(297)

L-infiq tax-xoljiment tal-kuntratti ewlenin tal-operat għandu x’jaqsam l-aktar mal-implikazzjoni tal-garanzija bankarja ta’ ammont ta’ EUR […] miljun mogħtija bħala garanzija għat-twettiq tajjeb mill-SNCM tal-obbligi tagħha ta’ servizz publiku li magħha tiġi miżjuda l-penali prevista fil-ftehim imsemmi, ugwali għal […]% tal-kumpens finanzjarju ta’ referenza ta’ ammont ta’ EUR […] miljun għas-sena 2005, jiġifieri madwar EUR […] miljun f’każ li l-mandatarju ma jissodisfax l-obbligi tiegħu.

(298)

Rigward id-debiti netti relatati mal-bejgħ tal-bastimenti b’leasing (151), l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li, fuq il-bażi ta’ ċerti ipoteżijiet (152), id-dħul nett ta’ bejgħ huwa evalwat, mis-sensar speċjalizzat SAB, għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005 wara skont, kummissjoni u senserija u nfiq finanzjarju ta’ ġarr. L-ekonomiji ta’ taxxi u debiti bankarji huma EUR […] miljun, għad hemm bilanċ ta’ debiti bankarji relatati mal-bastimenti mħallsa bin-nifs li għandhom jitħallsu lura ta’ EUR […] miljun.

Tabella 5

Xenarji ta’ valutazzjoni tad-debiti tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru 2005

(f’EUR miljun)

 

Valur tad-debitu

rapport Oddo

Valur tad-debitu

Espert tal-Kummissjoni

Debiti privileġġati inklużi:

 

 

—

Debiti soċjali u tat-taxxa

(…)

(…)

—

Debiti finanzjarji garantiti minn assi (153)

(…)

(…)

Infiq tal-pjan soċjali konvenzjonali

(…)

(…)

Infiq tal-assigurazzjonijiet tas-saħħa tal-pensjonanti (154)

(…)

(…)

Infiq tal-proċedura ta’ stralċ

(…)

(…)

Telf ta’ produzzjoni temporanju (155)

(…)

(…)

Ħlas tal-kredituri privileġġati

(…)

(…)

Debiti bla garanzija (156)

(…)

(…)

Infiq tal-pjan soċjali extra-konvenzjonali

(…)

(…)

Infiq għat-terminu tal-kuntratti ewlenin ta’ produzzjoni

(…)

(…)

Infiq supplementari relatat mal-bejgħ tal-bastimenti mħallsa bin-nifs

(…)

(…)

Eżenzjoni tal-kredituri mhux privileġġati

(…)

(…)

Sorsi: rapport Oddo-Hastings, rapport tal-espert tal-Kummissjoni

(299)

Il-Kummissjon tinnota li d-debitu soċjali huwa l-elementi ewlieni tad-debiti tal-SNCM. Rigward id-debitu soċjali privileġġjat, jiġifieri l-infiq tal-pjan soċjali konvenzjonali, l-espert tal-Kummissjoni vverifika l-formoli ta’ kalkolu tal-komponenti kollha tal-pjan fuq il-bażi ta’ kontijiet u ma osserva ebda anomalija jew żball. Meta kkunsidrat din il-verifika, il-Kummissjoni temmen li l-ammont ta’ EUR […] miljun mħallas bil-quddiem mill-awtoritajiet Franċiżi għall-pjan soċjali konvenzjonali huwa raġonevoli.

(300)

Rigward it-telf operattiv temporanju, il-Kummissjoni temmen li l-istima hija prudenti skont il-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli L.622-10 tal-Kodiċi tal-Kummerċ u 119-2 tad-Digriet Nru 85-1388 tas-27 ta’ Diċembru 1985 skont liema l-SNCM tista’ tkun obbligata mill-Qorti tal-Kummerċ kompetenti li tkompli n-negozju tagħha għal terminu ta’ xahrejn li jista’ jiġi mġedded b’talba tal-ministeru pubbliku minħabba l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku.

(301)

Rigward id-debiti bla garanzija, l-espert tal-Kummissjoni ma għamilx oġġezzjoni partikolari. Għaldaqstant emenda l-ammont ta’ EUR […] miljun mill-ammont ta’ EUR […] miljun li jirriżulta mill-eżami mill-ġdid tal-punt tal-assi “Fondi netti”. Il-Kummissjoni temmen li dan l-eżami mill-ġdid huwa fl-istess livell mal-emendi li saru fil-valutazzjoni tal-assi tal-SNCM.

(302)

Rigward l-infiq tal-pjan soċjali extra-konvenzjonali (minbarra l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija), l-espert tal-Kummissjoni jemmen li l-ammont tal-infiq tal-kwistjonijiet ġuridiċi għandu jkun mibdul għal EUR […] miljun minflok il-[…] miljun mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi. Fuq dan il-punt, il-Kummissjoni hija tal-fehma li żgur li t-trejdjunjins ser jitolbu kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratti fuq żmien fiss f’kuntratti indefiniti (157), iżda hija taħseb li l-figuri għandhom jikkonċernaw l-impjegati b’kuntratt għal żmien fiss biss li għalihom kważi żgur hemm dan ir-riskju (jiġifieri […] kuntratti għal żmien fiss). Meta jiġi kkunsidrat salarju gross fix-xahar ta’ EUR […] b’kumpens ta’ 9 xhur salarju għall-ewwel […] kuntratti għal żmien fiss u 6 xhur għal […] ta’ wara, l-ammont jiġi stabbilit għal EUR […] miljun.

(303)

Rigward id-debitu nett li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-bastimenti mħallsa bin-nifs, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ipoteżijiet sottostanti għall-kalkolu huma ġġustifikati b’mod partikolari minħabba l-istruttura tal-kuntratti tal-EIG, li tillimita kull sostituzzjoni ta’ terzi fl-SNCM u tikkundizzjona l-benefiċċji għat-taxxa għall-użu tal-bastimenti taħt il-bandiera Franċiża. Huwa wkoll iġġustifikat li r-riskju ġudizzjarju ma japplikax fil-qafas tal-bastimenti użati bi ħlas bin-nifs għax dawn huma mibjugħin mill-banek kredituri tal-EIG. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni temmen li huwa ġġustifikat li nfiq finanzjarju ta’ ġarr ikun kkunsidrat bejn it-30 ta’ Settembru 2005 u d-data ta’ bejgħ effettiv tal-bastiment.

(304)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li fit-30 ta’ Settembru 2005 id-debitu privileġġjat tal-SNCM kien ta’ EUR […] miljun u d-debitu mhux privileġġjat tal-SNCM kien ta’ EUR […] miljun.

Dwar l-osservazzjoni tal-insuffiċjenza tal-assi

(305)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li fit-30 ta’ Settembru 2005 il-valur tal-assi tal-SNCM (jiġifieri EUR […] miljun) ma kienx biżżejjed biex jitħallsu l-kredituri privileġġati (jiġifieri EUR […] miljun) u l-kredituri mhux privileġġati (jiġifieri EUR […] miljun).

Konklużjoni

(306)

F’kuntest bħal dan, fin-nuqqas ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti (ara hawn taħt), u meta jiġi kkunsidrat il-punt 273 ta’ din id-Deċiżjoni u l-insuffiċjenza tal-assi, il-prezz ta’ stralċ tal-SNCM mis-CGMF ikun limitat għall-ispejjeż tal-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija, jiġifieri EUR […] miljun.

(307)

Minn dan jirriżulta li l-għażla li saret mill-awtoritajiet Franċiżi li tinbiegħ l-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun li għandu jkun imqabbel mal-prezz minimu ta’ stralċ ta’ EUR […] miljun tista’ tiġi kkunsidrata bħala konformi mal-għażla li kien jagħmel grupp privat ta’ impriżi f’ekonomija tas-suq.

10.2.2.2.   Konsegwenzi ta’ stralċ ġudizzjarju tal-SNCM

(308)

Il-Kummissjoni investigat ukoll l-argument tal-awtoritajiet Franċiżi skont liema l-Istat, bħala azzjonist maġġoritarju, jista’ jiġi msejjaħ biex jagħmel tajjeb għad-debiti f’każ ta’ stralċ tal-impriża (ara hawn taħt). F’dan il-każ, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kalkolu tal-prezz tal-istralċ għall-Istat azzjonist għandu jikkunsidra l-liġi nazzjonali kif qalet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ABX Logistics tagħha (158) u dan għandu jiġi evalwat każ b’każ, billi jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur (159) u ċ-ċirkostanzi tal-każ.

(309)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li fit-28 ta’ Marzu 2006 l-awtoritajiet Franċiżi ippreżentawlha dokumenti li juru li l-azzjonist tal-SNCM kien ipproċeda għar-riċerka tas-soluzzjoni l-inqas għalja għalih filwaqt li investiga fl-istess ħin u mill-bidu żewġ opzjonijiet, li huma l-istralċ tal-impriża u l-bejgħ tagħha bi prezz negattiv.

(310)

Fuq il-bażi tal-investigazzjonijiet tal-esperti msemmijin qabel ppreżentati lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-ispejjeż reali kollha li kien ikollha tħallas ir-Repubblika Franċiża bħala azzjonista, permezz tas-CGMF, kienu jkunu bejn EUR […] u […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005. Din l-istima tikkunsidra b’mod partikolari r-riskju li l-Istat Franċiż jintalab biex “jagħmel tajjeb għad-debiti” jekk xi qorti tikkunsidrah bħala direttur de facto tal-SNCM u tikkunsidra wkoll ir-riskju li l-Istat ikollu jħallas l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija lill-persunal imkeċċi. L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li dawn ir-riskji għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-prezz effettiv kieku sar stralċ tal-SNCM.

(311)

Minn dan tirriżulta l-kwistjoni tal-valutazzjoni tal-ispejjeż reali kollha li probabbilment jkollha tħallas Franza bħala azzjonista f’każ li jsir stralċ ġudizzjarju tal-SNCM sabiex jiġi ddeterminat jekk, meta jiġu kkunsidrati l-possibbiltajiet li tiġi mitluba tħallas dawn l-ispejjeż u meta jiġi kkunsidrat l-ammont kbir tagħhom (160), azzjonist privat prudenti jippreferix ibiegħ is-sussidjarja tiegħu minnufih bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun milli jieħu dan ir-riskju.

(a)   Dwar il-possibiltà li l-Istat jiġi ordnat biex jagħmel tajjeb għad-debiti

(312)

Skont il-liġi Franċiża, l-istralċjatarju ta’ kumpanija li qed isir stralċ tagħha għandu l-poter li jibda azzjoni ghad-danni kontra d-diretturi l-antiki tal-kumpanija, li hija msejħa “action en comblement de passif” (azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti), f’każ ta’ riżoluzzjoni ta’ pjan ta’ protezzjoni jew ta’ salvataġġ ġudizzjarju kif ukoll fil-każ li jsir stralċ ġudizzjarju (161).

(313)

L-introduzzjoni ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti kontra d-diretturi l-antiki tal-kumpanija li qed tfalli hija mmotivata mill-ħtieġa li jerġa’ jinbena l-patrimonju tal-kumpanija, li hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-istralċjarju.

(314)

F’bosta ittri lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li l-ipoteżi li l-Istat jiġi ordnat minn qorti nazzjonali biex jagħmel tajjeb għad-debiti tal-impriża mmexxija minnu huwa xenarju possibbli ħafna u li din għandha tiġi inkluża fil-kalkolu tal-infiq effettiv ta’ stralċ possibbli tal-SNCM.

(315)

Fin-noti tagħha tat-28 ta’ Frar 2008, l-SNCM pprovdiet rapport ta’ esperti li jevalwa l-konsegwenzi ġuridiċi ta’ azzjoni kontra l-Istat Franċiż biex jagħmel tajjeb għad-debitu. Dan ir-rapport jikkonkludi li qorti tal-kummerċ li quddiemha titressaq din il-kawża probabbilment jiddeċiedi li l-Istat huwa responsabbli fuq din il-bażi u jordnalu jħallas id-debiti soċjali kollha tal-SNCM.

(316)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, minħabba l-insuffiċjenza tal-assi osservata fl-SNCM (ara hawn fuq) u meta jiġi kkunsidrat l-impenn possibbli tar-responsabbiltà ċivili tal-istralċjarju f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni fuq il-bażi tal-liġi tal-1985 u d-dritt ta’ azzjoni għall-kredituri mill-2005, kien wisq probbabbli tinftetaħ azzjoni kontra l-Istat Franċiż biex jagħmel tajjeb għad-debiti fl-ipoteżi li jsir stralċ ġudizzjarju tal-SNCM (162).

(317)

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tipprevedi li d-debiti soċjali tal-kumpanija li qed isir stralċ tagħha jistgħu jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà tad-diretturi antiki de jure jew de facto kemm-il darba jiġu sodisfatti erba’ kundizzjonijiet.

(i)   Ir-rikonoxximent tal-Istat bħala direttur de jure jew de facto tal-impriża li qiegħed isir l-istralċ ġudizzjarju tagħha (163)

(318)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-espert tal-SNCM ipprovda analiżi dettaljata li wasslet għall-konklużjoni li l-Istat Franċiż kien wisq probbabbli jkun ikkwalifikat bħala amministratur de facto tal-SNCM. Fil-qofol, ir-rapport tal-espert imsemmi hawn fuq wera, b’mod konformi mal-ġurisprudenza rilevanti (164), li l-Istat kien għamel azzjonijiet pożittivi ta’ ġestjoni u direzzjoni li żgur ma kellhomx x’jaqsmu mal-kontrolli amministrattivi stabbiliti mil-liġi u fuq żmien twil. B’mod partikolari, skont ir-rapport tal-espert tal-SNCM, l-Istat ħa xi Deċiżjonijiet fil-qafas tal-poteri ta’ kontroll li stabbilixxa hu stess, u għalhekk fixkel il-poteri ta’ kontroll tiegħu biex jieħu xi Deċiżjonijiet għall-impriża minflok id-diretturi li kellhom il-poter li jieħdu dawn id-Deċiżjonijiet. Barra minn hekk, jidher li l-korpi diriġenti tal-SNCM fil-fatt ma kellhom ebda indipendenza mill-Istat fil-ġestjoni tal-impriża. Fl-aħħar nett, jidher li l-Istat issostitwixxa ruħu mal-korpi diriġenti tal-SNCM billi ħa d-Deċiżjonijiet strateġiċi waħdu mingħajr ma informa lil dawn id-diriġenti.

(319)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi, fin-noti tagħhom tat-28 ta’ Marzu 2008, ma oġġezzjonawx għall-kwalifikazzjoni tal-Istat Franċiż bħala amministratur de facto tal-SNCM. Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Novembru 2006, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw huma stess li l-qorti ma tonqosx milli jikkwalifika l-Istat azzjonista tal-SNCM bħala diriġent de facto tal-impriża. Għaldaqstant, huwa evidenti li dikjarazzjoni bħal din, ippreżentata fil-qafas ta’ proċedura relatata mal-għajnuniet mill-Istat, ma tistax tkun biżżejjed waħedha biex tistabbilixxi bi dritt jekk qorti tikkunsidrax l-awtoritajiet nazzjonali bħala diriġenti de facto tal-impriża benefiċjarja tal-miżuri inkwistjoni u, fuq kollox, il-livell ta’ probabbiltà ta’ eventwalità bħal din.

(320)

Fiċ-ċirkostanzi tal-każ, mhuwiex meħtieġ mill-Kummissjoni li tagħti l-opinjoni tagħha aktar dwar l-evalwazzjoni tal-elementi invokati mill-awtoritajiet Franċiżi, meta tiġi kkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

(ii)   L-eżistenza ta’ nuqqas jew nuqqasijiet amministrattivi mill-Istat Franċiż, id-diriġent de facto tal-impriża li qed isir stralċ ġudizzjarju tagħha

(321)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport tal-espert tal-SNCM, fuq il-bażi ta’ lista mhux eżawrjenti ta’ elementi bbażati fuq il-fatti, semma serje ta’ elementi sabiex juri li l-Istat, bħala diriġent de facto tal-SNCM, kien responsabbli għal xi nuqqasijiet amministrattivi.

(322)

B’mod partikolari, huwa indikat li l-Istat Franċiż għamel kien responsabbli għal nuqqasijiet fil-qasam tal-investimenti […]. L-Istat kien responsabbli għal bosta nuqqasijiet amministrattivi fil-qasam tal-[…].

(323)

Rigward dan, […] (165). Fl-ittra tagħhom tat-30 ta’ April 2007, l-awtoritajiet Franċiżi kkwalifikaw bħala għoli ħafna r-riskju ta’ kundanna tal-Istat għar-risponsabbiltà minħabba l-kriterji […] ta’ kwalifikazzjoni ta’ nuqqas amministrattiv skont l-Artikolu L.651-2 tal-Kodiċi tal-Kummerċ. Għaldaqstant, huwa ċar li dikjarazzjoni bħal din, magħmula fil-qafas ta’ proċedura fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat, ma tistax tkun biżżejjed waħedha biex tistabbilixxi bi dritt jekk qorti tikkunsidrax li l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli għan-nuqqasijiet imsemmijin u, fuq kollox, il-livell ta’ probabbiltà ta’ eventwalità bħal din.

(iii)   L-osservazzjoni ta’ insuffiċjenza tal-assi

(324)

F’dan il-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tosserva li, fl-ittra tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2006, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew evalwazzjoni tal-insuffiċjenza tal-assi tal-SNCM fuq il-bażi tar-rapporti tal-esperti tas-CGMF u tal-Oddo-Hastings imsemmijin qabel. Il-Kummissjoni tinnota li l-investigazzjoni tal-esperti tal-SNCM dwar l-azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti ppreżentata lill-Kummissjoni fi Frar 2008 tibbaża ruħha fuq dawn l-istess rapporti biex turi l-eżistenza ta’ insuffiċjenza tal-assi fil-każ li jsir stralċ ġudizzjarju tal-impriża. B’mod partikolari, ir-rapport Oddo-Hastings juri li hemm insuffiċjenza ta’ assi b’ammont ta’ EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005, ikkalkolat bħala d-differenza bejn, minn naħa waħda, il-valur tal-assi tal-SNCM (EUR […] miljun) u, min-naħa l-oħra, il-valur tad-debiti tal-impriża (debiti privileġġati u mhux privileġġati vvalutati rispettivament għal EUR […] miljun u għal […] miljun).

(325)

Il-Kummissjoni tinnota li skont il-leġiżlazzjoni Franċiża msemmija qabel, ikun hemm insuffiċjenza tal-assi meta l-istralċjarju tal-impriża ma jkollux biżżejjed assi biex iħallas lill-kredituri privileġġati u mhux privileġġati. B’mod aktar partikolari, rigward il-krediti soċjali tal-impriża, id-debitu soċjali tal-impriża huwa a minima magħmul mid-debiti tas-salarju klassiċi, jiġifieri dawk li għandhom is-sors tagħhom direttament fil-kuntratt tax-xogħol, fil-ftehim kollettiv jew fil-liġi u li huma b’mod awtomatiku mniżżlin mill-istralċjarju fid-debiti tal-impriża (166).

(326)

Il-Kummissjoni kkalkolat minn qabel l-insuffiċjenza tal-assi tal-SNCM għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005.

(iv)   L-eżistenza ta’ ness ta’ kawżalità każwali bejn in-nuqqasijiet u l-insuffiċjenza tal-assi osservata

(327)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, fil-liġi Franċiża, min iressaq l-azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti m’għandux jiddetermina l-ammont taż-żieda tad-debitu ġġenerat min-nuqqas amministrattiv tad-diriġent. Id-diriġent ta’ persuna ġuridika jista’ jiġi ddikjarat responsabbli, fuq il-bażi tal-Artikolu L.624-3 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, anke jekk in-nuqqas amministrattiv li jkun għamel ikun biss waħda mill-kawżi tal-insuffiċjenza tal-assi u jista’ jiġi ordnat iħallas id-debiti soċjali kollha jew parti minnhom, anke jekk in-nuqqas huwa l-oriġini ta’ parti minnhom biss (167).

(328)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-espert tal-SNCM jikkwalifika bħala evidenti l-konnessjoni bejn in-nuqqasijiet amministrattivi u l-insuffiċjenza tal-assi osservata. Fuq il-bażi tal-istimi ppreżentati mill-espert, il-preġudizzju finanzjarju li rriżulta mil-lista mhux eżawrjenti tan-nuqqasijiet amministrattivi tal-Istat imniżżlin fil-punt 322 ta’ din id-Deċjiżjoni kien ta’ EUR […] miljun (168).

(329)

L-awtoritajiet Franċiżi […] (169).

(330)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi, fin-noti tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2006, is-27 ta’ April 2007 u t-28 ta’ Marzu 2008, […] (170). L-awtoritajiet Franċiżi […] (171). L-awtoritajiet Franċiżi ammettew huma stess, fl-ittra tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2005, li “kien ċar li l-Istat azzjonist, li l-qorti żgur kien jikkwalifika bħala diriġent de facto tal-SNCM, kumpanija b’responsabbiltà limitata, kien probabbilment jiġi kkundannat skont l-Artikolu L651-2 tal-Kodiċi tal-Kummerċ li jħallas it-total tal-insuffiċjenza tal-assi tal-SNCM”.

(331)

Fiċ-ċirkostanzi tal-każ, mhuwiex meħtieġ mill-Kummissjoni li tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-elementi invokati mill-awtoritajiet Franċiżi, meta tiġi kkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

(b)   Tal-istima tal-infiq totali tal-istralċ ġudizzjarju tal-SNCM

Determinazzjoni tal-parti tal-insuffiċjenza tal-assi li għandu jħallas id-diriġent de facto

(332)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, fl-istat attwali tal-każ, il-Kummissjoni m’għandhiex tistabbilixxi l-prezz ekonomiku reali tal-implikazzjoni tar-responsabbiltà tal-azzjonist.

(333)

Rigward dan, il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tal-Artikolu L.624-3 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, id-diriġent de jure jew de facto tal-kumpanija li qed isir stralċ tagħha huwa kkundannat, f’ċirkostanzi bħal dawn, li jħallas it-total tal-insuffiċjenza tal-assi osservata jew parti minnha.

(334)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu msemmi hawn fuq iħalli lill-maġistrati l-libertà kollha biex jiġġudikaw jekk id-diriġent għandu jiġi ikkundannat biex iħallas it-total jew parti mid-debiti soċjali. Fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti, jidher li l-Qrati u t-Tribunali huma sensittivi għall-aġir tad-diriġent li qed jiġi mħarrek u jiffurmaw il-kundanni skont il-konstatazzjonijiet li jistgħu jistabbilixxu.

(335)

Bħal m’huwa indikat hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-Istat Franċiż għandu jħallas parti stmata bejn […] u […] % tal-insuffiċjenza tal-assi osservata, jiġifieri medda ta’ bejn EUR […] miljun u […] miljun.

(336)

Il-Kummissjoni tenfasizza li, f’kuntest simili ta’ dak tal-SNCM li jien jikkonċerna l-kumpanija Les Mines de Salsignes, sotto-sussidjarja tal-BRGM (stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali) (172), l-Awka tal-Kummerċ tal-Qorti ta’ Kassazzjoni ikkundannat lill-BRGM u lill-sussdijarji tagħha bħala diriġent de facto in solidum mad-diriġenti l-oħra tal-kumpanija Les Mines de Salsignes biex tħallas l-insuffiċjenza tal-assi kollha (173). Is-sehem tad-debiti soċjali li kellu jitħallas mill-kumpanija Coframines u l-BRGM u għalhekk in fine l-Istat, laħaq 73,6 %. Skont din id-Deċiżjoni, il-Qorti osservat li l-Bord tad-Diretturi tpoġġa fi stat ta’ dipendenza fil-konfront taż-żewġ entitajiet ikkunsidrati.

(337)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni temmen li l-awtoritajiet Franċiżi ma wrewx, fid-dawl tar-regoli rigward l-għajnuniet mill-Istat, b’liema mod in-nuqqasijiet amministrattivi tal-Istat imsemmijin qabel li jaffettwaw lill-impriża huma nuqqasijiet li kull azzjonist ieħor privat f’ekonomija tas-suq seta’ jagħmel. Fil-fatt, rigward dan, wieħed għandu jenfasizza li żbalji bħal dawn biss, stabbiliti kif dovut, jistgħu jiġu ikkunsidrati sabiex jiġi ddeterminat jekk, fir-rigward tar-riskju li jiġi ikkundannat li jħallas dawn l-ispejjeż u fir-rigward tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż (jiġifieri l-valur nett aġġornat tar-riskju ta’ kundanna fil-futur), operatur privat prudenti kien jippreferi jħallas prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun milli jieħu dan ir-riskju. Fil-fatt, wieħed ma jistax jikkunsidra li investitur privat kien ser iwettaq nuqqasijiet immotivati minn fatturi mhux intraprenditorjali, iżda ta’ natura ġenerali (pereżempju għal xi finijiet soċjali jew ta’ żvilupp reġjonali).

(338)

Il-Kummissjoni ma tinnegax li, f’ċerti każi eċċezzjonali, ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali jipprevedu l-possibiltà għal terzi li jieħdu azzjoni kontra l-azzjonisti ta’ kumpanija stralċjata, b’mod partikolari jekk dawn l-azzjonisti jistgħu jitqiesu bħala diriġenti de jure jew de facto li wettqu nuqqasijiet amministrattivi li jolqtu b’mod ħażin lill-impriża. Għaldaqstant, anke jekk possibiltà bħal din teżisti fil-liġi Franċiża, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtoritajiet Franċiżi ma neħħewx biżżejjed id-dubji tal-Kummissjoni f’dan il-każ, dwar l-argumenti fuq ir-riskju li, jekk isir stralċ tal-SNCM, l-Istat Franċiż jiġi ikkundannat biex jagħmel tajjeb għad-debiti ta’ din il-kumpanija. Għaldaqstant mhuwiex meħtieġ li wieħed jasal għal konklużjoni fuq dan l-aspett f’din id-Deċiżjoni meta tiġi ikkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

Determinazzjoni ta’ ħlas possibbli tal-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija fl-ipoteżi li jsir stralċ ġudizzjarju tal-SNCM

(339)

Barra minn hekk l-insuffiċjenza tal-assi, skont l-awtoritajiet Franċiżi, meta tiġi ikkunsidrata l-ġurisprudenza f’dan il-qasam (174), qorti żgur kienet tkun imġiegħla tikkundanna l-Istat Franċiż biex iħallas l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija (jiġifieri bejn EUR […] u […] miljun). Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-total tal-ispejjeż reali li r-Repubblika Franċiża kien ikollha tħallas bħala azzjonista kienu jilħqu medda ta’ bejn EUR […] miljun u […] miljun.

(340)

L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li, f’sentenzi reċenti, il-qrati Franċiżi ikkundannaw lid-diriġent de jure jew de facto biex iħallas, minbarra l-insuffiċjenza tal-assi, l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija kkalkolati fuq il-bażi ta’ pjan soċjali stabbilit mill-impriża qabel ma jsir l-istralċ tagħha.

(341)

L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw b’mod partikolari li, fil-kawża Aspocomp, il-kumpanija Franċiża Aspocomp SAS, li 99 % tal-ishma tagħha huma tal-kumpanija Finlandiża Aspocomp Group Oyj, kienet iffirmat ftehim ta’ impriża fit-18 ta’ Jannar 2002 li jiddeskrivi l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-indennizzi ta’ pjan soċjali li jikkonċerna 210 impjegat minn total ta’ 550. Dan il-ftehim kien jiddeskrivi b’mod partikolari l-ammont tal-indennizzi ta’ kumpens u supplementari kif ukoll l-għajnuniet għat-tluq volontarju. Madankollu, wara tibdil ta’ strateġija tal-grupp, il-kumpanija ewlenija Aspocomp Group Oyj iddeċidiet fil-21 ta’ Frar 2002 li ma tiffinanzjax aktar is-sussidjarja tagħha Aspocomp SAS u għalhekk wasslet biex jiġi ppreżentat rikors għall-istralċ volontarju ta’ din tal-aħħar. Din id-Deċiżjoni impedixxiet de facto lis-sussidjarja milli tissodisfa l-impenji tagħha meħuda fil-qafas tal-ftehim tal-impriża u ġiegħelitha tkeċċi l-impjegati l-oħra kollha.

(342)

F’dan il-kuntest, is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen ikkonfermat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-Tribunal Industrijali ta’ Evreux u għalhekk ikkundannat lill-kumpanija Aspocomp Group Oyj, li kienet tikkontrolla 99 % tal-ġestjoni tas-sussidjarja tagħha, biex tħallas: (i) lill-impjegati kkonċernati mill-ftehim ta’ impriża, it-total tal-indennizzi ta’ kumpens u supplementari previsti f’dan l-uniku ftehim ta’ impriża, kif ukoll id-danni u l-interessi għat-tkeċċija mingħajr kawża reali u serja u (ii) lill-impjegati mkeċċija fil-qafas tal-istralċ volontarju tal-Aspocomp xi indennizzi ekwivalenti meta jiġi kkunsidrat li billi ma ssodisfatx l-impenji meħuda, il-kumpanija prinċipali aġixxiet b’mod żleali u b’nuqqas ta’ serjetà kundannabbli.

(343)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tosserva li mid-dokumenti fil-fajl jirriżulta li pjan soċjali nnegozjat, ibbażat fuq il-pjan soċjali tal-2002 u implimentat fir-rebbiegħa tal-2005, ġie sospiż fil-25 ta’ April 2005 mill-azzjonist tal-SNCM mingħajr ma sar djaologu mal-bord tad-diretturi tal-impriża. Barra minn hekk il-Kummissjoni tinnota li l-elaborazzjoni ta’ dan il-pjan soċjali sar qabel ma l-Istat ddeċieda li jbiegħ l-SNCM.

(344)

Il-Kummissjoni temmen li, kieku sar stralċ tal-SNCM, l-impjegati tal-impriża ma kienux ser jonqsu milli jiġbdu l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-pjan soċjali quddiem il-ġusitizzja.

(345)

Sabiex approċċ bħal dan ikun rilevanti f’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa (i) jekk qorti kinitx ser tikkundanna lill-Istat Membru talli ssospenda, mingħajr djalogu mal-bord tad-diretturi tal-impriża l-pjan soċjali inkwistjoni, (ii) l-ammont li l-Istat Membru seta’ jiġi kkundannat iħallas f’eventwalità bħal din u (iii) il-livell ta’ probabbiltà ta’ eventwalità bħal din (175).

(346)

Il-Kummissjoni tinnota li sentenza tal-Awla tal-Kummerċ tal-Qorti ta’ Kassazzjoni, li fiha l-Qorti tindika li hija lesta tapprova azzjoni għad-danni kontra kumpanija dominanti li l-imġieba ħażina tagħha rriżultat fil-falliment tas-sussidjarja, u għalhekk, fit-tkeċċija kollettiva (176), issegwi l-istess linja tal-ġurisprudenza Aspocomp.

(347)

Għaldaqstant rigward dan, il-Kummissjoni tinnota li l-prinċipju li rriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen s’issa ma ġietx ikkonfermata minn sentenzi oħra tal-istess natura. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtoritajiet Franċiżi ma neħħewx biżżejjed id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-azzjonist tal-SNCM sab ruħu espost, b’ċertezza suffiċjenti, għall-implikazzjoni tar-responsabbiltà tiegħu u għall-ħlas ta’ indennizzi supplementari ta’ tkeċċija fuq il-bażi ta’ din il-ġurisprudenza. Għaldaqstant mhuwiex meħtieġ li wieħed jasal għal konklużjoni fuq dan l-aspett f’din id-Deċiżjoni meta tiġi ikkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

10.2.2.3.   Konklużjoni

(348)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma, fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, li l-għażla li tinbiegħ l-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun hija konformi mal-għażla li kien jagħmel grupp privat f’ekonomija tas-suq meta jiġu kkunsidrati l-ispejjeż soċjali li kien jimplika stralċ tal-impriża.

(349)

Il-Kummissjoni bbażat l-analiżi msemmija qabel fuq l-uniċi ipoteżijiet li dehrilha li huma raġonevoli u mmotivati biżżejjed. Dawn l-istimi jġiegħlu lil wieħed jikkunsidra li d-differenza bejn ix-xenarju magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi u s-soluzzjoni alternattiva hija għallinqas EUR […] miljun, u din għandha tkopri biżżejjed żball possibbli fuq l-istimi magħżula wara l-analiżi.

(350)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun jirriżulta minn negozjati kummerċjali bejn l-Istat u x-xerrejja privati wara sejħa miftuħa għall-offerti pubblika, trasparenti mhux diskriminatorja u mhux kondizzjonali. Rigward dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-prezz li huwa l-aktar negattiv possibbli, huwa prezz tas-suq.

(351)

Minkejja l-limiti msemmijin fil-punt 284 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tindika li l-espert tal-Kummissjoni vverifika xi xenarji ta’ valutazzjoni tal-SNCM fuq il-bażi tal-metodu tal-likwiditajiet liberi operattivi aġġornati li rriżultaw minn rapport tal-Bank HSBC ordnat mill-awtoritajiet Franċiżi. L-espert tal-Kummissjoni jemmen li l-kalkoli tal-HSBC saru b’mod korrett. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dawn is-simulazzjonijiet, wieħed jista’ jikkonkludi li l-prezz imħallas għall-SNCM huwa koerenti mal-valur tal-impriża stmat fuq il-bażi tal-metodu tal-likwiditajiet liberi operattivi aġġornati waqt l-operazzjoni.

(352)

Mis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq jirriżulta, mingħajr ma kien hemm il-ħtieġa li tinsab konklużjoni fuq l-elementi esposti fis-sezzjoni 10.2.2.2 hawn fuq, li l-miżura msemmija ma tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-SNCM u lanqas lix-xerrejja privati. Għalhekk, il-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat ta’ EUR 158 miljun li ngħatat qabel il-bejgħ tal-impriża lix-xerrejja privati, jiġifieri l-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun, mhijiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.3.   Il-kontribuzzjoni f’kapital tas-CGMF għal ammont ta’ EUR 8,75 miljun

10.3.1.   Qafas ġuridiku ta’ referenza

(353)

Jekk l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi inkwistjoni jsir b’mod konkomitanti ma’ intervent sinjifijattiv ta’ operaturi privati, li jsir f’kundizzjonijiet simili, l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku tista’ tkun eskluża minnufih (177).

(354)

Il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni, ikkonfermata mill-qorti Komunitarja, teskludi minnufih in-natura ta’ għajnuna tal-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat f’ċirkostanzi bħal dawn kemm-il darba jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet:

—

l-intervent privat għandu jiġi mill-operaturi ekonomiċi. Dan mhuwiex il-każ tal-ishma reċiproki tal-impjegati fil-kapital tal-impriża kkonċernata (178),

—

l-intervent privat għandu jkun sinifikattiv. Dan mhuwiex il-każ pereżempju ta’ intervent privat li huwa biss 3,3 % tal-ammont inkwistjoni (179),

—

l-intervent privat għandu wkoll ikun konkomitanti mal-intervent pubbliku. Il-Qorti għalhekk ikkonfermat l-analiżi tal-Kummissjoni li tgħid li l-kontribuzzjonijiet pubbliċi jistgħu jkunu għajnuna mill-Istat meta xi investimenti privati fl-istess impriża jsiru biss wara l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi (180). Għaldaqstant il-Kummissjoni taċċetta li tikkunsidra xi kultant intervent privat li jsir ftit wara intervent pubbliku, b’mod partikolari meta l-investitur privat ikun diġà ffirma ittra ta’ intenzjoni fil-mument meta jsir l-intervent pubbliku (181).

10.3.2.   Applikazzjoni għal dan il-każ

(355)

Il-Kummissjoni tosserva l-ewwel nett li l-ishma tal-SNCM inbiegħu lil operaturi ekonomiċi, BCP u VT. Wara l-operazzjoni ta’ bejgħ, l-Istat kellu jagħti kontribut lill-impriża b’mod konkomitanti ta’ ammont ta’ EUR 8,75 miljun sabiex is-sehem tiegħu ta’ 25 % fl-SNCM jinżamm konformi mal-impenn tiegħu b’mod partikolari mal-impjegati.

(356)

Imbagħad, il-kontribuzzjoni tal-Istat Franċiż ta’ EUR 8,75 miljun għandha tiġi mqabbla mal-kontribuzzjoni tax-xerrejja privati, jiġifieri EUR 26,25 miljun. Dan it-tqassim jirriżulta, bħalma kien indikat hawn fuq, mill-impenn tal-awtoritajiet Franċiżi biex iżommu 25 % tas-sehem fl-impriża kkonċernata. Billi l-intervent privat huwa fuq 75 % tal-ammont totali, il-Kummissjoni temmen li huwa sinifikattiv. Fuq bażi supplimentari, il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li l-imsieħba privati għandhom struttura finanzjarja solida, li x-xiri tal-SNCM jintegra ruħu perfettament fl-istrateġija intraprenditorjali tagħhom u li l-pjan ta’ kummerċ ta’ dawn ix-xerrejja jipprevedi r-restawr tal-vijabbiltà għall-aħħar tas-sena 2009.

(357)

Fl-aħħar nett, rigward il-konkomitanza taż-żewġ operazzjonijiet ta’ kontribuzzjoni f’kapital, l-espert tal-Kummissjoni vverifika li dawn il-kapitali kienu mħallsa mill-azzjonisti kollha tal-SNCM, inkluża s-CGMF.

(358)

Kien ivverifikat li, fil-31 ta’ Mejju 2006, il-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-SNCM osserva li l-operazzjonijiet kollha msemmijin qabel, saru. B’mod partikolari, iż-żieda tal-kapital konġunt u konkomitanti tal-azzjonisti kollha għal ammont ta’ EUR 35 miljun saret fil-31 ta’ Mejju 2006. Din saret f’żewġ stadji konkomitanti: (i) l-ewwel żieda tal-kapital bi […] ishma kienet sottoskritta totalment mix-xerrejja, fi flus u b’mod nominali (EUR […]), u (ii) żieda oħra tal-kapital bi […] ishma (kwart minnhom mħallsa) li parti minnha kienet sottoskritta mix-xerrejja ([…] ishma, jiġifieri ammont ta’ EUR 26,25 miljun) u mill-Istat Franċiż permezz tas-CGMF ([…] ishma, jiġifieri ammont ta’ EUR 8,75 miljun), bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri sottoskrizzjoni fi flus għal ammont nominali ta’ EUR […].

(359)

Il-kontribuzzjonijiet f’kapitali pubbliċi u privati huma għalhekk strettament konkomitanti.

(360)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza biex tiġi eskluża minnufih in-natura ta’ għajnuna tal-miżura inkwistjoni huma sodisfatti. Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat Franċiż ta’ ammont ta’ EUR 8,75 miljun ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lill-SNCM minħabba l-fatt li din il-kontribuzzjoni saret flimkien ma’ kontribuzzjoni ta’ kapitali privati f’kundizzjonijiet simili skont il-ġurisprudenza Komunitarja.

(361)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-rata ta’ remunerazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Istat, jiġifieri […]% kull sena, hija profitt adegwat fuq żmien twil tal-kapitali investiti għal investitur privat.

(362)

Rigward dan, il-Kummissjoni tosserva fil-fatt li r-redditu fiss tal-investiment f’kapital tal-Istat fl-SNCM jeżonera lil din tal-aħħar minn kull riskju ta’ attwazzjoni tal-pjan ta’ kummerċ peress li dan ir-redditu m’huwa marbut xejn mal-effiċjenza (‘il fuq jew ‘il isfel) tal-impriża. Għalhekk l-allokazzjoni tad-DSP lill-SNCM mhux ser jippermetti lill-Istat li jtejjeb ir-redditu mistenni tas-sehem tiegħu.

(363)

L-espert tal-Kummissjoni kkonkluda li f’termini ta’ riskji l-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat Franċiż kienet aktar simili għal obbligu b’rata fissa milli għal investiment f’ishma. Minn dan jirriżulta li r-rata ta’ remunerazzjoni ta’ […] % għandha tiġi mqabbla mar-rata tal-obbligi tas-settur privat Franċiż meta kienet qed issir l-operazzjoni. Skont l-espert tal-Kummissjoni, din ir-rata kienet ta’ 4,15 % fl-aħħar tax-xahar ta’ Mejju 2006.

(364)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni temmen li l-eżistenza tal-klawżola riżoluttiva ta’ bejgħ tal-SNCM m’hijiex ta’ tali natura li tnaqqas il-kredibbità tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-investituri. Din il-klawżola fil-fatt tirrigwarda l-bejgħ totali tal-SNCM lix-xerrejja privati u mhux l-investiment (EUR 35 miljun) konkomitanti tax-xerrejja privati (EUR 26,25 miljun) u l-Istat (EUR 8,75 miljun) fl-SNCM ipprivatizzata.

(365)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura inkwistjoni mhijiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.4.   Il-miżuri ta’ għajnuna għall-persuna (EUR 38,5 miljun)

10.4.1.   Qafas ġuridiku ta’ referenza

(366)

Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-impriża, “għandu […] jiġi determinat jekk l-impriża benefiċjarja tiksibx vantaġġ ekonomiku li ma kienx ikollha f’kundizzjonijiet normali tas-suq” (182) jew bil-kontra jekk hija tevitax li “tħallas l-ispejjeż li normalment kellhom ikunu ta’ piż fuq ir-riżorsi finanzjarji proprji tal-impriża u li għalhekk jimpedixxu li l-forzi fis-suq jipproduċu l-konsegwenzi normali tagħhom” (183).

(367)

Skont ġurisprudenza kostanti, spiża normali hija spiża li normalment impriża għandha tħallas fil-qafas tal-ġestjoni ta’ kuljum tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha (184). B’mod aktar preċiż, il-Qorti tindika li t-tnaqqis ta’ spejjeż soċjali huwa għajnuna mill-Istat jekk din il-miżura “għandha l-għan li teżonera parzjalment l-impriżi ta’ settur industrijali partikolari mir-responsabbiltajiet soċjali finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tas-sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali mingħajr ma din l-eżonerazzjoni tiġi ġġustifikata min-natura jew l-iskop ta’ din is-sistema” (185). B’din is-sentenza, il-Qorti tindika b’mod ċar li l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku għandha tiġi stabbilita skont is-sistema ġenerali ta’ sigurtŕ soċjali, u għalhekk jiġi applikat raġonament simili għal dak użat għall-kawżi fiskali.

(368)

Fl-20 ta’ Settembru 2001, il-Qorti kkonfermat dan l-approċċ: “għajnuna hija tnaqqis fil-piż li normalment ikollu l-baġit tal-impriża minħabba n-natura jew l-iskop tas-sistema ta’ spejjeż inkwistjoni, filwaqt li spiża speċjali hija bil-kontra spiża supplementari meta mqabbla ma’ dawn l-ispejjeż normali” (186).

(369)

Għalhekk, biex jiġi identifikat dak li huwa vantaġġ, skont il-ġurisprudenza relatata mal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, huwa importanti ħafna li tiġi determinata r-regola ta’ referenza jew is-sistema komuni applikabbli, fil-qafas ta’ sistema ġuridika speċifika, li fiha jiġi mqabbel dan il-vantaġġ (187). Rigward dan, il-Qorti ddeċidiet ukoll li d-determinazzjoni tal-qafas ta’ referenza għandha importanza kbira fil-każ tal-miżuri fiskali għax l-eżistenza nnifisha ta’ vantaġġ tista’ tiġi stabbilita biss f’tassazzjoni msejħa “normali”, jiġifieri r-rata ta’ tassazzjoni fis-seħħ fiż-żona ġeografika ta’ referenza (188).

(370)

Barra minn dan, skont ġurisdprudenza kostanti, “Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 92 tat-Trattat, ma tagħmilx differenza jekk il-qagħda tal-allegat benefiċjarju tal-miżura tkunx marret għall-aħjar jew għall-agħar meta mqabbla mal-istat tad-dritt preċedenti jew jekk, għall-kuntlarju ta’ dan, ma tkunx evolviet matul iż-żmien […]. Għandu biss jiġi determinat jekk, fil-kuntest ta’ sistema ġuridika partikolari, miżura tal-Istat tkunx tali li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 92(1) tat-Trattat, meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli fir-rigward tal-għan segwit mill-miżura kkonċernata” (189).

10.4.2.   Applikazzjoni għal dan il-każ

(371)

Mill-ġurisprudenza u l-prattika deċiżjonali (190) tal-Kummissjoni jirriżulta li, biex tiġi eskluża n-natura ta’ għajnuna mill-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-miżura ma tħaffifx il-piż għall-SNCM tal-ispejjeż relatati mal-ġestjoni ta’ kuljum tagħha, jiġifieri f’ dan il-każ mill-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli għas-settur fil-qafas tat-terminazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol.

(372)

Rigward dan, il-Kummissjoni tosserva li, skont il-memorandum ta’ ftehim iffirmat bejn il-partijiet, il-kont sekwestratarju jista’ jintuża biss biex jiffinanzja kumpensi mħallsin lil xi individwi li l-kuntratt tagħhom mal-SCNM ġie mitmum minn qabel. Għalhekk, dawn il-miżuri m’għandhomx l-għan u lanqas l-effet li jagħmlu possibbli t-tluq tal-impjegati li, fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri, setgħu jibqgħu taħt ir-responsabbiltà finanzjarja tal-SNCM.

(373)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-allokazzjoni ta’ dawn il-kumpensi lill-persunal imkeċċi wara l-bejgħ tal-SNCM ġie approvat mill-Istat qua awtorità pubblika u mhux mill-impriża.

(374)

Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota li dawn il-miżuri soċjali supplementari jaqbżu l-indennizzi previsti mil-leġiżlazzjoni soċjali u mill-ftehimiet kollettivi applikabbli. L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar għalhekk jibqgħu kollha taħt ir-responsabbiltà finanzjarja tal-SNCM.

(375)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tosserva li dawn il-miżuri soċjali supplementari ser ikunu implimentati fl-eventwalità ta’ pjan ta’ tnaqqis tal-impjegati implimentat mix-xerrejja meta tinbiegħ l-SNCM. Fi kliem ieħor, dawn il-kumpensi ma jikkorrispondux għat-twettiq tal-pjanijiet ta’ tnaqqis tal-impjegati previsti fil-kuntest tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002.

(376)

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-infiq tal-indennizzi soċjali supplementari ma jaqbilx mal-infiq tal-pjanijiet soċjali ta’ qabel il-bejgħ li tħallas mill-Istat, u lanqas mal-infiq soċjali stmat hawn fuq fil-qafas ta’ stralċ ġudizzjarju tal-SNCM.

(377)

Minn dan jirriżulta li l-miżuri soċjali supplementari mhumiex spejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli fil-qafas tat-terminazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol.

(378)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, anke jekk jiġi miżjud l-ammont ta’ EUR 38,5 miljun mal-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat tal-ammont ta’ EUR 142,5 miljun, il-prezz ta’ bejgħ negattiv korrett, jiġifieri EUR 196,50 miljun, jibqa’ ħafna aktar baxx mill-prezz ta’ stralċ ġudizzjarju tal-SNCM (ara l-punt 3 ta’ din id-Deċiżjoni).

(379)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel u skont il-prattika deċiżjonali tagħha (191), il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni permezz ta’ fondi pubbliċi tal-miżuri soċjali supplementari favur il-persuni mkeċċija, mingħajr ma dawn il-miżuri jħaffu l-ispejjeż normali ta’ min iħaddem, hija relatata mal-politika soċjali tal-Istati Membri u mhijiex għajnuna diretta, skont l-Artikolu 87(1) KE. Il-Kummissjoni temmen li lanqas m’hija għajnuna indiretta minħabba li l-persunal jibbenefika minnha meta jiġi mkeċċi biss.

10.5.   Il-bilanċ ta’ EUR 22,52 miljun innotifikat bħala għajnuniet għar-ristrutturar

(380)

Abbażi ta’ dak li ntqal qabel, u skont il-punt 258 ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi evalwat bħala għajnuniet mill-Istat minbarra kumpens ta’ servizz pubbliku huwa ta’ EUR 22,52 miljun (192) u jirrappreżenta parti tal-injezzjoni ta’ kapitali nnotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi fl-2002.

(381)

Il-Kummissjoni temmen li dan l-ammont jagħti lill-SNCM vantaġġ ekonomiku selettiv u, għalhekk, temmen li dan is-sussidju huwa għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.5.1.   Kumpatibbiltà tal-miżura mal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar

(382)

Il-miżura inkwistjoni kienet innotifikata fl-2002 mill-awtoritajiet Franċiżi skont il-linji gwida Komunitarji li jikkonċernaw l-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-1999 (193).

(383)

L-orjentazzjonijiet Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għat-trasport marittimu (194) jirreferu għal dak li għandu x’jaqsam mal-evalwazzjoni tal-għajnuniet għar-ristrutturar għall-kumpaniji marittimi, għal-linji gwida msemmijin hawn fuq. Skont il-punt 19 ta’ dawn il-linji gwida, “l-unika bażi ta’ kumpatibbiltà għall-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar allokati lill-impriżi f’diffikultà huwa l-Artikolu 87(3)(c)”.

(384)

Rigward il-kumpatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar mal-Artikolu 87(3)(c) KE, jirriżulta mill-ġurisprudenza li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet għalfejn hija tikkunsidra li l-għajnuniet huma ġġustifikati skont il-kundizzjonijiet previsti mil-linji gwida, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ pjan għar-ristrutturar, demostrazzjoni sodisfaċenti tal-vijabbiltà fuq żmien twil u l-karattru proporzjonat tal-għajnuniet rigward il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tagħha.

Natura ta’ impriża f’diffikultà

(385)

Biex tkun eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar l-impriża għandha tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala impriża f’diffikultà skont il-linji gwida tal-1999 (195).

(386)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tfakkar li hija osservat li dan il-kriterju kien issodisfat kemm fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 dwar l-għajnuna għas-salvataġġ favur l-SNCM (196) kif ukoll f’dik tad-19 ta’ Awwissu 2002 li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għall-proġett ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali tal-SNCM għas-sena 2001.

(387)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vverifikat li l-SNCM kienet tissodisfa din il-kundizzjoni abbażi tal-kontijiet annwali tal-impriża għas-sena 2002. Għalhekk, il-kapitali proprji esklużi l-provvisti regolamentati (197) jibqgħu negattivi b’EUR – 26,5 miljun fl-2002, wara EUR – 30,7 miljun fl-2001. Livell bħal dan jirriżulta mill-għibien ta’ aktar minn nofs il-kapital azzjonarju tal-impriża, il-kapital azzjonarju li aktar minn kwart tiegħu għeb matul it-12-il xhar ta’ wara n-notifika, u għalhekk ġiet ivverifikata l-kundizzjoni suffiċjenti u mhux meħtieġa deskritta fil-punt 5a) tal-linji gwida.

(388)

Minbarra l-bidla fil-kapital azzjonarju, il-Kummissjoni tosserva inter alia li:

—

bejn l-2001 u l-2002, ir-riżultat kurrenti qabel it-taxxi nbidel minn EUR – 5,1 miljun fl-2001 għal EUR – 5,8 miljun fl-2002, billi t-telf nett fl-2002 seta’ jiġi mnaqqas biss bil-bejgħ ta’ xi bastimenti,

—

il-kapaċità ta’ awto-finanzjament tal-SNCM li kien jilħaq EUR 39,2 miljun fl-aħħar tal-2001, sar EUR 35,7 miljun fl-aħħar tal-2002,

—

id-debiti finanzjarji netti esklużi l-kuntratti tal-leasing żdiedu minn EUR 135,8 miljun sa EUR144, 8 miljun bejn l-2000 u l-2002,

—

l-ispejjeż finanzjarji (interessi u spejjeż simili) żdiedu minn EUR 7,0 miljun fl-2000 sa EUR 9,503 miljun fl-2002.

(389)

L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw ukoll lill-Kummissjoni li l-banek jirrifjutaw li jselfulha l-flus minħabba d-djun tagħha, minkejja l-fatt li l-SNCM ipproponiet li tagħti bħala garanzija l-aħħar bastimenti tagħha li m’għandhomx ipoteki jew restrizzjonijiet simili oħra.

(390)

Fl-aħħar nett, il-kuntratt ta’ DSP xejn ma jbiddel din l-analiżi. Dan il-kuntratt żgur ser jippermetti lill-SNCM, b’mod konġunt mas-suċċess tal-pjan għar-ristrutturar, li fl-aħħar tilħaq riżultati ta’ produzzjoni pożittivi, iżda madankollu n-nuqqas kbir tagħha ta’ fondi proprji, id-debiti li qed jiżdiedu u l-prezz tal-miżuri operattivi tal-pjan għar-ristrutturar għandhom iwasslu lill-kumpanija, wara ċertu żmien, għall-insolvenza.

(391)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-SNCM tissodisfa kemm il-kundizzjoni prevista fil-punt 5a) tal-linji gwida tal-1999 kif ukoll dik prevista fil-punt 6. Għalhekk hija tinnota li, fl-2002, l-SNCM kienet impriża f’diffikultà skont dawn il-linji gwida.

Ritorn għall-vijabbiltà (punti 31 sa 34 tal-linji gwida)

(392)

Skont il-linji gwida tal-1999, l-għajnuna tiġi allokata b’kundizzjoni li jiġi implimentat pjan għar-ristrutturar li jkun ivvalidat mill-Kummissjoni. Bħalma hu indikat fil-punt 79 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2006, u billi l-Kummissjoni qalet li l-miżuri ta’ wara n-notifika tal-2002 ma kinux għajnuniet mill-Istat, il-Kummissjoni temmen li l-kumpatibbiltà tal-kontribuzzjoni f’kapital għal ammont ta’ EUR 22,52 miljun mal-linji gwida tal-1999 għandha tiġi investigata fid-dawl tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002. “Fil-fatt wieħed għandu jerġa’ jpoġġi ruħu fil-kuntest ta’ dak iż-żmien meta l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarji ttieħdu biex […] jastjeni minn kull evalwazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni posterjuri” (198).

(393)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tinnota li minkejja l-fatt li l-pjan għar-ristrutturar tal-2002 jipprevedi ritorn għal stat redditizju mill-2003 bis-saħħa tal-azzjonijiet li saru essenzjalment fis-snin 2002 u 2003, xorta waħda l-SNCM tilħaq livell ta’ fondi proprji “suffiċjenti” fl-2005-2006 biss. Il-Kummissjoni għalhekk tistabbilixxi l-31 ta’ Diċembru 2006 bħala t-tmiem tal-perijodu tar-ristrutturar.

(394)

Ir-ritorn għal stat redditizju tas-servizz ta’ trasport bejn Marsilja u Korsika huwa previst fil-qrib u l-Magreb huwa diġà attività li qed tagħmel profitt. L-attività minn Nizza biss baqgħet l-aktar inċerta iżda l-piż tagħha qed jonqos u d-deprezzament antiċipat tal-Liamone fl-2001 ser jiffaċilita r-ritorn għal riżultati pożittivi fuq din il-linja. Il-Kummissjoni taċċetta wkoll l-argument skont liema l-preżenza, anke jekk żgħira, ta’ servizz ta’ trasport minn Nizza tibqa’ meħtieġa għall-pożizzjoni tal-kumpanija fis-suq kollu. L-iskjerament għall-Magreb ser jikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza tal-kumpanija fuq is-servizz ta’ trasport storiku u għandu wkoll jikkontribwixxi għar-ritorn għall-vijabbiltà meta jiġu kkunsidrati l-[…].

(395)

Rigward il-vijabbiltà fuq medda ta’ żmien twil, jiġifieri wara t-tmiem tal-kuntratt attwali ta’ DSP, il-Kummissjoni temmen li l-implimentazzjoni tal-pjan għandha tippermetti lill-impriża tiffaċċja l-kompetizzjoni b’mod effikaċi meta jiġu mġedda l-kuntratti. Fl-aħħar nett hija tinnota li, anke f’xenarju ta’ telf parzjali, jiġifieri car-ferry wieħed, dan il-kuntratt għandu jippermetti lill-kumpanija żżomm riżultati pożittivi. Jekk it-telf ta’ dan il-kuntratt jirriżulta fi tnaqqis ta’ 40 % jew aktar tad-dħul tal-kumpanija fuq is-suq storiku tagħha, bħalma kien previst ukoll f’xenarju ieħor, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan ikun xenarju, b’appoġġ pubbliku jew mingħajru, ftit pjanijiet għar-ristrutturar ikunu kapaċi jikkontrollaw u li jkun kmieni wisq f’dan l-istadju li wieħed jipprevedih.

(396)

Rigward l-“ipoteżijiet realistiċi dwar il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni fil-futur”, il-Kummissjoni tikkunsidra l-istudju tas-suq bħala wieħed serju u temmen li huwa bażi tajba biex jiġu stabbiliti xenarji ta’ bidla fl-impriża.

(397)

Il-Kummissjoni tinnota li sabiex jiġi assigurat ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża, il-pjan għar-ristrutturar jipprevedi li t-titjib tal-vijabbiltà jirriżulta prinċipalment mill-miżuri interni bħal mhuma kontroll aħjar tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u produttività aħjar. Barra minn hekk, għalkemm it-titjib tal-qagħda finanzjarja tal-SNCM jintlaħaq permezz tal-iskjerament tal-attivitajiet tagħha fis-servizz ta’ trasport tal-Magreb meta jiġu kkunsidrati l-prospetti ta’ tkabbir ta’ dan is-suq, il-pjan għar-ristrutturar tal-2002 jinkludi wkoll xi miżuri għall-waqfien ta’ ċerti attivitajiet, b’mod partikolari tas-sussidjarja Taljana tagħha, Corsica Marittima.

(398)

Il-Kummissjoni temmen li l-effett tal-miżuri inklużi fil-pjan innotifikat u s-suċċess tiegħu ma jiddependux fuq l-iżviluppi fis-suq, bl-eċċezzjoni tal-progress fil-Magreb li jikkorrispondi l-aktar għal ritorn għall-pożizzjoni li kellha l-SNCM san-nofs tas-snin 1990.

(399)

Barra dan, il-Kummissjoni tinnota l-fatt li l-pjan għar-ristrutturar jikkunsidra l-qagħda u l-iżviluppi prevedibbli tal-provvista u tad-domanda fis-suq tal-prodotti kkonċernati, b’xenarji li juru ipoteżijiet ottimisti, pessimisti u medji kif ukoll il-punti speċifiċi b’saħħithom u dgħajfin tal-SNCM.

(400)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni temmen li l-pjan għar-ristrutturar għandu jipproponi tibdil tal-SNCM biex din tal-aħħar tkun tista’ tkopri, fi tmiem ir-ristrutturar, l-ispejjeż kollha tagħha, inklużi l-ispejjeż ta’ amortizzazzjoni u l-ispejjeż finanzjarji.

(401)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummisjoni tosserva li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien meta ttieħdu l-miżuri finanzjarji ta’ appoġġ finanzjarju, il-kriterju relatat mal-vijabbiltà tal-impriża huwa ssodisfat.

Prevenzjoni ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni bla bżonn (punti 35 sa 39 tal-linji gwida)

(402)

Skont il-punt 35 tal-linji gwida msemmijin, għandhom jittieħdu xi miżuri biex jitnaqqsu sa fejn huwa possibbli, il-konsegwenzi ħżiena tal-għajnuna għall-kompetituri. Jekk dan ma jsirx, l-għajnuna għandha ttitqies li tmur kontra l-interess komuni u għalhekk mhux kumpatibbli mas-suq komuni.

(403)

F’dan il-każ, din il-kundizzjoni għandha tfisser limitazzjoni tal-preżenza li l-impriża tista’ żżomm fuq is-suq storiku tagħha, jiġifieri s-servizz ta’ trasport għal Korsika, li huwa wkoll dak li fih qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni minn kumpaniji stabbiliti fil-Komunità, li mhuwiex il-każ fis-servizz ta’ trasport għall-Magreb.

(404)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li s-suq tas-servizzi ta’ trasport lejn Korsika mhuwiex suq ta’ kapaċità żejda, meta jiġu kkunsidrati l-istaġjonalità qawwija u ż-żieda kbira fit-traffiku. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rata ta’ tagħbija medja tal-bastimenti tal-kompetitur ewlieni tal-SNCM hija inqas minn dik tal-kumpanija pubblika. Billi s-suq mhuwiex wieħed ta’ kapaċità żejda skont il-linji gwida, m’hemmx il-ħtieġa li wieħed jikkontribwixxi għar-ristrutturar finanzjarju tiegħu. Il-bejgħ ta’ bastimenti – pjuttost mill-qerda tagħhom – għalhekk jirrappreżenta tnaqqis fil-kapaċità ammissibbli fid-dawl tal-linji gwida.

(405)

Il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ta’ bilfors tal-preżenza fuq is-suq jew is-swieq inkwistjoni li fihom topera l-impriża jirrappreżentaw fil-fatt kumpens għall-kompetituri, kumpens li d-daqs tiegħu għandu jkun relatat mal-effetti ta’ distorsjoni li ser tikkawża jew li tista’ tikkawża l-għajnuna għar-ristrutturar.

(406)

Il-pjan għar-ristrutturar jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għat-tnaqqis tal-preżenza tal-impriża fis-suq tagħha, bi profitt dirett għall-kompetituri tagħha, minħabba l-implimentazzjoni tal-elementi li ġejjin:

—

l-għeluq tas-sussidjarja Corsica Marittima (82 000 passiġġier fl-2000), li kienet responsabbli għar-rotot bejn l-Italja u Korsika, u għalhekk l-irtirar tal-grupp SNCM mis-suq relatat mas-servizzi ta’ trasport bejn l-Italja u Korsika,

—

il-kważi-irtirar tal-SNCM mir-rotot bejn Toulon u Korsika, suq li kien jirrappreżenta fl-2002 mhux inqas minn 460 000 passiġġier,

—

il-limitazzjoni tan-numru totali ta’ postijiet offruti u tan-numru ta’ vjaġġi magħmula kull sena mill-SNCM mill-2003, b’mod partikolari fuq is-servizz ta’ trasport bejn Nizza u Korsika,

—

il-bejgħ ta’ erba’ bastimenti.

(407)

Fuq il-medda kollha tal-Golf ta’ Ġenova u ta’ Toulon, l-SNCM tnaqqas l-offerta tagħha b’aktar minn miljun post kull sena meta mqabbla mal-2001, jiġifieri diviżjoni b’aktar minn 2, għall-profitt immedjat tal-kompetituri tagħha, meta fil-fatt huma dawn ir-rotot li qed jikbru l-aktar.

(408)

Għalkemm huma ta’ daqs sostanzjali, ma’ dawn il-miżuri ġie impost l-obbligu għall-SNCM biex ma tiffinanzjax, matul il-perijodu tar-ristrutturar, investimenti ġodda, minbarra l-ispejjeż tal-iskjerament tal-attività lejn il-Magreb integrati fil-pjan għar-ristrutturar.

(409)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-kriterju relatat mal-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux dovuti huwa ssodisfat.

Għajnuna limitata għall-minimu (punti 40 u 41 tal-linji gwida)

(410)

L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi limitat għall-minimu possibbli li huwa meħtieġ biex jippermetti r-ristrutturar skont il-finanzi disponibbli tal-impriża, tal-azzjonisti tagħha u tal-grupp kummerċjali li hija parti minnu, fl-istess ħin ma jtaqqal l-opportunitajiet għar-ritorn għall-vijabbiltà.

(411)

Fid-Deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni kienet esprimiet id-dubji tagħha fuq il-metodu tal-kalkolu ppreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi biex jiġi ddeterminat l-ammont tal-għajnuna. Minkejja l-ispjegazzjonijiet supplementari pprovduti minn Franza, il-Kummissjoni xorta għamlet l-evalwazzjoni tagħha stess.

(412)

Fil-fatt, rigward l-approċċ magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri dak li huwa bbażat fuq il-proporzjon tal-fondi proprji fuq id-debiti, il-Kummissjoni temmen li:

—

il-panel ta’ ħames impriżi magħżula mill-awtoritajiet Franċiżi ma jirrappreżentax biżżejjed lis-settur ta’ trasport marittimu ta’ kabotaġġ,

—

ir-rata ta’ 79 % li rriżultat minn dan il-panel ta’ impriżi għall-proporzjon tal-fondi proprji fuq debiti finanzjarji wkoll mhuwa b’ebda mod indikatur kredibbli tas-saħħa ta’ impriża,

—

l-awtoritajiet Franċiżi ma spjegawx xi jkopri eżattament l-ammont tad-debiti finanzjarji ta’ dawn il-ħames kumpaniji u għalhekk ma setgħux jiggarantixxu li dawn l-istatistiċi huma omoġenji mal-ammont ta’ debitu tal-SNCM, bħalma kien imniżżel fil-pjan għar-ristrutturar,

—

l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovawx li r-rata ta’ 79 % li rriżultat minn dan il-panel ta’ impriżi għall-proporzjon tal-fondi proprji fuq debiti finanzjarji hija rrispettata b’mod effikaċi għall-perijodu 2002-2007 fil-mudell finanzjarju inkluż fil-pjan għar-ristrutturar.

(413)

Rigward l-approċċi l-oħra li kienu proposti minn Franza biex juru li l-kontribuzzjoni f’kapitali kienet limitata għall-minimu, il-Kummissjoni kkritikat ir-rilevanza tagħhom (199).

(414)

Fil-fatt, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-kontribuzzjoni f’kapital għandu jkollha bħala għan ewlieni mhux li żżid il-fondi proprji tal-impriża (sempliċi ristrutturar finanzjarju) iżda li tgħin l-impriża li tgħaddi mill-qagħda ta’ monopolju tagħha taħt is-sistema tal-ftehim tal-1976 għal sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qed issibha diffiċli biex tikkalkula l-ammont tal-għajnuna fuq il-bażi tal-metodu magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi, minħabba d-diffikultà li jiġi definit il-livell adattat tal-fondi proprji għall-SNCM. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li billi żżid jew tnaqqas ċerti impriżi fil-panel magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi, il-proporzjon medju tal-fondi proprji fuq debiti jista’ jvarja b’mod sinifikattiv.

(415)

Il-Kummissjoni temmen li l-għajnuna għar-ristrutturar tista’ tkopri l-ispejjeż tad-diversi azzjonijiet previsti fil-pjan għar-ristrutturar (ristrutturar operattiv) meħtieġa minħabba t-tibdil fil-kuntest ġuridiku u kompetittiv tal-kumpanija. Rigward l-ispejjeż relatati mal-miżuri operattivi tar-ristrutturar, il-Kummissjoni tagħżel il-figura ta’ EUR 46 miljun (ara l-punt 55 ta’ din id-Deċiżjoni) (200).

(416)

Rigward il-kalkolu preċiż tal-ħtieġa ta’ għajnuna tal-SNCM, il-Kummissjoni tfakkar li “wieħed għandu jerġa’ jpoġġi ruħu fil-kuntest ta’ dak iż-żmien meta l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarji ttieħdu biex […] ma ssirx evalwazzjoni fuq sitwazzjoni posterjuri” (201).

(417)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota, fid-dawl tal-punt 40 tal-linji gwida, li sar xi bejgħ sinifikattiv ta’ assi, essenzjalment bastimenti, ta’ ammont ta’ EUR 26,25 miljun ta’ dħul nett tad-debiti finanzjarji assoċjati (202), bejn it-18 ta’ Frar 2002, id-data tan-notifika mill-awtoritajiet Franċiżi tal-għajnuna għar-ristrutturar, u d-9 ta’ Lulju 2003, id-data li fiha l-Kummissjoni tat id-Deċiżjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar.

(418)

Madankollu, dan il-bejgħ mhuwiex biżżejjed biex terġa’ ssir vijabbli l-SNCM li l-qagħda finanzjarja tagħha baqgħet ikkaratterizzata b’debiti sinifikattivi (EUR 19,75 miljun) wara din l-operazzjoni. Billi l-SNCM ma tistax tieħu self mill-bank, anke jekk tipproponi garanzija ta’ ipoteka bl-aħħar bastimenti tagħha li m’għandhomx ipoteki jew piżijiet oħra, il-Kummissjoni temmen li l-impriża mhijiex kapaċi li ssib riżorsi proprji oħra biex tiffinanzja r-ristrutturar tagħha.

(419)

Meta tikkunsidra dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li ammont ta’ EUR 19,75 miljun huwa ġġustifikat sabiex jippermetti lill-impriża li ssib il-metodu għall-vijabbiltà malajr.

(420)

Il-Kummissjoni għalhekk temmen li mill-bilanċ innotifikat fil-bidu għall-għajnuniet għar-ristrutturar, jiġifieri EUR 22,52 miljun, EUR 19,75 miljun biss jistgħu jkunu ġġustifikati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-assi likwidi tal-SNCM u l-bejgħ tal-assi li sar fid-9 ta’ Lulju 2003, b’kundizzjoni li jiġi kkunsidrat id-dħul mill-bejgħ (ara hawn taħt) li kien impost mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003 u li sar bħala żieda mal-bejgħ previst fil-pjan għar-ristrutturar.

Rispett tal-prinċipju ta’ non-rikorrenza

(421)

Il-linji gwida (203) jirrikjedu li kumpanija li fil-passat diġà bbenefikat minn għajnuna għar-ristrutturar normalment ma tistax tirċievi oħra fl-għaxar snin ta’ wara t-tmiem tal-perijodu ta’ ristrutturar. Fl-inventarju tal-għajnuniet li bbenefikat minnhom l-SNCM, ma tidher ebda għajnuna għar-ristrutturar. Fil-fatt dan huwa l-ewwel ristrutturar tal-SNCM mit-twaqqif tagħha fl-1976.

10.5.2.   Dwar iż-żamma tal-miżuri ta’ kumpens

(422)

Bħalma ssuġġerixxiet il-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza tagħha tal-2005 u kif huwa indikat fil-punt 137 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2006, ir-reviżjoni ‘l isfel tal-ammont ta’ għajnuna vvalidat skont il-linji gwida 1999, tqajjem dubju dwar iż-żamma tal-miżuri ta’ kumpens imposti mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003.

(423)

Pro memoria, bid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, il-Kummissjoni kienet approvat injezzjoni ta’ kapitali ta’ ammont ta’ EUR 76 miljun skont il-linji gwida tal-1999 filwaqt li imponiet il-kundizzjonijiet li ġejjin (204):

(i)

li ma jinxtrawx bastimenti ġodda u l-projbizzjoni li tiffirma kuntratti ta’ bini, ta’ ordni jew kiri ta’ bastimenti ġodda jew irranġati mill-ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(ii)

l-użu esklużiv tal-ħdax-il bastiment li kienu diġà fil-pussess tal-SNCM sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(iii)

il-bejgħ tal-ishma diretti u indiretti tagħha kollha f’Amadeus France, il- Compagnie Corse Méditerranée, is-Société Civile Immobilière (SCI) Schuman, is-Société méditerranéenne d’investissements et de participations, u s-Someca;

(iv)

in-nuqqas ta’ kwalunkwe politika tariffarja għat-tariffi ppublikati, bl-għan li toffri prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri tagħha għad-destinazzjonijiet u s-servizzi ekwivalenti u għall-istess dati sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(v)

il-limitazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2006 tan-numru annwali ta’ vjaġġi ta’ bastimenti fuq ir-rotot marittimi diversi ma’ Korsika.

(424)

L-espert tal-Kummissjoni vverifika l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet kollha imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003.

(425)

Huwa kkonferma l-ħarsien tal-kundizzjonijiet relatati mal-projbizzjoni li jinxtraw bastimenti (kundizzjoni i hawn fuq). Rigward dan, għandu jiġi enfassizzat li l-bastiment Superfast imsemmi mill-ġdid Jean Nicoli nxtara mill-kumpanija VT u kien ingħata għad-disponibilità permezz ta’ kiri tal-bastiment lill-SNCM, mix-xahar ta’ Frar 2007, fil-fatt wara t-tmiem tal-perijodu stabbilit mid-Deċiżjoni tal-2003 (205).

(426)

Rigward l-użu tal-flotta eżistenti tal-SNCM (kundizzjoni ii hawn fuq), l-espert tal-Kummissjoni kkonferma li l-SNCM kienet żammet il-flotta tagħha b’10 bastimenti, jiġifieri wieħed inqas mil-limitu ta’ 11-il-bastiment impost mid-Deċiżjoni tal-2003, wara li ġie sostitwit l-Aliso bl-Asco fl-2004 (206) u wara l-bejgħ tal-Asco fl-24 ta’ Mejju 2005.

(427)

Rigward is-sostituzzjoni tal-Aliso bl-Asco, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-bastimenti Asco u Aliso huma żewġ “sisterships” jiġifieri żewġ bastimenti identiċi, mibnijin bl-istess pjanijiet mill-istess tarzna. Għandhom eżattament l-istess dimensjonijiet, l-istess forma u l-istess kapaċità. Il-Kummissjoni temmen li s-sostituzzjoni taż-żewġ bastimenti ma kellhiex l-għan li żżid il-kapaċità tal-SNCM. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-possibiltà li tbiddel il-kompożizzjoni tal-flotta awtorizzata tal-SNCM tista’ sseħħ biss għal raġunijiet indipendenti mill-volontà tal-SNCM. F’dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-problemi li kellha l-SNCM fil-bejgħ tal-bastiment Asco kienu indipendenti mill-volontà tal-kumpanija. Il-Kummissjoni temmen ukoll li anke jekk l-SNCM sabet xerrej għall-Aliso minflok l-Asco, il-bejgħ tal-Aliso kien, fl-effetti tiegħu fuq il-kapaċità tal-SNCM, ekwivalenti għal dak tal-Asco u li l-impenji tal-awtoritajiet Franċiżi li jikkonformaw mal-pjan tar-ristrutturar kienu sodisfatti għal dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-erba’ bastimenti tal-flotta operattivi tal-SNCM.

(428)

Barra minn hekk, l-espert osserva, fuq il-bażi tad-dokumenti tal-kontijiet, li l-bejgħ kollu tal-assi imposti mid-Deċiżjoni tal-2003 (kundizzjoni iii hawn fuq) sar. Id-dħul nett ta’ bejgħ jammonta għal EUR 5,02 miljun (207). Il-Kummissjoni tenfsizza li minbarra l-bejgħ previst mill-pjan għar-ristrutturar tal-2002 jew impost mid-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM irċeviet bil-bejgħ ta’ xi assi (208), li ġie vverifikat mill-espert tal-Kummissjoni, dħul nett tal-bejgħ ta’ EUR 12,6 miljun.

(429)

Rigward il-kundizzjoni tan-nuqqas ta’ “price leadership” (209), l-espert tal-Kummissjoni vverifika minn naħa l-eżistenza fl-SNCM ta’ proċedura li għandha l-għan li tivverifika li din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata. Min-naħa l-oħra, huwa investiga l-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni mill-SNCM fid-diversi rotot fil-perijodu ta’ bejn is-16 ta’ Marzu 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2006 (210). Fuq il-bażi ta’ din il-verifika, l-espert tal-Kummissjoni jikkonkludi li, fil-[…]% tal-każijiet il-biljetti maħruġa mill-SNCM issodisfaw il-kundizzjoni iv. Il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-SNCM għadha s’issa għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet iv u v anke jekk id-Deċiżjoni tal-2003 temmet dawn il-kundizzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2006.

(430)

Rigward il-kundizzjoni v, l-espert osserva li l-SNCM kienet irrispettat in-numru ta’ vjaġġi għas-snin ta’ referenza 2005 u 2006. Madankollu, hija qabżet l-istandards tan-numru massimu ta’ postijiet offruti fuq ir-rotot ta’ Marsilja fl-2005 u l-2006 kif ukoll, b’mod limitat ħafna, dawk tan-numru massimu ta’ metri lineari offruti, għar-rotot ta’ Toulon fl-2005 u l-2006 u Marsilja fl-2006.

(431)

Madankollu dwar dan il-punt tal-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li, għall-postijiet, il-kunċett ta’ esklużività tal-kabini għal familja waħda tagħmilha diffiċli biex issir stima ta’ kemm inqabeż l-istandard. B’hekk, din l-unika ċirkostanza ma tistax tippermetti li wieħed jikkunsidra li l-SNCM falliet li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġew imposti lilha mid-Deċiżjoni tal-2003.

(432)

Wara li tikkunsidra dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-SNCM implimentat il-miżuri ta’ kumpens imposti mid-Deċiżjoni tal-2003.

10.5.3.   Konklużjoni

(433)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri ta’ kumpens tad-Deċiżjoni tal-2003 ġew sodisfatti kważi kollha. Meta jiġi kkunsidrat it-tnaqqis kbir tal-ammont ta’ għajnuna approvat skont il-linji gwida 1999 meta mqabbel mal-ammont approvat fl-2003, li ġiegħel lill-Kummissjoni timponi l-kundizzjonijiet imsemmija, il-Kummissjoni ma taħsibx li huwa meħtieġ li timponi kundizzjonijiet u obbligi supplementari sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interess komuni.

(434)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel u meta jiġi kkunsidrat l-ammont eżatt tad-dħul nett tal-bejgħ iddeterminat meta ġiet adottata id-Deċiżjoni tal-2005, il-Kummissjoni temmen li l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kontribuzzjoni f’kapital ta’ EUR 15,81 miljun (211) hija kumpatibbli mal-Artikolu 87(3)(c) KE.

11.   KONKLUŻJONI

(435)

B’konklużjoni, il-Kummissjoni temmen li l-miżuri li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni mhumiex għajnuniet skont l-Artikolu 87(1) KE jew huma għajnuniet kumpatibbli mas-suq komuni.

(436)

Il-Kummissjoni ssejjaħ lil Franza:

—

biex tispeċifika lill-Kummissjoni fl-inqas żmien possibbli u l-aktar tard fi 15-il jum ta’ xogħol mid-data li tasal din id-Deċiżjoni, l-elementi li hija tikkunsidra li għandhom ikunu koperti mill-obbligu tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999,

—

li tinforma lill-benefiċjarju tal-għajnuna b’din id-Deċiżjoni fl-inqas żmien possibbli filwaqt li taħbi jekk ikun il-każ ċerti elementi li hija taħseb li huma koperti mis-sigriet professjonali u li l-komunikazzjoni tagħhom lill-benefiċjarju tal-għajnuna tista’ tagħmel ħsara lil xi wħud mill-partijiet interessati u li tindikalu fil-verżjoni li tagħtih, jekk ikun il-każ, l-elementi l-oħra li hija tikkunsidra li jaqgħu taħt is-sigriet professjonali u li ma ġewx moħbija.

(437)

Il-Kummissjoni tfakkar lil Franza li skont il-linji gwida, normalment ma tkunx tista’ tiġi prevista għajnuna oħra għar-ristrutturar, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, imprevedibbli u mhux imputabbli lill-impriża, matul l-għaxar snin ta’ wara t-tmiem tal-perijodu għar-ristrutturar, jiġifieri f’dan il-każ, il-31 ta’ Diċembru 2006;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kumpens imħallas mill-Istat Franċiż lill-SNCM li jammonta għal EUR 53,48 miljun għall-obbligi ta’ servizz pubbliku għall-perijodu 1991-2001 huwa għajnuna mill-Istat illegali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, iżda huwa kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Atikolu 86(2) tal-istess Trattat.

Il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM ta’ EUR 158 miljun, il-ħlas mis-CGMF tal-miżuri soċjali fir-rigward tal-impjegati għal ammont ta’ EUR 38,5 miljun u l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid konġunta u konkomitanti tal-SNCM mis-CGMF għal ammont ta’ EUR 8,75 miljun mhumiex għajnuniet mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

L-għajnuna għar-ristrutturar ta’ ammont ta’ EUR 15,81 miljun li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) hija għajnuna mill-Istat illegali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, iżda hija kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) tal-istess Trattat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni,

Antonio TAJANI

Il-Viċi-President


(1)   ĠU C 308, 11.12.2002, p. 29.

(2)  Dan il-pjan ta’ ristrutturar kien is-segwitu tan-notifika magħmula mill-awtoritajiet Franċiżi fl-20 ta’ Diċembru 2001 ta’ ħlas mill-fondi allokat mill-Compagnie Générale Maritime et Financière lill-SNCM għal ammont totali ta’ EUR 22.5 miljun bħala għajnuna ta’ salvataġġ. B’Deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 (ĠU C 148, 25.6.2003, p. 7), iktar ‘il quddiem imsejħa d-Deċiżjoni tal-2002, il-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna għas-salvataġġ favur l-SNCM fil-qafas tal-proċedura preliminari ta’ investigazzjoni tal-għajnuniet previsti mill-Artikolu 88(3) KE. Fid-19 ta’ Novembru 2002, l-awtoritajiet Franċiżi taw lill-Kummissjoni kopja tal-ftehimiet tal-ħlas tal-fondi bejn l-SNCM u s-CGMF kif ukoll il-provi tar-rimborż tal-ħlas tas-CMGF lill-SNCM b’żewġ trasferimenti li saru fit-13 ta’ Mejju u fl-14 ta’ Ġunju 2002.

(3)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/61846.

(4)  Is-CGMF hija kumpanija holding finanzjarja 100 % proprjetà tal-Istat Franċiż li sservi bħala intermedjarja għal dan tal-aħħar għal kull operazzjoni ta’ trasport marittimu, ta’ armament u ta’ kiri ta’ bastimenti fil-Mediterran.

(5)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Billi l-awtoritajiet Franċiżi talbu fil-11 ta’ Settembru 2002 il-korrezzjoni ta’ xi żbalji fil-fatti fid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni fis-27 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002 (ippubblikata fil-ĠU C 308, 11.12.2002, p. 29). Il-partijiet interessati ġew mistiedna biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-proġett ta’ għajnuna minn din id-data.

(6)  Fil-11 ta’ Settembru 2002, l-awtoritajiet Franċiżi talbu aktar żmien biex jagħtu l-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002, u dan iż-żmien ġie approvat mis-servizzi tal-Kummissjoni fis-17 ta’ Settembru 2002.

(7)  Irreġistrati taħt ir-referenza SG(2002) A/10050.

(8)  Irreġistrati fil-15 ta’ Jannar 2003 taħt ir-referenza DG TREN A/10962.

(9)  Irreġistrata taħt ir-referenza SG(2003) A/1691.

(10)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/21531.

(11)  Irreġistrata taħt ir-referenza SG(2003) A/1546.

(12)   ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(13)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/21701.

(14)   ĠU L 61, 27.2.2004, p. 13. B’Deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2004 (hawn taħt id-Deċiżjoni tal-2004), il-Kummissjoni għamlet emenda marġinali għad-Deċiżjoni tal-2003, li tippermetti lill-SNCM tibdel il-bastiment Aliso mal-Asco, jekk ikun il-każ, permezz ta’ emenda tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2003.

(15)   ĠU L 19, 21.1.2005, p. 70.

(16)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/27546.

(17)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/30842.

(18)  Xi informazzjoni oħra ngħatat b’ittra tat-30 ta’ Novembru 2005 (SG(2005) A/10782), l-14 ta’ Diċembru 2005 (SG(2005)A/11122), u t-30 ta’ Diċembru 2005 (TRENA/10016).

(19)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/16904.

(20)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/19105.

(21)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans GmbH e. Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, (280/00, Ġabra p. 7747).

(22)  Veolia Transport hija 100 % sussidjarja ta’ Veolia Environnement. Hija toffri taħt l-isem Connex servizzi ta’ trasport tal-passiġġiera għall-awtoritajiet pubbliċi (trasport kollettiv fl-agglomerazzjoni, trasport kollettiv interurbani u reġjonali) u tamministra għal dan l-iskop netwerks tat-triq u tal-ferrovija u, fi grad iżgħar, xi servizzi tat-trasport marittimu.

(23)   ĠU C 103, 29.4.2006, p. 28.

(24)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(25)   ĠU C 148, 24.6.2006, p. 42.

(26)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/25295.

(27)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN/A/24111.

(28)   ĠU C 303, 13.12.2006, p. 53.

(29)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN/A/37907.

(30)  Mill-grupp Stef-TFE fit-28 ta’ Diċembru 2007 (A/20313) u minn Corsica Ferries fis-27 ta’ Diċembru 2006 (A/20056).

(31)  Ittri tal-4 ta’ Jannar 2007 (D 2007 300067) indirizzati lill-grupp Stef-TFE u (D 2007 300068) lill-grupp Corsica Ferries.

(32)  Il-11 ta’ Jannar, is-16 ta’ Jannar u d-9 ta’ Frar 2007 irreġistrati rispettivament taħt ir-referenzi TREN/A/21142, A/21669 u A/23798.

(33)  It-13 ta’ Frar 2007 irreġistrati taħt ir-referenzi TREN/A/24473 u TREN/A/23981.

(34)  Irreġistrat mis-servizzi tal-Kummissjoni taħt in-Nru TREN/A/30979. L-awtoritajiet Franċiżi talbu u ngħataw żewġ estenzjonijiet taż-żmien ta’ xahar biex jagħtu l-kummenti tagħhom b’ittra tal-15 ta’ Marzu 2007 u d-19 ta’ April 2007 irreġistrati taħt ir-referenza TREN/A/27002 u A/29928.

(35)  Din l-informazzjoni ġiet irrapportata mis-CFF fil-15.3.2007 (TREN/A/27058), fis-27.9.2007 (TREN/A/43510 tal-1.10.2007), fit-30.11.2007 (TREN/A/49918 tas-6.12.2007), fl-20.12.2007 (TREN/A/51600 tas-26.12.2007), fl-14 ta’ Marzu 2008 (TREN/A/87084), minn Stim fl-20.12.2007 (TREN/A/51391) u mill-SNCM fit-28 ta’ Frar 2008 (TREN/A/85681). Franza rrapportat ukoll xi informazzjoni fil-21.12.2007 (TREN/A/51441), fis-7.1.2008 (TREN/A/86344) u fit-8.2.2008 (TREN/A/83661). Dokumenti oħra ngħataw mill-awtoritajiet Franċiżi waqt laqgħa ta’ ħidma fid-29 ta’ Frar 2008.

(36)  L-SNCM għandha sehem mhux maġġoritarju dirett ta’ 45 % fis-CMN u sehem mhux maġġoritarju indirett permezz tal-Compagnie Générale de Tourisme et d’Hôtellerie (CGTH) ta’ 24,1 %. Il-kontroll effettiv ingħata mill-1992 lill-grupp Stef-TFE permezz tas-sehem tiegħu ta’ 49 % fil-Compagnie Méridionale de Participations (CMP). L-SNCM u s-CMN kienu msieħba fil-qafas tad-DSP fil-perijodu 2001-2006 u ffirmaw b’mod konġunt il-kuntratt il-ġdid ta’ delega ta’ servizz pubbliku għall-perijodu 2007-2012/2013.

(37)  Is-CGTH hija kumpanija holding, 100 % proprjetà tal-SNCM.

(38)   Aliso Voyage huwa l-kanal ta’ distribuzzjoni proprju tal-SNCM. Magħmula minn 17-il aġenzija mqassma ma’ Franza kollha, din il-kumpanija tamministra l-bejgħ tal-biljetti marittimi li 49,9 % minnhom huma biljetti tas- SNCM.

(39)  Meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM kellha. b’parità mal-grupp tat-trasport Delmas, sehem fil-kumpanija marittima Franċiża ta’ trasport tal-merkanzija Sud-Cargos, li hija speċjalizzata fis-servizz ta’ trasport għall-Marokk. Dan is-sehem inbiegħ fl-aħħar tal-2005 għal ammont ta’ EUR […] (informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali) miljun bħalma jirriżulta mill-pjan ta’ investiment 2005 mogħti mill-awtoritajiet Franċiżi fit-28 ta’ Marzu 2006.

(40)  L-SNCM għandha 100 % tal-ishma ta’ din il-kumpanija li tassigura l-provvista tal-ikel għall-bastimenti tal-SNCM.

(41)   Ferrytour, li hija soċjetà en nom collectif li 100 % tal-ishma tagħha huma tal-SNCM, teżerċita l-funzjoni ta’ organizzatriċi tal-vjaġġi. Hija toffri vjaġġi fuq il-baħar għal Korsika, Sardinja u t-Tuneżija iżda wkoll titjiriet lejn numru kbir ta’ destinazzjonijiet. Hija toffri wkoll, bħala servizz sekondarju, kruċieri żgħar u servizzi għat-turiżmu tan-negozju.

(42)   Comptoirs du Sud, li hija sussidjarja stabbilita fl-1996 u 100 % proprjetà tal-SNCM, tamministra l-ħwienet kollha fuq il-bastimenti.

(43)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12.

(44)  In-Napoléon Bonaparte (kapaċità ta’ 2 150 passiġġier u 708 vettura, saħħa ta’ 43 MW, veloċità ta’ 23,8 mil nawtiku fis-siegħa), bastiment kbir car-ferry lussuż; id-Danielle Casanova l-ġdid li tlesta f’Mejju 2002 (kapaċità ta’ 2 204 passiġġier u 700 vettura, saħħa ta’ 37,8 MW, veloċità ta’ 23,8 mil nawtiku fis-siegħa), li huwa wkoll bastiment kbir car-ferry lussuż; l-Ile de Beauté (kapaċità ta’ 1 554 passiġġier u 520 vettura, saħħa ta’ 37,8 MW, veloċità ta’ 21,5 mil nawtiku fis-siegħa), beda jintuża fl-1979 u ġie rrestawrat fl-1989/1990; il-Méditerranée (kapaċità 2 254 passiġġier u 800 vettura, saħħa ta’ 35,8 MW, veloċità ta’ 24 mil nawtiku fis-siegħa) u l-Corse (kapaċità 2 150 passiġġier u 600 vettura, saħħa ta’ 27,56 MW, veloċità ta’ 23,5 mil nawtiku fis-siegħa).

(45)  Il-Paglia Orba, (kapaċità 500 passiġġier, 2 000 metru lineari ta’ trasport tal-merkanzija u 120 vettura, saħħa ta’ 19,7 MW, veloċità ta’ 19-il mil nawtiku fis-siegħa); il-Monte d’Oro (kapaċità 508 passiġġier, 1 615 metru ta’ trasport tal-merkanzija u 130 vettura, saħħa ta’ 14,8 MW, veloċità ta’ 19,5-il mil tal-baħar); il-Monte Cinto (kapaċità 111 passiġġier, 1 200 metru ta’ trasport tal-merkanzija, saħħa ta’ 8,8 MW, veloċità ta’ 18-il mil nawtiku fis-siegħa); minn Mejju 2003, il-Pascal Paoli (kapaċità 594 passiġġier, 2 300 metru ta’ trasport tal-merkanzija u 130 vettura, saħħa ta’ 37,8 MW, veloċità ta’ 23 mil nawtiku fis-siegħa).

(46)  In-NGV Liamone (kapaċità 1 116 passiġġier u 250 vettura, saħħa ta’ 65 MW, veloċità ta’ 42 mil nawtiku fis-siegħa) li jagħmel ukoll vjaġġi għal Toulon.

(47)  Kollha, ħlief Danielle Casanova, Pascal Paoli, Liamone fi ħlas bin-nifs.

(48)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).

(49)  ĠU S 2001/10 – 007-005.

(50)  Awtorità tal-liċenzji għall-obbligi ta’ servizz pubbliku mill-1991 skont il-Liġi Franċiża msemmija Nru 91-428 tat-13 ta’ Mejju 1991.

(51)  ĠU 2006/S 100-107350.

(52)  Għajnuna tal-Istat Nru 781/2001 awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2.7.2002, ĠU C 186, 6.8.2002, p. 3.

(53)  Għajnuna tal-Istat Nru 13/2007 awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007, ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/transports_2007.htm

(54)  Ix-xufier jakkompanja l-vetturi kollha matul il-vjaġġ. F’ċerti każijiet, xufier jista’ jgħabbi l-vettura fit-tluq u ieħor iħottha meta tasal. Dan huwa mniżżel bħala traffiku akkompanjat, kuntlarju għat-traffiku ro-ro li bih it-trejler jivvjaġġa mingħajr mutur.

(55)   ĠU C 148, 25.06.2003, p. 7.

(56)  Dan l-ammont huwa ddettaljat kif ġej: EUR 20,4 miljun għall-pjan ta’ ristrutturar innifsu, EUR 1,8 miljun għall-ispejjeż ta’ żarmar tal-bastimenti għall-bejgħ, EUR 14,8 miljun diprezzament tal-Liamone u EUR 9 miljun infiq għat-iskjerament mill-ġdid tal-attività lejn il-Magreb.

(57)  Dan il-pjan kien adottat fis-17 ta’ Diċembru 2001 mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-SNCM.

(58)  Il-pjan ta’ ristrutturar kien jipprevedi tnaqqis fin-numru ta’ vjaġġi minn 4 138 (3 835 għall-SNCM u 303 għas-sussidjarja tagħha Corsica Marittima) sa 3 410 fl-2003 bit-tibdil li ġej fis-servizz:

—

it-tibdil tas-servizz ta’ trasport bejn Marsilja u Korsika skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku 2001-2006,

—

l-eliminazzjoni kważi totali tar-rotot bejn Toulon u Korsika,

—

it-tnaqqis fir-rotot bejn Nizza u Korsika,

—

t-twaqqif tar-rotta Livorno-Bastia b’materjal speċifiku, mwaqqfa b’mod effettiv fl-2003,

—

it-tisħiħ tas-servizz ta’ trasport mill-Alġerija u mit-Tuneżija bil-bastimenti il-“Méditerranée”, l-“Ile de Beauté” u l-“Corse” u t-twaqqif tar-rotta li titlaq minn Ġenova u t-Tuneżija.

(59)  It-tnaqqis tal-impjegati għandu jsir permezz ta’ tluq naturali jew antiċipat abbażi ta’ xi kriterji ta’ età (twaqqif antiċipat tal-attività), xi lif ta’ mobilità u billi ma jiġux issostitwiti l-kuntratti bi żmien definit. Għaldaqstant dawn għandhom jirrappreżentaw nfiq stmat ta’ EUR 20,4 miljun għall-SNCM.

(60)  bħat-traffiku, it-tkabbir previst tad-dħul intern gross (1,5 %), ir-rata tas-self (5,5 %), ir-rata tar-redditu tal-prodotti finanzjarji (4,5 %) u r-rata tad-debiti fuq żmien qasir (5 %).

(61)  L-awtoritajiet Franċiżi semmew żewġ metodi oħra li eliminaw għax kienu jinkludu nfiq għoli wisq.

L-ewwel metodu ta’ evalwazzjoni kien li jingħaddu l-ispejjeż kollha tal-miżuri ta’ ristrutturar. Dan jippermetti li jintlaħaq self nett ta’EUR 90,9 miljun, billi jitnaqqsu:

—

it-telf akkumulat tal-1991 sal-2001, jiġifieri EUR 41,7 miljun (jiġifieri EUR 29 miljun – ċifra vvalidata bid-Deċiżjoni 2002/149/KE tat-30 ta’ Ottubru 2001 (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 66), EUR 6,1 miljun għall-2000 u EUR 6,6 miljun, qabel l-ispejjeż ta’ ristrutturar, għall-2001),

—

it-tnaqqis tar-riżorsi li jikkonsisti f’ammortizzamenti derogatorji bejn l-istess dati, jiġifieri EUR 24 miljun (l-ammont jonqos minn EUR 86 sa 62 miljun fil-bilanċ fil-perijodu, u dan ifisser l-estensjoni tal-perijodu tal-ħlas regolari minn tnax għal għoxrin sena, użu inqas ta’ din ir-riżorsa u użu ta’ “ħlas bin-nifs” għall-aħħar unitajiet ikkunsinnati),

—

il-qligħ kapitali tat-trasferiment li rriżulta minn dan ir-ristrutturar, jiġifieri EUR 21 miljun, li ġej mit-tnaqqis tas-self nett u,

—

l-effett akkumulat tal-ispejjeż ta’ ristrutturar li huma ta’ EUR 46,2 miljun (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 56).

It-tieni metodu ta’ evalwazzjoni kien li jiġi ddeterminat l-ammont tal-kapitali proprji meħtieġa mill-banek għall-flotta kollha, bl-għarfien li dawn tal-aħħar jitolbu b’mod ġenerali biex jiffinanzjaw ix-xiri ta’ bastiment mill-fondi proprji li jikkorispondi għal 20 sa 25 % tal-valur tal-bastiment. Il-kalkolu magħmul mill-awtoritajiet Franċiżi, fuq il-bażi ta’ nfiq ta’ akkwist storiku tal-flotta ta’ EUR 843 miljun, wassal għal ħtiġijiet f’fondi proprji minn EUR 157 sa 196 miljun. Meta sar it-tnaqqis mill-kapital proprju li kien hemm fl-2001, dan l-approċċ wassal għal ħtieġa ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid minn EUR 101 sa 140 miljun.

(62)  Ara infra.

(63)  Fil-pjan tagħha ta’ ristrutturar tal-2002, l-SNCM pprevediet li żżarma u tbiegħ erbgħa mill-bastimenti tagħha: in-Napoléon, il-Liberté, il-Monte Rotondo u l-NGV Asco, hekk kif din tal-aħħar ġiet issostitwita fil-fatt mill-bastiment sistership tagħha Aliso. Dawn il-bastimenti llum inbiegħu kollha. Id-dħul nett ta’ bejgħ osservat kien ta’ EUR 25 165 000.

B’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM biegħet l-ishma tagħha lill-SCI Espace Shuman, Southerna Trader, Someca, Amadeus u CCM għal dħul nett ta’ bejgħ ta’ EUR 5,02 miljun.

Mid-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM biegħet is-sehem tagħha fis-Sud Cargos, il-bastiment Asco u xi appartamenti tal-kumpless ta’ bini tal-SNCM għal ammont ta’ EUR 12,2 miljun.

(64)  […]

(65)  Il-proċess ta’ għażla tal-imsieħba privati sar mis-26 ta’ Jannar 2005 sal-aħħar ta’ Settembru 2005.

Fis-26 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar 2005, il-Gvern Franċiż qal li ser jibda jfittex sieħeb privat biex jieħu ishma fl-SNCM, isaħħaħ l-istruttura finanzjarja tagħha u jakkumpanjaha fil-bidliet meħtieġa għall-iżvilupp tagħha.

Wara li tiġi nnominata persuna indipendenti biex tissorvelja l-proċess ta’ riċerka, l-Agence des Participation de l’Etat (“APE”) tat mandat lil bank konsulent (“HSBC”) biex jikkuntattja xi xerreja prospettivi.

F’dan il-qafas, tnejn u sebgħin investitur industrijali u finanzjarji ġew ikkuntattjati, bl-għan li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ offerta li għandha l-għan li tiffaċċja l-proġett industrijali tal-kumpanija u li żżomm ix-xogħol u l-attwazzjoni tajba tas-servizz pubbliku. […] minnhom urew nuqqas ta’ interess, […] ftehimiet ta’ kunfidenzjalità ġew iffirmati u ntbagħtu […] memorandum ta’ spjega. […] kumpaniji ppreżentaw xi offerti fl-ewwel ftuħ fil-5 ta’ April 2005 u tliet offerti ([…], […] u […]) ġew milqugħa fit-tieni ftuħ fis-17 ta’ Ġunju 2005 kif ukoll nuqqas ta’ interess għal sehem minoritarju ([…]). Tliet offerti ġew milqugħa għat-tielet ftuħ fit-28 ta’ Lulju 2005.

Fl-14 ta’ Settembru 2005, kull impriża ġiet mistiedna biex terġa’ tagħti l-offerta tagħha fissa u definita qabel il-15 ta’ Settembru 2005. F’din id-data, billi l-kumpanija […] irtirat l-offerta tagħha, is-servizzi tal-Istat laqgħu żewġ offerti fissi ta’ kontribuzzjoni f’kapital u ta’ teħid mill-ġdid tat-total tal-kapital li ġej mill-gruppi Franċiżi Butler Capital Partners (BCP) u […].

Fis-27 ta’ Settembru 2005, Franza ppubblikat stqarrija uffiċjali li tindika li, fuq il-bażi ta’ eżami fid-dettall taż-żewġ offerti, intgħażlet l-offerta tal-grupp BCP peress li, minbarra li kienet l-aktar waħda aċċettabbli mil-lat finanzjarju, hija tissodisfa wkoll l-interessi tal-kumpanija, tas-servizz pubbliku u tax-xogħol. L-offerta tal-bidu tal-BCP kienet tipproponi prezz negattiv ta’ EUR […] miljun u kienet l-aktar stima baxxa tal-prezz negattiv.

Din l-offerta inizjali tax-xerrejja prospettivi kienet tipprevedi espliċitament il-possibbiltà li tinbidel l-offerta tal-bidu skont il-verifiki tal-kontijiet li saru. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-prezz tal-bidu ġie rrivedut ‘il fuq wara l-verifika tal-kontijiet li ngħataw fis-16 ta’ Diċembru 2005 minħabba xi elementi oġġettivi li effettwaw il-kuntest regolamentarju u ekonomiku li fih topera l-SNCM u li sar wara li ġiet ppreżentata l-offerta fil-15 ta’ Settembru 2005. Il-prezz negattiv għalhekk ġie mibdul għal EUR […] miljun.

In-negozjati li saru bejn l-awtoritajiet Franċiżi u x-xerrejja futuri wasslu biex din iċ-ċifra tilħaq EUR 142,5 miljun, miżjuda bil-ħlas ta’ parti mill-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-pensjonanti tal-SNCM (jiġifieri EUR 15,5 miljun).

(66)  Il-proċess intern tal-SNCM rigward l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid u ta’ privatizzazzjoni beda b’mod uffiċjali fit-12 ta’ April 2006 u ntemm fil-31 ta’ Mejju 2006. Għandu jiġi speċifikat li fis-27 ta’ Novembru 2007, l-għoti ta’ ishma lill-impjegati ma ġiex implimentat.

(67)  Dan il-mekkaniżmu huwa previst fl-Artikolu II.2 tal-protokoll ta’ bejgħ tas-16 ta’ Mejju 2006 li jimponi li dan il-kont għandu jintuża “ Għall-finanzjament tal-porzjon tal-infiq tat-tluq volontariu possibbli jew ksur ta’ xi kuntratti tax-xogħol […] li jiżdied mal-ammonti ta’ kull natura li għandhom jitħallsu minn min iħaddem b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u kuntrattwali ”. Is-sekwestratarju għandu “ id-dmir li jillibera l-fondi malli l-impjegati kkonċernati li ma kinux soġġetti għal assenjazzjoni interna mill-ġdid għall-grupp SNCM jitilqu b’mod effettiv mill-kumpanija u li jillibera l-bilanċ tal-ammont issekwestrat meta jlesti d-dmir tiegħu ta’ sekwestratarju ”. […].

(68)  L-erba’ kriterji Altmark huma dawn li ġejjin:

(i)

l-impriża benefiċjarja għandha tassew tkun responsabbli għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku u dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar;

(ii)

il-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġi evitat li jkun vantaġġ ekonomiku li jista’ jiffavorixxi l-impriża benefiċjarja meta mqabbla ma’ xi impriżi kompetituri;

(iii)

il-kumpens ma jistax jaqbeż dak meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom li rriżultaw mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat xi dħul li relatat ma’ dan kif ukoll il-benefiċċju raġjonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi;

(iv)

meta l-għażla tal-impriża li għandha tkun responszbbli għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, f’każ konkret, ma ssirx fil-qafas ta’ proċedura ta’ suq pubbliku li jippermetti li jintgħażel l-applikant li huwa kapaċi li jipprovdi dawn is-servizzi bl-inqas infiq għall-awtorità, il-livell tal-kumpens meħtieġ għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-infiq li impriża medja, amministrata sew u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-eżiġenzi ta’ servizz pubbliku mitluba, seta’ jkollha biex timplimenta dawn l-obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat d-dħul relatat ma’ dan kif ukoll il-benefiċċju raġjonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.

(69)  Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru wkoll li l-kumpensi ġew ikkalkolati fuq il-bażi preċiża tal-obbligi (numru ta’ vjaġġi, postijiet offerti, mezz ta’ sostituzzjoni, tariffa massima, eċċ.) u għalhekk xi parametri li jidhru fil-ftehimiet ta’ kull ħames snin ta’ servizz pubbliku li saru fl-1991 u l-1996 bejn l-SNCM u l-awtorità pubblika kompetenti u li dawn il-konvenzjonijiet kienu jipprevedu wkoll aġġustament tal-kumpens skont id-dħul li sar.

(70)  B’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew, fl-ittra tagħhom tat-8 ta’ Ottubru 2002 (TREN/A/10050), xi elementi li jistgħu juru li l-qafas tal-infiq tan-negozju tal-SNCM għall-perijodu 1991 sal-2001 seta’ jitqabbel ma’ dak ta’ xi impriżi simili ta’ trasport marittimu ta’ passiġġieri, bħal mhuma Brittany Ferries, Seafrance u s-CMN. Rigward din tal-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi ġġudikaw l-effettività tal-SNCM billi qabblu l-attività tal-ġarr ta’ merkanzija kif ukoll passiġġieri. Dawn iż-żewġ kumpaniji kienu joperaw f’kuntest simili, kważi bl-istess bastimenti (3 bastimenti li jġorru merkanzija u passiġġieri għas-CMN u 4 bastimenti li jġorru merkanzija u passiġġieri għall-SNCM) u lejn l-istess destinazzjonijiet. L-istatistiċi miġbura fil-perijodu 1991-2001 ippermettew li jiġi vverifikat li l-proporzjonijiet ta’ produttività (paragun bejn l-ispejjeż tas-salarji minn naħa u l-fatturat, il-vjaġġi u l-bastimenti min-naħa l-oħra) għall-attività tal-bastimenti li jġorru l-merkanzija u l-passiġġieri li huma differenti fl-1993, huma kważi l-istess fil-perijodu eżaminat. Għalhekk, dawn l-istatistiċi juru li matul dan il-perijodu, il-proporzjonijiet ta’ produttività tal-SNCM saru kważi l-istess bħal dawk ta’ impriża medja fis-settur.

(71)   ĠU L 50, 21.2.2002, p. 66. Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, wara r-rapport tal-espert magħżul mill-Kummissjoni dwar l-istatistiċi tal-kontijiet u tal-ġestjoni ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi, din tal-aħħar ikkonkludiet fil-paragrafu 98 tad-Deċiżjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2001 “ li s-sussidji ta’ servizz pubbliku ma servewx biex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-attivitajiet kompetittivi tal-SNCM. Is-separazzjoni tal-kontijiet relatati mal-għotja ta’ dan is-servizz u l-verifiki tal-kontijiet li saru mill-awtoritajiet ta’ kontroll reġjonali u nazzjonali jippermettu wkoll li jiġi ggarantit li l-kontijiet annwali li jittraċċaw l-użu tas-sussidju ta’ kontinwità territorjali jagħtu dehra preċiża tal-infiq tal-għotja tas-servizz pubbliku ”.

(72)  L-awtoritajiet Franċiżi kienu ddefendew fl-2002 in-natura strateġika tas-sehem tal-SNCM f’Sud-Cargos. L-iżviluppi fit-traffiku tal-merkanzija (żvilupp tal-kontejner għad-detriment tat-traffiku roro), ix-xiri mill-ġdid ta’ Delmas, azzjonist ieħor ta’ Sud-Cargos, minn CMA CGM u d-diffikultajiet ekonomiċi ta’ Sud-Cargos huma fatturi li jispjegaw għaliex dan is-sehem ma baqax jiġi kkunsidrat bħala wieħed strateġiku u seta’ jinbiegħ fl-2005 mill-SNCM.

(73)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2003, Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (334/99, Ġabra, p. I-1139).

(74)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics Nru K 53/2003 (ex NN 62/2003) – ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21.

(75)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 1999 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Ġermanja favur il-Gröditzer Stahlwerke GmbH u s-sussidjarja tagħha Walzwrk Burg GmbH, ĠU L 292, 13.11.1999.

(76)  Dan ir-rapport ingħata lill-Kummissjoni f’Marzu tal-2006 u ġie stabbilit mis-CGMF bl-appoġġ ta’ Ernst & Young, l-awditur legali tal-SNCM (hawn taħt “rapport CGMF”).

(77)  Ir-rapport stabbilit fid-29 ta’ Marzu 2006 minn Oddo Corporate Finance u d-ditta kummerċjali Paul Hastings (rapport Oddo) ingħata fis-7 ta’ April 2006 lill-Kummisjoni. Dan jikkonsisti f’reviżjoni kritika, mitluba mill-Agence des Participations de l’Etat (APE) tar-rapporti CGMF u approċċ tal-ispejjeż tal-istralċ iġġudikati bħala aċċettabbli fuq il-livell Komunitarju.

(78)  meta jitqiesu l-assi fissi tanġibbli (EUR[…] miljun) u finanzjarji (EUR[…] miljun), debiti tal-klijenti (EUR[…] miljun), debiti oħra (EUR[…] miljun) u defiċit tal-fondi ta’ – EUR[…] miljun. Franza speċifikat li stima aktar realistika, li tikkunsidra xi elementi finanzjarji oħra, twassal dan il-valur għal EUR[…] miljun.

(79)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni (278/92, 279/92 u 280/92, Ġabra p. I-4103).

(80)  Sentenza Nru 98-15129 tal-Qorti ta’ Kassazzjoni tas-6 ta’ Frar 2001. Din il-kawża tikkonċerna stabbiliment pubbliku, il-BRGM (Bureau de Recherches Géologiques et Minières) li ġie ordnat iħallas it-total tal-insuffiċjenza tal-assi tas-sussidjarja tiegħu, il-Mines de Salsignes, minħabba li d-direttur tagħha, il-BRGM, minkejja l-għarfien tiegħu tal-kundizzjonijiet ta’ diġenerazzjoni tal-attività u tal-avviżi mogħtija, aġixxa b’mod irresponsabbli billi ħalla l-attività tkompli.

(81)  Kawża Aspocomp Group Oyj; sentenza tal-Qorti tal-Appell (Cour d’Appel) ta’ Rouen tat-22 ta’ Marzu 2005.

(82)  Bħala paragun, ir-rata ta’ redditu ta’ OAT (Obligation Assimilable du Trésor, bond maħruġ mill-Istat Franċiż) ta’ maturità ta’ 30 sena, 10 snin, 5 snin u sentejn huma ta’ 3,95 %, 3,82 %, 3,75 % u 3,72 % rispettivament fil-31 ta’ Ottubru 2006.

(83)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2002, Société Française de Production, C(2002) 2593 fin – ĠU C 071, 25.3.2003 p. 3.

(84)  Fil-fatt, skont studju tas-suq indipendenti rraportat minn Franza f’dan ir-rigward, is-CFF issa għandha madwar […] % tas-suq tal-passiġġieri filwaqt li l-SNCM minn 82 % ta’ ishma fis-suq fl-2000 wasslet sa […]% fl-2005 u kellha żieda kbira fis-suq tat-trasport tal-merkanzija li fih l-SNCM għadha t-trasportatur ewlieni bis-saħħa tas-sehem tagħha fis-CMN.

(85)  Is-CFF tfakkar li l-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku jassigura lill-kumpanija sussidju pubbliku ta’ madwar medja ta’ EUR 64,3 miljun kull sena, jiġifieri total ta’ EUR 321,5 miljun fuq medda ta’ ħames snin. Skont hi, l-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku jiggarantixxi lill-SNCM likwidità ta’ EUR 72,8 miljun. Barra minn dan, Corsica Ferries tispeċifika li mill-EUR 40,6 miljun ta’ telf irreġistrati fl-2001 mill-SNCM, EUR 15-il miljun ġejjin minn deprezzament ta’ bastiment applikat għall-NGV Liamone.

(86)  Id-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura kienet tindika li l-pjan għar-ristrutturar kien jipprevedi, fost l-oħrajn, “l-għeluq tar-rotta Bastia-Livorno b’materjal speċifiku”.

(87)  Il-kritiki magħmula mis-CFF kienu rigward il-punti li ġejjin: ebda tnaqqis reali tal-impjegati, ebda mobilizzazzjoni tal-ishma tal-SNCM għall-isforz tar-ristrutturar, ma ġiex ikkunsidrat il-qligħ kapitali fuq il-bastimenti.

(88)  Is-somma ta’ EUR 76 miljun tikkorrispondi skont is-CFF għall-500 miljun Frank Franċiż (FRF) li l-kumpanija għandha titlef mal-allokazzjoni ta’ kontinwità territorjali fil-perijodu l-ġdid 2002-2006.

(89)  meta mqabbel mal-proporzjonijiet li stmat hija stess fuq kampjun ta’ għaxar kumpaniji marittimi. Dawn il-proporzjonjiet ivarjaw minn 23,69 % (għal Moby Lines) sa 55,09 % (għal Grimaldi) u 49,7 % għas-CMN.

(90)  Is-CFF issemmi s-sehem ta’ 50 % fil-kumpanija marittima Sud-Cargos, is-sehem ta’ 13 % f’Amadeus, impriża speċjalizzata fis-sistemi ta’ riżervazzjoni fit-trasport tal-ajru, is-sehem fis-CMN u l-patrimonju immobiljari tas-CGTH.

(91)   Azzjonist ta’ referenza tas-CMN.

(92)  Għall-fini ta’ informazzjoni, l-OTC hija l-awtorità li tikkonċedi, b’mod konġunt mal-kollettività territorjali ta’ Korsika, il-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku.

(93)  Dwar id-DSP relatata mar-rotot Marsilja-Korsika, il-maġġoranza tal-osservazzjonijiet tas-CFF huma relatati mal-proċedura ta’ allokazzjoni tad-DSP il-ġdida fil-perijodu 2007-2012/2013 u l-modi kontroversjali mnedija mis-CCF quddiem it-tribunali nazzjonali, li wara ma ġewx milqugħa mill-qrati nazzjonali.

(94)  Rigward dan, is-CFF tfakkar li, fit-tieni semestru 2005, proċedura ta’ twissija infetħet quddiem il-Qorti tal-Kummerċ (Tribunal de commerce) ta’ Marsilja u li setgħet issir petizzjoni għal falliment mill-ħarifa tal-2005 għat-telf stmat fl-2005 ta’ EUR 30 miljun.

(95)  Fil-fatt, skont is-CFF, il-Qorti ta’ Kassazzjoni, fil-kawża tal-Minjieri u prodotti kimiċi ta’ Salsignes, ma tinvoka ebda responsabbiltà diretta tal-Istat azzjonist f’każ li jsir stralċ ta’ xi impriża li jkun azzjonist tagħha iżda pjuttost il-possibbiltà li jidderiġi xi azzjoni għall-ħlas tad-debiti soċjali kontra stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali u l-impossibbiltà tad-diretturi tagħhom li jeħilsu mill-obbligi tagħhom billi jappellaw għall-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi.

Rigward l-applikabbiltà għal dan il-każ tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen fil-kawża Aspocomp, is-CFF qalet b’mod uffiċjali li l-każ suġġett ta’ din il-ġurisprudenza, li jirrigwarda kumpanija prinċipali li ġiet ordnata tħallas lill-impjegati ta’ sussidjarja tagħha kumpensi soċjali għan-“nuqqas ta’ rispett ta’ ftehim” approvat minn din tal-ewwel, m’għandux x’jaqsam maċ-ċirkostanzi tal-kwistjoni SNCM. Għalhekk żgur hemm riskju li s-CGMF jew l-Istat jiġi ordnat iħallas xi kumpensi ta’ tkeċċija f’każ li jsir stralċ ġudizzjarju. Barra minn hekk, is-CFF tiddubita dwar l-istima f’numri tal-ispejjeż soċjali l-oħra minħabba l-fatt li jidhru li mhux qed jaqblu skont l-esperti li ġew mitluba jistabbilixxuhom.

(96)  Għal din ir-raġuni, is-CFF temmen li l-valur reali tal-bastimenti bħalma kien indikat mill-SNCM fil-preżentazzjoni tal-offerta tagħha fil-qafas tad-DSP kellu jiġi kkunsidrat fl-istima tal-assi tal-SNCM magħmula mir-rapporti Oddo u CGMF.

(97)  Skont is-CFF, Franza insistiet fuq in-natura essenzjali tal-integrità tas-servizz ta’ trasport minn Nizza, fuq iż-żamma tal-flotta fuq il-livell attwali u fuq in-natura meqjusa strateġika tas-sehem tal-SNCM fil-grupp CMN.

(98)  Fl-1 ta’ Jannar 2007 bl-introduzzjoni tas-Superfast X.

(99)  Is-CFF tipproponi li tillimita Għal-livell tal-2005 il-kapaċitajiet offruti fuq kull wieħed mis-swieq kompetittivi (Nizza, it-Tuneżija u l-Alġerija), li ma tiftaħx rotot ġodda oħra u li tbiddel f’ġarr ta’ merkanzija kif ukoll ta’ passiġġieri s-servizz ta’ trasport Marsilja-Korsika sabiex jonqsu l-ispejjeż.

(100)  Jidher li l-SNCM xtrat xi bastimenti ġodda bi ksur tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003. Barra minn hekk, l-SNCM ma biegħetx is-sehem tagħha fis-CCM bi ksur tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, l-SNCM kienet qiegħda tippratika mill-2003 politika tariffarja aggressiva bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk offruti mis-CFF bi ksur tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni msemmija (biljetti sa 30 % inqas għoljin għall-istess servizzi jew simili).

(101)  Minħabba, minn naħa waħda, in-nuqqas ta’ għarfien tal-metodi tal-kontabbiltà u ta’ imputazzjoni analitika rispettivi taż-żewġ kumpaniji u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tas-CMN f’dan l-istudju.

(102)  Skont l-STIM, l-SNCM għamlet stima baxxa tar-riżultati finanzjarji tagħha apposta. Skont il-verifika ta’ espert indipendenti għall-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika, id-defiċit eċċessiv tan-netwerk f’Korsika tal-SNCM kien ta’ 125 miljun Frank Franċiż (madwar EUR 19-il miljun) għas-snin 1996-2001, meta jiġi eskluż ir-riżultat eċċezzjonali tal-2001.

(103)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2003, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni (328/99 u 399/00, Ġabra, p.I-4035).

(104)  Fost il-fatti invokati minn dan ir-rapport, jidher li […].

(105)  B’appoġġ għal rapport tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rapport isemmi pereżempju li […].

(106)  Fost il-fatti invokati minn dan ir-rapport, jidher li […].

(107)  L-Istat pereżempju […].

(108)  Ir-rapport ikkritika fost oħrajn in-nuqqasijiet amministrattivi li ġejjin: […].

(109)  Il-mezzi nawtiċi tnaqqsu u l-programm ta’ bejgħ tal-assi qed iseħħ b’mod konformi mal-proġett industrijali. Is-servizzi ta’ trasport ġew estiżi mill-ġdid u l-pjan ta’ azzjoni tat-tnaqqis tal-konsumi intermedjarji qed jagħti l-ewwel frott. Fl-aħħar nett, is-sezzjoni xogħol tal-proġett industrijali qed jiġi implimentat b’mod progressiv.

(110)  Rigward il-proporzjoni ta’ 0,497 mħabbar minn Corsica Ferries għas-CMN fl-2001, mhuwiex eżatt għax ma jinkludix id-disponibbiltajiet tal-assi fil-bilanċ. Meta ġie korrett dan in-nuqqas, il-proporzjoni tas-CMN huwa 0,557. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan il-livell xorta mhuwiex biżżejjed għas-CMN u s-sitwazzjoni tal-fondi diffiċli li ffaċċjat s-CMN fl-2002 hija l-prova. Is-CMN fil-fatt kellha tissellef sa EUR 8 miljun minn Stef-TFE biex tiffinanzja defiċit tal-fondi mhux kopert mill-banek.

(111)  Fl-ittra tiegħu tad-9 ta’ Jannar 2003, il-Kunsill Reġjonali Provence-Alpes-Côte d’Azur semma fil-fatt l-istudju tas-suq li kien ingħata lill-Kummissjoni fil-qafas tan-notifika u li huwa kellu kopja tiegħu filwaqt li speċifika l-osservazzjoni li ġejja: “L-offerta [dwar is-servizz ta’ trasport bejn Korsika u l-kontinent Franċiż] hija kbira żżejjed meta mqabbla mad-domanda. Ir-rata ta’ tagħbija tal-bastimenti tvarja b’medja ta’ 20 % fix-xitwa u 50 % fis-sajf.”

(112)  B’mod partikolari, hija tirrifjuta l-istima tal-valur tal-impriża ta’ madwar EUR 350 miljun li saret mill-STIM li tikkunsidra biss l-elementi tal-bilanċ li jtejbu l-valorizzazzjoni minn fondi proprji tal-kontabbiltà (provvedimenti għad-deprezzament, qligħ kapitali sekondarju tal-bastimenti eċċ.) mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-elementi ta’ debiti li jistgħu jnaqqsuha. Dan il-metodu ta’ kalkolu ta’ natura purament konstabilistika ma jaqbilx mar-realtà ekonomika ta’ impriża marittima, bħal m’hija l-SNCM, li fil-bilanċ għandha assi li jidhru li huma ta’ valur iżda li għandha wkoll redittu limitat u debiti kbar ‘il barra mill-bilanċ.

(113)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2006, Ministero dell’Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze (222/04, Ġabra p. I-289, punt 129).

(114)   ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7.

(115)   ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1.

(116)  Il-Kummissjoni mhijiex obbligata li jieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-partijiet interessati, iżda huwa biżżejjed li tesponi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi li huma ta’ importanza essenzjali fir-ratio tad-Deċiżjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 1995, Siemens/Kummissjoni, (459/93, Ġabra p. II-1675, punt 31) u tat-13 ta’ Ġunju 2000, EPAC vs Il-Kummissjoni, (204/97 u 270/97, Ġabra p. II-2267, punt 35).

(117)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (289/03).

(118)  Ara f’dan ir-rigward id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2001 dwar l-għajnuniet tal-Istat imħallsa minn Franza lill-SNCM – ĠU L 50, 21.2.2002 p. 66.

(119)  Riżultat imnaqqas mill-qligħ kapitali tal-bejgħ fuq il-bastimenti.

(120)  Għal dawn is-sentejn li jikkorrispondu għall-aħħar sentejn tal-applikazzjoni tal-Ftehim tal-1996, ir-rapport tal-espert ta’ dak iż-żmien ma setax, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, jikkalkula r-riżultat miksub b’kontabilità analitika għal dak li għandu x’jaqsam mas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika.

(121)  Informazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni 2002/149/KE.

(122)  Kreditu ta’ EUR 14,8 miljun inġabar fl-2001 għall-NGV Liamone. L-għan tiegħu huwa li jwassal l-infiq annwali tal-bastiment għall-istess livell ta’ dak ta’ bastiment adattat għar-restrizzjonijiet ġodda imposti fuq din ir-rotta u ffinanzjati fl-istess kundizzjonijiet. Dan il-kreditu nġabar skont ir-regoli ta’ kontabbiltà li fuq il-bażi tagħhom impriża għandha tikkoreġi l-bilanċ tagħha billi tikkunsidra deprezzament eċċezzjonali malli tara li wieħed mill-assi tagħha jkollu valur reali jew valur tas-suq inqas mill-valur ta’ kontabbiltà tiegħu.

(123)  B’mod konformi mal-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni hija indifferenti għal mezz ta’ kumpens użat mill-Istat sakemm tkun tista’ tivverifika n-nuqqas ta’ sussidju minn naħat diversi favur xi attivitajiet kompetittivi. Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2002 dwar l-għajnuniet tal-Istat allokati mill-Italja favur il-Poste Italiane SpA (ĠU L 282, 19.10.2002 p. 29) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2003 dwar iz-zieda fil-kapital ta’ EUR 297,5 miljun favur La Poste Belge/De Post (ĠU C 241, 8.10.2003 p. 13).

(124)  Barra minn dan, jeħtieġ li wieħed ifakkar li l-Kummissjoni stabbilixxiet fl-1997 l-gwida Komunitarja dwar l-għajnuniet tal-Istat għat-trasport marittimu, li tispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom l-għajnuniet tal-Istat allokati bħala kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku jitqiesu li huma kumpatibbli mas-suq komuni – ĠU C 205, 5.7.1997, p. 5.

(125)  Ara d-Deċiżjoni 2002/149/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2001 – ĠU L 50, 21.2.2002 p. 66.

(126)  Kundizzjonijiet tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat, imsemmijin fil-punt IV tal-ftehim ta’ kull ħames snin bejn l-SNCM u l-OTC għall-perijodu 1996-2001.

(127)  B’mod partikolari, bħalma indikat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 70 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vverifikat l-eżistenza ta’ separazzjoni tal-kontijiet relatati mal-għoti tas-servizzi msemmija għall-perijodu investigat.

(128)  Dan l-ammont jirriżulta mid-differenza bejn l-ammont innotifikat fil-bidu (EUR 76 miljun) u l-ammont mħallas għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (EUR 53,48 miljun).

(129)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (334/99, Ġabra, p. I-1139, paragrafu 142).

(130)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri: applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni lill-impriżi pubbliċi tas-settur tal-manifattura, ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3, punt 11. Din il-komunikazzjoni hija relatata mas-settur tal manifattura, iżda tapplika wkoll b’analoġija għas-setturi ekonomiċi l-oħra kollha.

(131)  Ara b’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni (233/99, Ġabra, p.II-435).

(132)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Jannar 1999, Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH u Lech-Stahlwerke GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2/96 u 129/95, Ġabra, p. II-17, paragrafu 116).

(133)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja c vs Il-Kummissjoni, (278/92, 279/92 u 280/92, Ġabra p. I-4103).

(134)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (334/99, Ġabra 2003, p.I-1139).

(135)  Deċiżjoni 98/204/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 1997 li tapprova b’mod kundizzjonali l-għajnuniet allokati minn Franza lill-grupp GAN, ĠU L 78, 16.3.1998, p. 1.

(136)  Ara rigward dan id-Deċiżjoni 2006/947/KE tas-7 ta’ Diċembru 2005 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics (ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21).

(137)  Ara f’dan ir-rigward is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs il-Kummissjoni (Ġabra 1991, p. I-1433).

(138)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni 92/266/KEE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 1991 dwar l-attivitajiet ta’ rikonverżjoni tal-gruppi industrijali Franċiżi minbarra l-industriji tal-azzar u tal-faħam u l-Compagnie générale maritime skont l-Artikoli 92 sa 94 tat-Trattat KEE, ĠU L 138, l-21 ta’ Mejju 1992, p. 24. Ara wkoll il-pjanijiet soċjali li huma msemmijin hawn taħt.

(139)  Għaldaqstant għandu jiġi osservat li nofs il-persunal kien jikkonsisti f’impjegati temporanji jew sottokuntratturi li jaħdmu fuq il-post. Għalhekk wieħed jista’ jissoponi li l-infiq għal kull impjegat għal 5 000 post tax-xogħol rigward il-persunal Airbus permanenti kien ħafna aktar għoli.

(140)  Wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni innominat espert indipendenti, Moore Stephens, Chartered Accountants, li r-rapport finali tiegħu ingħata fil-25 ta’ Jannar 2008.

(141)  Dawn huma s-7 bastimenti li ġejjin: Corse, Ile de Beauté, Méditerranée, Napoléon Bonaparte, Paglia Orba, Monte d’Oro, Monte Cino.

(142)  Dan it-tnaqqis, li huwa EUR[…] miljun (jiġifieri medja ta’ bejn […] u […]% tal-valur tas-suq gross), huwa inter alia ġġustifikat bl-ispeċifiċità tal-bastimenti tal-SNCM li huma adattati għas-servizz ta’ trasport offrut mill-impriża, bl-istat tal-bastimenti u bil-kuntest ta’ tpoġġija fis-suq tal-flotta kollha (b’mod partikolari l-pożizzjoni dgħajfa ta’ min qed ibiegħ). Il-valorizzazzjoni ta’ BRS tibbaża ruħha b’mod partikolari fuq l-ipoteżi ta’ bejgħ ta’ bastimenti kompletament f’posthom u aġġornati, fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni u jaħdmu tajjeb fil-kundizzjonijiet kummerċjali normali.

(143)  Stmat għal EUR[…] miljun.

(144)  Ir-riskju ġudizzjarju huwa ġġustifikat mill-probabbiltà li l-istralċjarju ikun imġiegħel li jipproċedi malajr għall-bejgħ tal-bastimenti u b’effett ta’ konġestjoni tas-suq minħabba l-kapaċità limitata tiegħu ta’ assorbiment.

(145)  Rigward il-bini (inkluż l-uffiċċju prinċipali tal-SNCM), l-awtoritatjiet Franċiżi jispeċifikaw li l-valur ta’ stralċ magħżul huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni ta’ espert fil-bini f’Novembru 2003 aġġornata bi +[…]% sabiex tiġi kkunsidrata ż-żieda fil-prezzijiet.

(146)  L-assi finanzjarji jikkonċernaw essenzjalment l-investimenti f’ekwità tal-SNCM f’Sudcargos, Aliso, CGTH, CMN u Ferrytour.

(147)  Dan l-oġġett fil-lista jikkonċerna essenzjalment xi krediti sovrani, b’mod partikolari il-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku tax-xahar ta’ Settembru 2005 u l-ħlas lura tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ min iħaddem mill-Assedic għas-sena finanzjarja 2004.

(148)  Dan huwa obbligu stabbilit fl-Artikolu L.321-13 tal-kodiċi tax-xogħol li jipprevedi l-ħlas minn dak li jimpjega ta’ kumpens meta jitkeċċa impjegat ta’ għallinqas 50 sena.

(149)  Infiq għar-riġenerazzjoni tal-oqsma tax-xogħol (EUR[…] miljun), infiq tal-ftehimiet ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid (EUR[…] miljun), infiq tal-unit ta’ appoġġ u ta’ għajnuna għall-klassifikazzjoni mill-ġdid bl-isem “mobilità” (EUR[…] miljun).

(150)  Infiq għat-tkeċċija tal-persunal b’kuntratt SNCM issekondat lill-kumpaniji affiljati u tal-persunal tas-sussidjarji li sar l-istralċ tagħhom (EUR[…] miljun) u nfiq tal-kwistjonijiet relatati mat-terminu tal-kuntratti tax-xogħol u għat-talbiet ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tax-xogħol (EUR[…] miljun).

(151)  Fit-30 ta’ Settembru 2005, l-SNCM kienet qed tuża tliet bastimenti f’ħlas bin-nifs: l-NGV Liamone (fil-pussess ta’ EIG Véronique Bail), id-Danielle Casanova (EIG Joliette Bail) u l-Pascal Paoli (EIG Castellane Bail).

(152)  L-ipoteżijiet sottostanti għal din l-evalwazzjoni huma dawn li ġejjin:

—

l-SNCM twaqqaf il-kuntratti ta’ ħlas bin-nifs tagħha sat-30 ta’ Settembru 2005, li jfisser li l-bastimenti jiġu rritornati lill-propjetarji rispettivi tagħhom (EIG) u li ma titħallas ebda kirja,

—

l-opzjonijiet ta’ xiri ma jistgħux ikunu pprattikati,

—

il-bastimenti jinbiegħu mill-banek kredituri tal-EIG sat-30 ta’ Settembru 2005; id-dħul nett tal-bejgħ tal-bastimenti jintuża b’mod prijoritarju għall-ħlas tad-debiti bankarji u tat-taxxa.

(153)  Il-bastimenti Napoléon Bonaparte u Paglia Orba jiggarantixxu l-ammont tas-self għall-bastimenti li serva għall-finanzjament tagħhom.

(154)  Dan il-punt huwa relatat mal-użanza li permezz tagħha l-SNCM timpenja ruħha li tħallas parti mill-ispejjeż tal-assigurazzjoni supplementari favur il-pensjonanti tagħha.

(155)  Sakemm jispiċċa l-istralċ. It-telf temporanju għandu bħala ipoteżi sottostanti l-ħlas tal-impjegati f’xahar wieħed biss. Dan jikludi wkoll l-infiq ta’ żarmar tal-bastimenti f’pussess proprju, mhux imnaqqas mill-valur tal-assi. Dan l-infiq jikkorrispondi għall-waqfien tal-bastimenti fil-moll sakemm isir il-bejgħ tagħhom.

(156)  Id-debiti bla garanzija huma mqassma kif ġej: proviżjonijiet għal riskji u spejjeż (EUR[…] miljun), debiti relatati/ishma (EUR[…] miljun), fornituri tan-negozju (EUR[…] miljun), rappreżentazzjoni ġenerali (EUR[…] miljun), debiti tal-grupp u l-imsieħba (EUR[…] miljun), kont ta’ regolarizzazzjoni tad-debitu (EUR[…] miljun).

(157)  Minħabba l-użu intensiv mill-SNCM ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien fiss.

(158)  Fid-Deċiżjoni tagħha 2006/947/KE tas-7 ta’ Diċembru 2005 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics (ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21), il-Kummissjoni indikat: “ Il-Kummissjoni ma tinnegax li, f’ċerti każi eċċezzjonali, ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali jipprevedu l-possibbiltà għal terzi li jduru kontra l-azzjonisti ta’ kumpanija li sar stralċ tagħha, b’mod partikolari jekk dawn l-azzjonisti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala […] u/jew jekk għamlu xi żbalji fil-ġestjoni. Għaldaqstant, f’dan il-każ, anke jekk fil-liġi Franċiża teżisti possibbiltà bħal din u għalkemm l-awtoritajiet Belġjani pprovdew ċertu numru ta’ indikazzjonijiet dwar dan ir-riskju, dawn għadhom ma neħħewx biżżejjed id-dubji espressi, fil-każ inkwistjoni, meta saret l-estensjoni tal-proċedura f’April 2005. Il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex leġittimu f’dan il-każ, li jiġu inklużi mal-ispejjeż ta’ dan ix-xenarju t-EUR 58 miljun, relatati, skont l-awtoritajiet Belġjani, mar-riskju ta’ […] ”

(159)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna li Franza ddeċidiet li talloka lis-Société Marseillaise de crédit (ĠU C 49, 19.2.1997, p. 2).

(160)  jiġifieri l-valur aġġornat nett tar-riskju ta’ kundanna fil-futur, meta jiġi kkunsidrat il-fatt li l-persuni akkużati bħala responsabbli għad-debitu jkollhom jiddefendu ruħhom kontra allegazzjoni bħal din.

(161)  Liġi Nru 85-98 tal-25 ta’ Jannar 1985 dwar is-salvataġġ u l-istralċ ġudizzjarju tal-impriżi kkodifikata fil-Kodiċi tal-Kummerċ fl-Artikoli L620-1 u ta’ wara; Liġi Nru 2005-845 tas-26 ta’ Lulju 2005 dwar il-protezzjoni, is-salvataġġ u l-istralċ tal-impriżi, ikkodifikata fl-Artikoli 620-1 sa 670-8 tal-Kodiċi tal-Kummerċ.

(162)  Ix-xenarju ta’ riżoluzzjoni ta’ pjan ta’ protezzjoni mhuwiex applikabbli għall-każ inkwistjoni minħabba li l-Liġi tal-2005 daħlet fis-seħħ wara filwaqt li, fuq il-bażi tal-elementi li għandha l-Kummissjoni, xejn ma jippermetti li wieħed jikkonkludi li salvataġġ ġudizzjarju possibbli tal-SNCM kien ifalli.

(163)  Fit-termini tal-Liġijiet rilevanti, l-impriżi pubbliċi li għandhom statut taħt id-dritt privat jaqgħu taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tal-liġijiet imsemmijin qabel li jirregolamentaw l-istralċ ġudizzjarju. Barra minn dan, il-leġiżlazzjoni tippermetti l-impenn tar-responsabbiltà tal-persuni legali ggvernati mil-liġi pubblika bħala diriġent fil-qafas ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti.

(164)  Il-ġurisprudenza Franċiża teżiġi mid-diriġent de facto li jkun għamel xi atti pożittivi ta’ ġestjoni jew ta’ direzzjoni b’mod rikorrenti.

(165)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punt 172 ta’ din id-Deċiżjoni).

(166)  Huwa interessanti li wieħed jinnota li minbarra d-debiti tas-salarju klassiċi, hemm ukoll debiti tas-salarju ġuridiċi li s-sors tagħhom jinsab f’Deċiżjoni meħuda mill-ġuriżdizzjonijiet tat-Tribunal Industrijali. Fil-każ in kwistjoni, l-impjegat iressaq it-talba tiegħu quddiem il-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal Industrijali biex jiġġudika l-validità tagħha u meta din it-talba tiġi aċċettata tkun imniżżla fid-dikjarazzjoni tad-debiti tal-kumpanija.

(167)  Sentenza tal-Qorti ta’ Kassazzjoni, it-30 ta’ Novembru 1993, Nru 91-20 554, Bull. civ. IV, Nru 440, p. 319.

(168)  Din l-evalwazzjoni saret minn Sorgem Evaluation Konsulent f’investimenti finanzjarji. L-awtur tal-evalwazzjoni, Maurice Nussenbaum, huwa espert finanzjarju fil-Qorti ta’ Appell ta’ Pariġi u approvat mill-Qorti ta’ Kassazzjoni.

(169)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punt 174 ta’ din id-Deċiżjoni).

(170)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punti 175 u 176 ta’ din id-Deċiżjoni).

(171)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punti 175 u 176 ta’ din id-Deċiżjoni).

(172)   Bureau de Recherches Géologiques et Minières – Uffiċju għar-Riċerka Ġeologika u tal-Minjieri (BRGM).

(173)  Ara pereżempju s-sentenza tal-Qorti ta’ Kassazzjoni tas-6 ta’ Frar 2001 Nru 98-15129.

(174)  Ara b’mod partikolari ż-żewġ sentenzi li tat il-Qorti tal-Appell ta’ Rouen fit-22 ta’ Marzu 2005 – sentenza Nru RG 04/02549 Aspocomp Group Oyj u sentenza Nru RG 01/02667 – 04/02675.

(175)  Minħabba l-fatt li l-persuni akkużati li ssospendew b’mod żbaljat dan il-pjan kienu probabbilment jiddefendu ruħhom bil-qawwa biex ma jassumux ir-responsabbiltà tagħhom stess.

(176)  Cass. com., id-19 ta’ April 2005, Métaleurop.

(177)  Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE għall-ishma reċiproki tal-awtoritajiet pubbliċi, Rapport KE 9/1984, punt 3.2. iii.

(178)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni (296/97, Ġabra, p. II-3871).

(179)  Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni (358/94, Ġabra pp. II-2109, punt 70).

(180)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 1990, Franza vs Il-Kummissjoni (301/87, Ġabra, pp. I-307, punt 40).

(181)  Ara l-komunikazzjoni dwar għajnuna possibbli inkluża fi proġett ta’ kontribuzzjonijiet ta’ kapitali pubbliċi fil-kapital ta’ Klöckner Stahl, ĠU C 390, 31.12.1994, p. 1.

(182)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI (39/94, Ġabra, pp. I-3547, paragrafu 60).

(183)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 1990, Franza/Kummissjoni (301/87, Ġabra, pp. I-307, paragrafu 41).

(184)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2000, Confederación Española de Transporte de Mercancías (CETM) vs Il-Kummissjoni (55/99, Ġabra, p. II-03207, paragrafu 82).

(185)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni (173/73, Ġabra, 709, paragrafu 33).

(186)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2001, HJ Banks (390/98, Ġabra, p. I-6117, paragrafu 33).

(187)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2004, Salzgitter vs Il-Kummissjoni (308/00, Ġabra p. II-1933, paragrafu 79). Ara wkoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli relatati mal-għajnuniet tal-Istat għall-miżuri li jaqgħu taħt is-sistema ta’ tassazzjoni diretta tal-impriżi (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3, punt 16).

(188)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (88/03, Ġabra, p. I-7115, paragrafu 56).

(189)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline GmbH (143/99, Ġabra, p. I-8365, paragrafu 41).

(190)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar ir-riforma tal-finanzjament tal-pensjonijiet fis-settur bankarju fil-Greċja (ĠU C 308, 19.12.2007, p. 9) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għajnuniet tal-Istat allokati minn Franza għal dak li għandu x’jaqsam mar-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati tal-Istat li jaħdmu ma’ La Poste (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 16).

(191)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 dwar is-Société française de production (ĠU C 71, 25.3.2003, p. 3). “ Il-finanzjament mill-Istat ta’ pjan ta’ tnaqqis tal-impjegati li jippermetti lil impriża li teħles minn parti tal-persunal tagħha, mingħajr ma jkollha tħallas l-ispejjeż kollha, huwa vantaġġ selettiv li jista’jkun soġġett għall-projbizzjoni tal-għajnuniet tal-Istat. Min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni permezz ta’ fondi pubbliċi ta’ miżuri soċjali supplementari favur il-persunal imkeċċi, mingħajr ma dawn il-miżuri jħaffu lil dak li jimpjega mill-ispejjeż normali tiegħu, hija relatata mal-politika soċjali tal-Istati Membri u mhijiex għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. […] L-SFP ser tħallas l-ispejjeż kollha. Barra minn hekk, il-miżuri soċjali supplementari għall-profitt tal-persunal imkeċċi tal-SFP li ser ikunu implimentati meta l-persunal jitlaq l-impriża, ma tilliberax lil din tal-aħħar mill-obbligi tagħha u mhumiex għajnuna tal-Istat favur l-SFP. ”

(192)  Dan l-ammont huwa r-riżultat tad-differenza bejn l-ammont innotifikat b’mod effettiv (EUR 76 miljun) u l-ammont approvat bħala kumpens ta’ servizz pubbliku (EUR 53,48 miljun).

(193)   ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(194)   ĠU C 205, 5.7.1997, p. 5.

(195)  Ara l-punt 30 tal-linji gwida tal-2002.

(196)  Deċiżjoni msemmija qabel.

(197)  Il-provvisti regolamentati huma spejjeż li ddaħħlu fil-kontijiet b’applikazzjoni tar-regoli fiskali.

(198)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (482/99, Ġabra 2002, p.I-4397, paragrafu 71).

(199)  L-ewwel metodu alternattiv, ibbażat fuq il-kapitali proprji meħtieġa biex jiġi assigurat il-finanzjament tal-flotta eżistenti, jidher li mhux adattat minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi użaw fil-kalkolu l-valur tax-xiri tal-flotta u mhux il-valur tas-suq fl-2002. Fil-fatt, jekk kumpanija ġdida kellha tinbena bl-istess flotta bħal dik tal-SNCM kif inhi llum, hija għandu jkollha kapitali proprji skont il-valur tax-xiri tal-bastimenti kollha u mhux skont il-valur tagħhom ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, approċċ bħal dan ma kkunsidrax l-assi kbar l-oħra bħas-sistema komputerizzata ta’ riżervazzjoni jew il-bini tal-uffiċċju prinċipali.

It-tieni metodu alternattiv, ibbażat fuq l-ispejjeż mħallsa mill-SNCM, jidher li huwa aktar adattat għall-Kummissjoni. Madankollu il-Kummissjoni tixtieq tirrevedi l-ammont ta’ EUR 41,7 miljun tat-telf li sar qabel, b’mod partikolari biex jiġi kkunsidrat ir-riżultat 2002 u tal-uniku telf relatat mas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika qabel l-1999.

(200)  Għandu jiġi osservat li l-espert indipendenti tal-Kummissjoni kkwantifika l-infiq reali tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002 għal […] fuq il-bażi tal-kontatibilità tal-SNCM.

(201)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (482/99, Ġabra 2002, p. I-4397, paragrafu 71).

(202)  Ara t-Tabella 2 ta’ din id-Deċiżjoni. Dan l-ammont jinkludi l-bejgħ tal-assi li sar bid-Deċiżjoni tal-2003, jiġifieri l-bejgħ tal-bastimenti Napoléon, Monte Rotondo u Liberté kif ukoll il-bejgħ tal-bini (kumpless ta’ bini Schuman u SCI Espace Schuman).

(203)  Ara l-punt 48 tal-linji gwida.

(204)  Ara l-Anness 1.

(205)  Għandu jiġi osservat li, fil-11 ta’ Diċembru 2007, sar konvenju għal Jean Nicoli bejn il-VT u xerrej terz għal trasferiment ta’ propjetà li sar f’April 2008.

(206)  Innotifikat lill-Kummissjoni b’ittra tat-23 ta’ Ġunju 2004.

(207)  Dan l-ammont jinkludi l-bejgħ tal-SCI Espace Schuman (EUR[…] miljun) li sar fl-24 ta’ Ġunju 2003, iżda ma jinkludix id-dħul nett ta’ bejgħ negattiv relatat mal-bejgħ tal-bastiment Aliso (EUR[…] miljun) li sar fit-30 ta’ Settembru 2004.

(208)  Il-bastiment Asco, is-sehem f’Sudcargos u l-kumpless ta’ bini.

(209)  Il-Kummissjoni temmen li, fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-ħarsien tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-2003, wieħed għandu jikkunsidra l-prezzijiet iddikjarati, jiġifieri l-prezzijiet li jidhru fuq kull tip ta’ pubbliċità jew f’kull komunikazzjoni pubblika li l-SNCM tista’ tqassam. Din il-kundizzjoni ma tapplikax għall-prezzijiet tas-sistema ta’ reżervazzjoni komputerizzata tal-SNCM għax dawn it-tariffi huma, kemm għall-SNCM kif ukoll għall-kompetituri tagħha, soġġetti għal kwoti b’mod dinamiku mill-“yield management”. Il-konfigurazzjoni tas-sistemi ma tippermettix lil wieħed jinduna bid-disponibbiltà tat-tariffi speċjali tal-kompetituri tal-SNCM u, għalhekk, li jivverifika l-assenza ta’ price leadership fl-SNCM.

(210)  Fil-fatt jidher li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-SNCM qatt ma ddikjarat bejn id-9 ta’ Lulju 2003 u s-16 ta’ Marzu 2005 permezz tal-komunikazzjoni tagħha tal-kumpanija, bil-kampanji ta’ pubbliċità jew kwalunkwe dokument pubbliku, xi prezzijiet aktar baxxi minn dawk iddikjarati mill-kompetituri tagħha.

(211)  Dan l-ammont huwa id-differenza bejn il-ħtiġijiet netti ta’ fondi tal-SNCM (jiġifieri EUR 19,75 miljun) u d-dħul nett tal-bejgħ tal-assi li rriżulta mid-Deċiżjoni tal-2003 (jiġifieri EUR[…] miljun li jikkorrispondu għal bejgħ tal-bastiment Aliso u tal-ishma f’Southern Trader, Someca u Amadeus). Dan iwassal il-kontribuzzjoni f’kapital totali allokata mill-Istat lill-SNCM għal EUR 69,29 miljun.


ANNESS I

PARTI OPERATTIVA TAD-DEĊIŻJONI TAL-2003

Artikolu 1

L-għajnuna għar-ristrutturar li Franza qed tipprevedi li timplimenta favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) hija kumpatibbli mas-suq komuni, bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 2 sa 5.

Artikolu 2

L-SNCM għandha tastjeni ruħha, min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2006, milli tixtri bastimenti ġodda u milli tiffirma kuntratti ta’ bini, ta’ ordni jew ta’ kiri għal bastimenti ġodda jew irranġati mil-ġdid.

L-SNCM tista’, min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2006, topera l-11-il bastiment biss li diġà qegħdin fil-pussess tal-impriża SNCM, li huma: in-Napoléon Bonaparte, id-Danielle Casanova, l-Île de Beauté, il-Corse, il-Liamone, l-Aliso, il-Méditerranée, il-Pascal Paoli, il-Paglia Orba, il-Monte Cinto u il-Monte d’Oro.

Jekk l-SNCM jkollha tibdel, minħabba xi avvenimenti li huma indipendenti mill-volontà tagħha, wieħed mill-bastimenti tagħha qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni tkun tista’ tawtorizza dan it-tibdil fuq il-bażi ta’ notifika motivata kif dovut minn Franza.

Artikolu 3

Il-grupp SNCM għandu jbiegħ l-ishma kollha diretti u indiretti tiegħu fil-kumpaniji li ġejjin:

—

Amadeus France;

—

Il-Compagnie Corse Méditerranée;

—

Il-kumpanija tal-proprjetà Schuman;

—

Is-Société Méditerranéenne d’Investissements et de Participations;

—

Is-Someca.

Minflok tbiegħ l-ishma tagħha fis-Société Méditerranéenne d’Investissements et de Participations, l-SNCM tista’ tbiegħ l-uniċi assi ta’ din il-kumpanija, is-Southern Trader, u tagħlaq din is-sussidjarja.

Il-bejgħ jista’ jsir, bl-għażla tal-awtoritajiet Franċiżi, jew b’offerta pubblika ta’ bejgħ, jew b’sejħa għal proposti b’pubbliċità minn qabel li toffri żmien għal risposta ta’ għallinqas xahrejn.

Franza għandha tagħti lill-Kummissjoni l-provi tal-bejgħ kollu li sar. Jekk l-SNCM tirċievi numru żgħir ta’ offerti, hija ma tistax tinvoka dan il-fatt bħala raġuni biex ma jsirx il-bejgħ. Jekk ma jkunx hemm offerti u jekk Franza tkun tista’ tagħti evidenza li ttieħdu l-miżuri ta’ pubbliċità kollha meħtieġa, il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel inċiż tkun ikkunsidrata li ġiet sodisfatta.

Artikolu 4

Għar-rotot kollha lejn Korsika, l-SNCM għandha tastjeni ruħha, min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2006, milli jkollha politika tariffarja għat-tariffi ppubblikati, bl-għan li toffri prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri kollha tagħha għal destinazzjonijiet u servizzi ekwivalenti u għall-istess dati.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni kull meta ssib li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ma jiġux sodisfatti, u b’mod partikolari l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel paragrafu.

Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel paragrafu tiġi ssodisfata jekk kuljum l-orħos prezzijiet irriklamati mill-SNCM ikunu ogħla mill-orħos prezzijiet promozzjonali rriklamati minn kull kompetitur tagħha għal destinazzjonijiet u servizzi ekwivalenti.

Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel paragrafu ma tapplikax iżjed jekk il-prezzijiet tal-imsemmija kompetituri jaqbżu t-tariffi tal-SNCM li kienu fis-seħħ fis-sena ta’ referenza 1996, ikkoreġuti skont l-inflazzjoni.

Qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-elementi kollha meħtieġa biex turi li din il-kundizzjoni tkun ġiet issodisfata fis-sena kalendarja ta’ qabel fir-rigward tal-vjaġġi kollha minn u lejn Korsika.

Artikolu 5

Skont l-impenji li daħlu għalihom l-awtoritajiet Franċiżi fil-pjan għar-ristrutturar, in-numru fis-sena ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ bastimenti fuq id-diversi rotot tal-baħar minn u lejn Korsika huwa sal-31 ta’ Diċembru 2006 limitat għal-livelli indikati fit-Tabella 3 ta’ din id-Deċiżjoni (1), ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali li SNCM mhijiex reponsabbli għalihom iżda li jobbligawha tittrasferixxi vjaġġi bir-ritorn lejn portijiet oħra, u ħlief għal kull tibdil li jsir fl-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpannija.

Artikolu 6

Franza hija awtorizzata li tikkapitalizza mill-ġdid lill-SNCM permezz tal-ewwel ħlas ta’ EUR 66 miljun mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata.

Sal-aħħar tal-perijodu tar-ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fuq talba tal-awtoritajiet Franċiżi, li tawtorizza t-tieni ħlas lill-SNCM li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-EUR 10 miljun li jibqa’ u d-dħul mill-bejgħ meħtieġ fl-Artikolu 3, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-artikolu.

Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-azzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 3 ikunu twettqu, id-dħul mill-bejgħ ma jaqbiżx EUR 10 miljun u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2, 4 u 5 jiġu sodisfatti, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tiftaħ, fejn xieraq, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għan-nuqqas ta’ ħarsien ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet. Jekk dan ma jseħħx, it-tieni parti tal-għajnuna m’għandhiex titħallas.

Artikolu 7

Fi żmien sitt xhur mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata, Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li tkun ħadet sabiex tikkonforma magħha.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.


(1)  Ara l-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.


ANNESS II

TABELLA 3 TAD-DEĊIŻJONI TAL-2003

Żviluppi fl-offerta tal-SNCM

 

Numru ta’ vjaġġi

Postijiet offruti

Metri lineari offruti

2001

> 2003

2001

> 2003

2001

> 2003

Marsilja-Korsika

1 881

(…)

1 723 050

(…)

1 469 000

(…)

Toulon-Korsika

187

(…)

303 650

(…)

0

(…)

Golf ta’ Ġenova

1 768

(…)

1 708 700

(…)

0

(…)

Sub-Totali Ewropa

3 836

3 067

3 735 400

2 357 500

1 469 000

(…)

Magreb

302

372

444 000

635 000

0

0

Total

4 138

3 439

4 179 400

2 992 500

1 469 000

[…]