4.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 987/2010

tat-3 ta' Novembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Marrone della Valle di Susa (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet l-Italja biex tintroduċi fir-reġistru d-denominazzjoni “Marrone della Valle di Susa”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ma ntbagħtet l-ebda oġġeżżjoni lill-Kummissjoni, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 67, 18.3.2010, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Marrone della Valle di Susa (IĠP)