|
5.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 300/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9490 — VWFS/TÜV SÜD AS/FC/CarMob)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 300/08)
1.
Fid-29 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Volkswagen Financial Services AG (“VWFS”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Volkswagen AG (“Volkswagen”, il-Ġermanja), |
|
— |
TÜV SÜD Auto Service GmbH (“TÜV SÜD AS”, il-Ġermanja), ikkontrollata mit-TÜV SÜD AG (il-Ġermanja), |
|
— |
FleetCompany GmbH (“FC”, il-Ġermanja), ikkontrollata mit-TÜV SÜD AS, |
|
— |
Carmobility GmbH (“CarMob”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-VWFS. |
VWFS u TÜV SÜD AS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ FC u CarMob kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— VWFS: hija sussidjarja diretta proprjetà kollha kemm tal-Volkswagen u toffri lill-bejjiegħa tal-karozzi u lill-konsumaturi, finanzjament, kiri, negozju bankarju u tal-assigurazzjoni, u soluzzjonijiet ta’ mobilità. Hija tipprovdi soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-flotta tal-karozzi esklussivament permezz tas-sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm tagħha, il-Carmobility GmbH.
— TÜV SÜD AS: hija fornitur ta’ servizzi tekniċi, b’mod partikolari ta’ servizzi ta’ spezzjonijiet u ċertifikazzjoni ta’ prodotti.
— FC: hija fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ flotta ta’ karozzi ta’ kwalunkwe ditta lil klijenti kummerċjali u hija attiva f’aktar minn 50 pajjiż.
— CarMob: hija fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-flotta ta’ karozzi ta’ kwalunkwe ditta lil klijenti kummerċjali biss fil-Ġermanja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9490 — VWFS/TÜV SÜD AS/FC/CarMob
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).