9.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10140 — EFMS/VFMF/FocusVision/Confirmit/Dapresy)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 46/04)

1.   

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn EQT AB;

—

Verdane Fund Manager Future AB (“VFMF”, l-Isvezja), ikkontrollata minn Verdane Advisors Holding AS;

—

Confirmit AS (“Confirmit”, in-Norveġja), ikkontrollata minn VFMF;

—

Dapresy AB (“Dapresy”, l-Isvezja), ikkontrollata minn Confirmit;

—

FocusVision Worldwide, Inc. (“FocusVision”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn EFMS.

EFMS u VFMF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Confirmit, Dapresy u FocusVision.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

EFMS: ġestjoni ta’ fond ta’ investiment li jappartjeni biss għal EQT AB, bil-kwartieri ġenerali fl-Isvezja. EFMS tikkontrolla l-EQT Mid Market US, fond ta’ investiment b’kapital impenjat ta’ madwar USD 688 miljun, li jfittex li jagħmel investimenti li jiffukaw fuq kumpaniji tas-suq medju fl-Amerika ta’ Fuq;

—

VFMF: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment ta’ ċerti fondi Verdane, li finalment huma proprjetà ta’ Verdane Advisors Holding AS, bil-kwartieri ġenerali fl-Isvezja. Il-fondi Verdane jinvestu f’kumpaniji attivi fis-setturi tal-internet tal-konsumatur, tas-software, tal-enerġija u tal-industrija avvanzata, b’enfasi fuq il-pajjiżi Nordiċi;

—

Confirmit: bejjiegħ globali għall-esperjenza tal-konsumatur b’diversi kanali, l-involviment tal-impjegati, u soluzzjonijiet ta’ riċerka tas-suq. Hija tiżviluppa wkoll sett ta’ għodod ta’ software għall-aġenziji tar-riċerka tas-suq u timijiet ta’ riċerka interni ta’ klijenti korporattivi. Bħalissa Confirmit hija kkontrollata mill-fondi Verdane ġestiti mill-VFMF;

—

Dapresy: tipprovdi software għall-applikazzjoni tal-intrapriża, b’mod aktar speċifiku software ta’ stħarriġ. Għandha għarfien espert globali fis-settur tar-riċerka tas-suq u l-forniment ta’ pjattaforma unifikata għall-klijenti tar-riċerka fis-suq. Dapresy bħalissa hija parti mill-grupp Confirmit;

—

FocusVision: tipprovdi soluzzjonijiet teknoloġiċi kwantitattivi u kwalitattivi għall-industrija tar-riċerka tas-suq. Focusvision hija kkontrollata indirettament minn EQT Mid Market US.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10140 — EFMS/VFMF/FocusVision/Confirmit/Dapresy

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.