Official Journal L 165 , 10/06/1998 P. 0030 - 0031
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 1998 li temenda id-Deċiżjoni 97/486/KE dwar it-tħejjija ta’ listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam ta’ kaċċa ferali (notifikata taħt dokument numru C(1998) 1375) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (98/369/KE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tħejjija, għal perjodu temproanju, ta’ listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiż terz li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti miss-sajd jew molluski bi-valvoli ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/34/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha, Billi listi proviżorji ta’ stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ta’ kaċċa ferali tħejjew bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/KE [3]; Billi il-Kanada, New Zealand, l-Istati Unita ta’ l-Amerika u l-Urugwaj bagħtu lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam ta’ kaċċa ferali u li għalihom, l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti huma skond ir-regoli tal-Komunità; Billi lista provviżorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ta’ kaċċa ferali tista’ għalhekk titħejja għall-Kanada, New Zealand, l-Istati Unita ta’ l-Amerika u l-Urugwaj; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/468/KE. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-10 ta’ Mejju 1998. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Mejju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. [2] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 33. [3] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 62. -------------------------------------------------- ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA País: CanadáLand: CanadaLand: KanadaΧώρα: KavaδάςCountry: CanadaPays: CanadaPaese: CanadaLand: CanadaPaís: CanadáMaa: KanadaLand: Kanada 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 54 | Alsask Beef Company Ltd | Edmonton | Alberta | PH | a | País: Nueva ZelandaLand: New ZealandLand: NeuseelandΧώρα: Nέα ZηλanδiaCountry: New ZealandPays: Nouvelle-ZélandePaese: Nuova ZelandaLand: Nieuw-ZeelandPaís: Nova ZelândiaMaa: Uusi-SeelantiLand: Nya Zeeland 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | PH 3 | Waitaki Biosciences International Ltd | Christchurch | Christchurch | PH-CS | a | PH 23 | Mair Venison Ltd | Rotorua | Rotorua | PH-CS | a | PH 26 | McFarlane Laboratories NZ Ltd | Avondale | Auckland | PH-CS | a | PH 58 | PPCS Mossburn | Mossburn | Mossburn | PH-CS | a | PH 83 | Venex Ltd | Wairoa | Wairoa | PH-CS | a | PH 206 | Mair Venison Ltd | Hokitika | West Coast | PH-CS | a | PH 248 | Glenalbany Holdings Ltd | Kaiapoi | Christchurch | PH-CS | a | PH 356 | Mountain Range Venison Ltd | Murupara | Murupara | PH-CS | a | PH 436 | BioProducts (New Zealand) Ltd | Mosgiel | Mosgiel | PH-CS | a | PH 469 | Pacifica Venison Ltd | Oxford | North Canterbury | PH-CS | a | País: USALand: USALand: USAΧώρα: HΠACountry: USAPays: USAPaese: USALand: USAPaís: USAMaa: USALand: USA 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 13517/P-13517 | Southern Wild Game/Intergame USA | Devine | Texas | PH | aT | País: URUGUAYLand: URUGUAYLand: URUGUAYΧώρα: URUGUAYCountry: URUGUAYPays: URUGUAYPaese: URUGUAYLand: URUGUAYPaís: URUGUAIMaa: URUGUAYLand: URUGUAY 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 58 | Frigorífico Casablanca SA (Fricasa) | Casa Blanca | Paysandú | PH | b | --------------------------------------------------