12004V301

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Sezzjoni 1 - Disposizzjonijiet komuni - Artikolu III-301

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0136 - 0136


Artikolu III-301

1. Meta l-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill ikun iddefinixxa approċċ komuni ta' l-Unjoni fis-sens ta' l-Artikolu I-48(5), il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni u l-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom fil-Kunsill.

2. Il-missjonijiet diplomatiċi ta' l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jikkoperaw u għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' l-approċċ komuni previst fil-paragrafu 1.

--------------------------------------------------