4.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1750

tat-28 ta’ Settembru 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/440 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/440 (1) dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“Il-Ftehim dwar is-Sajd”).

(2)

Fl-4 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/441 (2) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2019/440 jalloka opportunitajiet tas-sajd, fost l-oħrajn, fil-kategorija 6 (is-sajd industrijali għall-ispeċijiet pelaġiċi) lill-Istati Membri, inkluż ir-Renju Unit.

(4)

Skont il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), mill-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit m’għadux Stat Membru tal-Unjoni. Il-perijodu ta’ tranżizzjoni previst f’dak il-Ftehim dwar il-Ħruġ intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk, ir-Renju Unit ma kienx għadu intitolat li juża dawk l-opportunitajiet tas-sajd lil hinn minn dik id-data u jenħtieġ li dawn jiġu allokati mill-ġdid lill-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5)

Jenħtieġ li din ir-riallokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd tkun trasparenti u proporzjonali għall-allokazzjoni tal-kwota oriġinali.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/440 jiġi emendat skont dan.

(7)

Minħabba l-impatt tiegħu fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati ma ntużawx mir-Renju Unit u huma miżjuda għall-Istati Membri kkonċernati.

(8)

Filwaqt li titqies l-urġenza marbuta mal-applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/440, il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti bis-saħħa tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija tas-sajd

Tip ta’ bastiment

Stat Membru

Liċenzji jew kwota

1.

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana, speċijiet pelaġiċi

Bastimenti tas-sajd bit-tartaruni < 150 tunnellaġġ gross (TG)

Spanja

22

2.

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ < 40 TG

Spanja

25

Il-Portugall

7

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ ≥ 40 TG < 150 TG

Il-Portugall

3

3.

Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar

Qasba u xlief < 150 TG kull bastiment

Total ≤ 800 TG

Spanja

10

4.

Sajd tal-qiegħ

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ ≤ 150 TG

Spanja

7

Il-Portugall

4

Bastimenti tat-tkarkir ≤ 750 TG

Total ≤ 3 000 TG

Spanja

5

L-Italja

0

5.

Sajd għat-tonn

Bastimenti bil-qasab u x-xlief

Spanja

23

Franza

4

6.

Sajd industrijali għall-ispeċijiet pelaġiċi

85 000 tunnellata (t) fl-2019

90 000 t fl-2020

100 000 t kull sena fl-2021 u fl-2022

Distribuzzjoni tal-bastimenti awtorizzati li jistadu:

 

10 bastimenti ≥ 3 000 TG u < 7 765 TG

 

4 bastimenti ≥ 150 TG u < 3 000 TG

 

4 bastimenti < 150 TG

2019: 85 000 t

 

Il-Ġermanja

6 871,2 t

Il-Litwanja

21 986,3 t

Il-Latvja

12 367,5 t

In-Netherlands

26 102,4 t

L-Irlanda

3 099,3 t

Il-Polonja

4 807,8 t

Ir-Renju Unit

4 807,8 t

Spanja

496,2 t

Il-Portugall

1 652,2 t

Franza

2 809,3 t

 

2020: 90 000 t

 

Il-Ġermanja

7 275,4 t

Il-Litwanja

23 279,6 t

Il-Latvja

13 095,0 t

In-Netherlands

27 637,9 t

L-Irlanda

3 281,6 t

Il-Polonja

5 090,6 t

Ir-Renju Unit

5 090,6 t

Spanja

525,4 t

Il-Portugall

1 749,4 t

Franza

2 974,5 t

 

2021 u 2022: 100 000 t kull sena

 

Il-Ġermanja

8 568,4 t

Il-Litwanja

27 417,0 t

Il-Latvja

15 422,3 t

In-Netherlands

32 549,8 t

L-Irlanda

3 864,9 t

Il-Polonja

5 995,4 t

Spanja

618,8 t

Il-Portugall

2 060,3 t

Franza

3 503,1 t”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KUSTEC


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/441 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu u tal-Iskambju ta’ Ittri li jakkumpanja l-Ftehim (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 4).

(3)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.