<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-326/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0326</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:83">EU:C:2018:83</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180221">21.2.2018</DATE> – Kawża C‑326/16 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">LL vs Il-Parlament</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-preżentata tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Komputazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ex membru tal-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni dwar l-irkupru tal-allowance ta’ assistenza parlamentari</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 72</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ lment fi ħdan il-Parlament</KEYWORD><KEYWORD>Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju</KEYWORD><KEYWORD>Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑326/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fid-<DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">LL</HT>, irrappreżentat minn J. Petrulionis, advokatas,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn G. Corstens u S. Toliušis, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, E. Levits, A. Borg Barthet, M. Berger (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant, LL, ex membru tal-Parlament Ewropew, jitlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-<DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, LL vs Il-Parlament (T‑615/15, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:432">EU:T:2016:432</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu din tal-aħħar ċaħdet bħala manifestament inammissibbli, minħabba tardività, ir-rikors tiegħu intiż, b’mod partikolari, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tas-<DATE ISO="20140417">17 ta’ April 2014</DATE>, dwar l-irkupru ta’ allowance ta’ assisstenza parlamentari mħallsa lill-appellant matul il-mandat parlamentari tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad‑<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE> dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, C 159, p. 1</REF.DOC.OJ>), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ wara l-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 283, p. 9</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 68(1) tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Irkupru ta’ ħlasijiet indebiti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kwalunkwe somma li titħallas b’mod indebitu skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandha tiġi rkuprata. Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħti istruzzjonijiet bil-għan li jiġu rkuprati dawn l-ammonti mill-Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tal-Miżuri ta’ Implementazzjoni tal-Istatut, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ilmenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="072.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Membru li jidhirlu li dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni ma ġewx applikati sew mis-servizz kompetenti fir-rigward tiegħu jista’ jagħmel ilment bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali.</ALINEA><ALINEA>Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar l-ilment għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk Membru ma jaqbilx mad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, fi żmien xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, jista’ jitlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Kwesturi, li jieħdu deċiżjoni wara konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk parti għall-proċedura tal-ilment ma taqbilx mad-deċiżjoni adottata mill-Kwesturi, din tista’, fi żmien xahrejn wara n-notifika dwar dik id-deċiżjoni, titlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Bureau li jieħu d-deċiżjoni finali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal suċċessur legali tal-Membru kif ukoll għal dawk li kienu Membri u s-suċċessuri legali tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-appellant serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew mill-1 ta’ Mejju sad-<DATE ISO="20040719">19 ta’ Lulju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li tikkonstata li allowance ta’ assistenza parlamentari tal-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">37728</FT> kienet tħallset indebitament lill-appellant, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament adotta, fis-<DATE ISO="20140417">17 ta’ April 2014</DATE>, id-deċiżjoni kontenzjuża dwar l-irkupru ta’ dan l-ammont. Fit‑<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, din id-deċiżjoni kif ukoll in-nota ta’ debitu tal-<DATE ISO="20140505">5 ta’ Mejju 2014</DATE>, li kienu jagħtu d-dettalji tal-irkupru, ġew innotifikati lill-appellant.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Peress li ma kienx jaqbel mad-deċiżjoni kontenzjuża, l-appellant għamel talba, konformement mal-Artikolu 72(2) miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut, lill-kwesturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-appellant ġie informat biċ-ċaħda tal-ilment tiegħu permezz ta’ ittra tal-kwesturi, tat-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201D" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>deċiżjoni tal-Kwesturi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) li tagħha indika li ħa konoxxenza l-jum ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150202">2 ta’ Frar 2015</DATE>, l-appellant ippreżenta, skont l-Artikolu 72(3) tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut, ilment quddiem il-Bureau tal-Parlament kontra d-deċiżjoni tal-kwesturi u kontra d-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Bureau tal-Parlament ċaħad l-ilment tal-appellant permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>deċiżjoni tal-Bureau<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-Parlament, din id-deċiżjoni ntbagħtet permezz ta’ ittra rreġistrata fit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE> fl-indirizz indikat mill-appellant fl-ilment tiegħu quddiem il-Bureau. Wara terminu ta’ ħażna ta’ ħmistax‑il jum, din l-ittra ntbagħtet lura mill-posta Belġjana mingħajr ma nġabret mill-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-appellant irċieva posta elettronika minn uffiċjal tal-Parlament li magħha kien hemm anness, fost oħrajn, id-deċiżjoni tal-Bureau.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, l-appellant beda azzjoni intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża kif ukoll tan-nota ta’ debitu tal-<DATE ISO="20140505">5 ta’ Mejju 2014</DATE> u għall-kundanna tal-Parlament għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, l-appellant essenzjalment invoka żewġ motivi bbażati, l-ewwel nett, fuq in-natura illegali u infondata tad-deċiżjoni kontenzjuża, tad-deċiżjoni tal-kwesturi, tad-deċiżjoni tal-Bureau u tan-nota ta’ debitu kif ukoll, it-tieni nett, fuq in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ preskrizzjoni u tal-prinċipji ta’ terminu raġonevoli, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża kif ukoll tan-nota ta’ debitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali tfakkar li, skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn, skont il-każ, mill-pubblikazzjoni tal-att ikkontestat, jew minn meta dan jiġi nnotifikat lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata minn meta r-rikorrent ikun sar jaf bih. Wara li enfasizzat li dan it-terminu għall-preżentata tar-rikors huwa kwistjoni ta’ ordni pubbliku, hija kkonstatat, fil-punti 7 u 8 tad-digriet appellat, li l-atti kkontestati kienu ġew adottati fis-17 ta’ April u fil-5 ta’ Mejju rispettivament u ġew innotifikati lill-appellant fit-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, filwaqt li r-rikors kien ġie ppreżentat iktar minn 17-il xahar wara din id-data tal-aħħar, mingħajr ma l-appellant invoka l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet ir-rikors bħala manifestament inammissibbli minħabba tardività.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant jitolb li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat u</P></ITEM><ITEM><P>tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-finijiet ta’ eżami mill-ġdid.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala manifestament infondat u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż relatati mal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji. Permezz tal-ewwel aggravju, huwa jinvoka eżami insuffiċjenti tal-proċess mill-Qorti Ġenerali kif ukoll żball ta’ liġi li jikkonċerna l-applikazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut. Permezz tat-tieni aggravju, huwa jqis li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, permezz tar-raba’ aggravju, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, bi ksur tal-Artikolu 133 u tal-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li l-appellant ibati l-ispejjeż tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju jinqasam f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, l-appellant essenzjalment jilmenta li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx b’mod eżawrjenti l-provi kollha prodotti insostenn tar-rikors, inkwantu naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-appellant kien beda l-proċedura ta’ lment prevista fl-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravu, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali kisret id-dispożizzjonijiet tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut, inkwantu mid-digriet appellat jirriżulta, b’mod impliċitu, li l-fatt li tiġi invokata l-proċedura ta’ lment prevista f’dan l-Artikolu 72 ma għandux effett fuq il-kalkolu tat-terminu għall-preżentata tar-rikors imsemmi fl-Atikolu 263, minkejja li, skont l-appellant, din il-proċedura tikkostitwixxi proċedura prekontenzjuża obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni, b’mod partikolari, li l-proċedura inkwistjoni, bil-kontra tal-ilment previst fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, hija ta’ natura fakultattiva. Barra minn hekk, il-Parlament isostni li ladarba l-appellant għażel li jibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut, huwa ma kienx għad għandu l-possibbiltà li jippreżenta azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni kontenzjuża, iżda kien obbligat jistenna l-eżitu tal-proċedura ta’ lment u, jekk ikun il-każ, jikkontesta d-deċiżjoni tal-Bureau.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-komputazzjoni tat-terminu għall-preżentata tar-rikors, il-Parlament jirrileva li l-appellant jitlob, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll fl-appell tiegħu, l-annullament mhux tad-deċiżjoni tal-Bureau, iżda dik tad-deċiżjoni kontenzjuża u tan-nota ta’ debitu. Minn dan jiddeduċi li, sa fejn it-terminu għall-preżentata tar-rikors fis-sens tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ikkalkolat mill-jum tan-notifika tad-deċiżjoni kontenzjuża u tan-nota ta’ debitu, kien għadda b’iktar minn 17-il xahar, il-Qorti Ġenerali kienet obbligata tiċħad ir-rikors bħala tardiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-ewwel aggravju, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, hija bbażata fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut, sa fejn id-digriet appellat jimplika li l-fatt li nbdiet il-proċedura prevista f’dan l-Artikolu 72 ma għandux effett fuq il-kalkolu tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors skont l-ewwel dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-proċedura ta’ lment imsemmija fl-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut, għandu jiġi kkonstatat qabel kollox li mill-kliem stess ta’ dan l-artikolu jirriżulta li l-proċedura msemmija fih għandha natura fakultattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li rimedju amministrattiv, kemm jekk ikun obbligatorju jew fakultattiv, għandu l-għan li jippermetti u li jippromwovi soluzzjoni bonarja għat-tilwima li tkun qamet bejn il-parti kkonċernata u l-amministrazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860123">23 ta’ Jannar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Rasmussen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>173/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:29">EU:C:1986:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860507">7 ta’ Mejju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Rihoux <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>52/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:199">EU:C:1986:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) sabiex tiġi evitata kawża, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punti 35 u 36 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li n-natura fakultattiva jew obbligatorja ta’ rimedju amministrattiv ma għandhiex effett fuq il-fatt li proċedura amminstrattiva preliminari tikkostitwixxi rimedju prekontenzjuż. Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali indika fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, għal dak li jirrigwarda l-argument imressaq mill-Parlament ibbażat fuq l-assenza ta’ terminu għar-risposta impost fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament b’differenza mill-eżistenza ta’ tali terminu fil-każ ta’ lment taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dan it-terminu tal-aħħar jikkostitwixxi garanzija neċessarja fil-każ ta’ azzjoni amministrattiva obbligatorja sabiex jiġi evitat id-dewmien, jew saħansitra l-impossibbiltà għall-persuna ikkonċernata li tibda azzjoni ġudizzjara wara nuqqas min-naħa tal-amministrazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-assenza ta’ tali terminu fil-kuntest ta’ proċedura amminstrattiva li hija ta’ natura fakultattiva ma tistax tillimita l-aċċess għall-qrati, peress li l-persuna kkonċernata tista’, f’kull mument, tirrinunzja li tkompli din il-proċedura amministrattiva preliminari u tibda azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-proċedura ta’ lment tkun imċaħħda mill-effett utli tagħha kieku l-Membru tal-Parlament Ewropew ikollu jibda, wara li jkun uża din il-possibbiltà għall-finijiet ta’ soluzzjoni bonarja, azzjoni ġudizzjarja qabel tmiem din il-proċedura amministrativa sabiex josserva t-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta kkonstatat it-tardività tar-rikors mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-proċedura ta’ lment mibdija mill-appellant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, mingħajr ma hemm bżonn tingħata deċiżjoni dwar l-ewwel parti ta’ dan l-aggravju jew dwar l-aggravji l-oħra, l-ewwel aggravju għandu jiġi milqugħ u d-digriet appellat għandu jiġi annullat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konformement mat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar tista’ fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tiddeċiedi hija stess definittivament il-kawża meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan l-istadju tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, li jinvolvi l-eżami ta’ kwistjonijiet ta’ fatt abbażi ta’ provi li ma ġewx evalwati mill-Qorti Ġenerali u lanqas ġew argumentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-provi neċessarji sabiex tiddeċiedi definittament dwar l-ammissibbiltà tal-imsemmi rikors kontra d-deċiżjoni kontenzjuża (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Woonpunt <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:100">EU:C:2014:100</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-komputazzjoni tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors, fil-każ ineżami l-Parlament qies li jekk Membru tal-Parlament Ewropew jagħżel il-proċedura ta’ lment fis-sens tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut sabiex jikkontesta deċiżjoni, huwa ma jkunx għadu jista’ jibda azzjoni ġudizzjarja konta din id-deċiżjoni, iżda għandu jattakka d-deċiżjoni tal-Bureau li tiċħad l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 26 tas-sentenza preżenti, in-natura fakultattiva jew obbligatorja ta’ rimedju amministrattiv la għandha effett fuq il-fatt li proċedura amministrattiva preliminari tikkostitwixxi rimedju prekontenzjuż u lanqas fuq id-dritt tal-persuna kkonċernata li tibda, fi kwalunkwe mument, azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jitqies, b’mod partikolari, fid-dawl tad-dritt għal rimedju ġudizzjarja effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewoprea, li l-fatt li tinbeda proċedura ta’ lment fis-sens tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut jippreġudika d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kuntest tal-proċedura ta’ lment imsemmija fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, li l-ilment amministrattiv u ċ-ċaħda tiegħu, espliċita jew impliċita, jagħmlu parti integrali minn proċedura kumplessa. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-azzjoni ġudizzjarja, anki jekk tkun formalment ippreżentata kontra ċ-ċaħda tal-ilment, għandha l-effett li tadixxi l-Qorti tal-Ġustizzja bl-att li jikkawża preġudizzju u li kontrih ikun ġie ppreżentat l-ilment (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890117">17 ta’ Jannar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Vainker vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>293/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:8">EU:C:1989:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, rigward l-imsemmi Regoli, li r-rikors huwa ammissibbli, kemm jekk ikun ippreżentat kontra d-deċiżjoni li kontra tagħha jkun sar l-ilment biss, kemm kontra d-deċiżjoni li tiċħad dan l-ilment u kemm jekk kontra dawn iż-żewġ deċiżjonijiet flimkien, bil-kundizzjoni li dan l-ilment u r-rikors kienu ppreżentati fit-termini previsti fl-imsemmija artikoli (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890126">26 ta’ Jannar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Koutchoumoff vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>224/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:38">EU:C:1989:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890310">10 ta’ Marzu 1989</DATE>, <NAME.CASE>Del Plato vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>126/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:115">EU:C:1989:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-prinċipju ta’ ekonomija tal-ġudizzju, il-qorti tista’ tiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni speċifikament dwar it-talbiet kontra d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment jekk tikkonstata li dawn huma nieqsa minn kontenut indipendenti u jingħaqdu, fil-fatt, ma’ dawk it-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni li kontriha jkun sar l-ilment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890117">17 ta’ Jannar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Vainker vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>293/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:8">EU:C:1989:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan jista’, b’mod partikolari, ikun il-każ meta l-qorti tikkonstata li d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, inkluż meta din id-deċiżjoni tkun impliċita, tkun purament konfermatorja tad-deċiżjoni li kontra tagħha jkun sar l-ilment u li, għalhekk, l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad dan l-ilment ma jkollu ebda effett, fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-persuna kkonċernata, distint minn dak li jirriżulta mill-annullament tad-deċiżjoni li kontra tagħha jkun sar l-istess ilment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw fil-kuntest tal-proċedura ta’ lment prevista għall-benefiċċju tal-Membri tal-Parlament Ewropew bis-saħħa tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, b’mod żbaljat, ir-rikors ta’ LL bħala manifestament inammissibbli minħabba tardività, billi qieset li d-deċiżjoni kontenzjuża, u mhux id-deċiżjoni tal-Bureau, bħala l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, hekk kif jirriżulta mill-informazzjoni mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, matul is-seduta, l-appellant ġie informat b’mod sommarju biss dwar iċ-ċaħda tal-ilmenti tiegħu mid-deċiżjoni tal-Kwesturi u d-deċiżjoni tal-Bureau, u dawn id-deċiżjonijiet, li huma purament konfermatorji tad-deċiżjoni kontenzjuża, ma jbiddlux is-sitwazzjoni legali tiegħu fir-rigward tas-sitwazzjoni legali li tirriżulta mid-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, b’kont meħud tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 34 u 35 tas-sentenza preżenti, għandu jiġi kkonstatat li t-terminu għall-preżentata tar-rikors għal annullament ma bediex jiddekorri, fir-rigward tal-appellant, ħlief mill-jum tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bureau li temmet il-proċedura ta’ lment imsemmija fl-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe kaz, mir-rikors promotur ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali jirriżulta li l-appellant irrefera wkoll għad-deċiżjonijiet tal-kwesturi u tal-Bureau.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna, fit-tieni lok, in-notifika tad-deċiżjoni tal-Bureau, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE, id-deċiżjonijiet li jispeċifikaw id-destinatarju tagħhom għandhom jiġu nnotifikati lilu u jidħlu fis-seħħ minn din in-notifika, mingħajr ma din id-dispożizzjoni tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>notifika<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali indika fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi prinċipju ta’ ċertezza legali li minnu jirriżulta li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn att amministrattiv individwali ma jistgħux jiġu invokati fil-konfront tad-destinatarju tiegħu sakemm dan l-att ma jkunx ġie mgħarraf lil dan id-destinatarju debitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tieni nett, mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li r-rikors għal annullament għandu jitressaq fi żmien xahrejn li, għall-att li għandu jiġi nnotifikat, jiddekorru min-notifika tiegħu lir-rikorrent jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata meta r-rikorrent ikun sar jaf bih. Bħat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>notifika<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma huwiex iddefinit f’din id-dispożizzjoni. Konformement mal-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dan it-terminu għandu jiżdied darba, b’terminu ta’ għaxart ijiem, għal raġuni ta’ distanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna r-regolarità tan-notifika tal-atti tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li deċiżjoni hija debitament innotifikata, skont is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263(2) u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE, meta tiġi kkomunikata lid-destinatarju tagħha u meta dan jitqiegħed f’pożizzjoni li jsir jaf biha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890713">13 ta’ Lulju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Olbrechts vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>58/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:323">EU:C:1989:323</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Page Protective Services vs SEAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑501/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2259">EU:C:2014:2259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li hija l-parti li tinvoka t-tardività ta’ rikors li għandha tipprova minn liema jum it-terminu għall-preżentata ta’ dan ir-rikors beda jiddekorri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800605">5 ta’ Ġunju 1980</DATE>, <NAME.CASE>Belfiore vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>108/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:146">EU:C:1980:146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-Parlament jafferma li l-appellant ġie informat bid-deċiżjoni tal-Bureau permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>, mibgħuta bil-posta rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta, li għaliha s-servizzi postali Belġjani ħallew avviż ta’ attentat ta’ kunsinna, fit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>. Fil-fehma tal-Parlament, skont ir-regoli nazzjonali fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-posta, din l-ittra għandha titqies bħala li ġiet debitament innotifikata lid-destinatarju tagħha fid-data tal-iskadenza tat-terminu normali ta’ ħażna ta’ ħmistax-il jum, applikat mill-posta Belġjana, peress li l-appellant ma ġabarx l-imsemmija ittra f’dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa paċifiku li l-appellant ma rċeviex l-ittra inkwistjoni peress li din intbagħtet lura lil min bagħtha mingħajr ma nġabret mill-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, minbarra l-indirizz postali tiegħu, l-appellant indika, fl-ilment tiegħu, l-indirizz tal-posta elettroniku tiegħu li fih irċieva, fl-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, posta elettronika minn uffiċjal tal-Parlament, li magħha kienet annessa, fost oħrajn, id-deċiżjoni tal-Bureau. L-appellant iddikkjara li rċieva din il-posta elettronika mingħajr dewmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Parlament kien żbaljat meta sostna li fil-każ ineżami n-notifika saret biss billi ntbagħtet l-ittra rreġistrata, minkejja li din l-ittra ma nġabritx fit-terminu mogħti mis-servizzi postali Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-fatt invokat mill-Parlament li l-ittra inkwistjoni ntbagħtet fl-indirizz Belġjan indikat fl-ilment tal-appellant huwa irrilevanti bħalma huwa dak li l-appellant la informa lill-Parlament li huwa mar jgħix fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu u lanqas ma għamel mezz biex il-posta tiegħu tmur fl-indirizz il-ġdid, u dan iktar u iktar peress li, anki jekk jiġi preżunt li jeżisti obbligu li wieħed jikkomunika l-imsemmija bidla ta’ indirizz, il-konsegwenzi legali marbuta man-nuqqas li jsir dan ma humiex iddefiniti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kawża preżenti, għandu jitqies li l-Parlament innotifika wkoll id-deċiżjoni kontenzjuża permezz tal-posta elettronika tal-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, b’tali mod li t-terminu ta’ xahrejn u għaxart ijiem ma setax jibda jiddekorri fir-rigward tal-appellant ħlief fil-jum li fih sar jaf b’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-Parlament ma jipproduċix provi li l-appellant sar jaf bid-deċiżjoni kontenzjuża qabel ma rċieva l-imsemmija posta elettronika, it-terminu ta’ xahrejn u għaxart ijiem ma bediex jiddekorri ħlief mill‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>. Konsegwentement, ir-rikors tal-ewwel istanza, ippreżentat fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, ma huwiex tardiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-kawża ġiet irrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali, hemm lok li l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri ta’ appell jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>LL vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑615/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:432">EU:T:2016:432</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>