26.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/59

tal-14 ta’ Jannar 2021

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2021)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-30 ta’ Awwissu 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2016/1634 (2), li taħtar lis-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Settembru 2016 sal-21 ta’ Awwissu 2017.

(3)

Il-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya ġie estiż regolarment, l-aktar reċentement sat-30 ta’ Settembru 2020 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/903 (3), li emendat ukoll id-Deċiżjoni 2013/233/PESK u estendiet id-durata ta’ EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(4)

Fil-11 ta’ Jannar 2021, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Frar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2021,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Natalina CEA hija b’dan maħtura bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) mill-1 ta’ Frar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2021.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2016/1634 tat-30 ta’ Awwissu 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 10).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/903 tal-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 32).