|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2121 |
9.4.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' April 2025
li tistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-reġistrazzjoni internazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(C/2025/2121)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2019/1753, f’Ottubru u f’Novembru 2024, l-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni 20 talba għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti (“DOP”), tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“IĠP”) u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“IĠ”) skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li joriġinaw fit-territorju tagħhom u li huma protetti skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, abbażi tat-talbiet rispettivi ta’ dawk l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi lista għal dawk id-DOP, l-IĠP u l-IĠ mitluba. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini fir-rigward ta’ ismijiet protetti f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 bħala DOP għall-inbid u għall-prodotti agrikoli, u applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali bħala indikazzjonijiet ġeografiċi fir-rigward ta’ ismijiet protetti f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 bħala IĠP għall-inbid u għall-prodotti agrikoli jew bħala IĠ għal xorb spirituż. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità għal prodotti agrikoli, inbid u xorb spirituż, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Lista ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti (DOP), Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP) u Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1143, protetti skont id-dritt tal-Unjoni, li għalihom il-Kummissjoni għandha tippreżenta applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali tagħhom hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2025.
Għall-Kummissjoni
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 271, 24.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1753/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ANNESS
Lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143 (denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi) li jridu jiġu ppreżentati bħala applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1753
Prodotti agrikoli
Il-Ġermanja:
|
— |
Lübecker Marzipan (IĠP) |
|
— |
Nürnberger Bratwürste / Nürnberger Rostbratwürste (IĠP) |
|
— |
Oktoberfestbier (IĠP) |
|
— |
Franza: |
|
— |
Bleu du Vercors-Sassenage (DOP) |
|
— |
Châtaigne d'Ardèche (DOP) |
|
— |
Chevrotin (DOP) |
|
— |
Pomme du Limousin (DOP) |
|
— |
Noix du Périgord (DOP) |
|
— |
Tome des Bauges (DOP) |
|
— |
Volailles d’Ancenis (IĠP) |
|
— |
Volailles du Gers (IĠP) |
Inbid
Franza:
|
— |
Beaumes de Venise (DOP) |
|
— |
Duché d'Uzès (DOP) |
|
— |
Grignan-les-Adhémar (DOP) |
|
— |
Vinsobres (DOP) |
|
— |
Viré-Clessé (DOP) |
|
— |
Périgord (IĠP) |
|
— |
Saint-Guilhem-le-Désert (IĠP) |
L-Italja:
|
— |
Vigneti delle Dolomiti / Weinberg Dolomiten (IĠP) |
Xorb spirituż
L-Italja:
|
— |
Liquore di limone di Sorrento (IĠ) |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2121/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)