Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0048 - 0049
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XVIII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1]. (2) Id-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tal-ħaddiema fl-eventwalità tal-falliment ta' min iħaddimhom [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 24 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE) fl-Anness XVIII mal-Ftehim: "- 32002 L 0074: Id-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 270, tat-8.10.2002, p. 10)" . Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2002/74/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 32. [2] ĠU L 270, tal-10.8.1999, p. 10. [3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------