1989R3906 — MT — 02.01.2005 — 013.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3906/89

tat-18 ta' Diċembru 1989

dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

▼B

(ĠU L 375, 23.12.1989, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2698/90 tas-17 ta' settembru 1990

  L 257

1

21.9.1990

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3800/91 tat-23 ta' Diċembru 1991

  L 357

10

28.12.1991

 M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2334/92 tas-7 ta' Awissu 1992

  L 227

1

11.8.1992

 M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) nru 1764/93 tat-30 ta' Ġunju, 1993,

  L 162

1

3.7.1993

 M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL(KE) Nru 1366/95 tat-12 ta' Ġunju 1995

  L 133

1

17.6.1995

 M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 463/96 tal-11 ta' Marzu 1996

  L 65

3

15.3.1996

 M7

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 753/96 tat-22 ta' April 1996

  L 103

5

26.4.1996

 M8

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 1266/1999 Ta'l-21 ta' Ġunju 1999

  L 161

68

26.6.1999

 M9

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' diċembru 2000

  L 306

1

7.12.2000

 M10

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta' Diċembru 2001

  L 342

1

27.12.2001

►M11

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 807/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

36

16.5.2003

►M12

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 769/2004 tal-21 ta' April 2004

  L 123

1

27.4.2004

►M13

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2257/2004 ta' l-20 ta' Diċembru 2004

  L 153M

403

7.6.2006




▼B

▼M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3906/89

tat-18 ta' Diċembru 1989

dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

▼B



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha iddeċidew li jagħmlu sforz kombinat flimkien ma' ċerti pajjiżi terzi, sabiex jimplimentaw miżuri maħsuba biex jappoġġaw il-proċess tar-riforma ekonomika u soċjali li għaddejja fl-Ungerija and fil-Polonja;

Billi l-Komunità kkonkludiet Ftehimijiet dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika mar-Repubblika ta' l-Ungerija u mar-Repubblika tal-Poplu Pollakk;

Billi l-Komunità jrid ikollha l-mezzi meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tkun tista' timplimenta dawn il-miżuri;

Billi għandom jiġu ddeterminati l-oqsma fejn għandhom jittieħdu dawn il-miżuri;

Billi huwa meħtieġ li ssir stima ta' l-ammont tar-riżorsi finanzjarji mill-Komunità meħtieġa sabiex jitwettqu dawn il-miżuri fl-1990;

Billi l-implementazzjoni ta' dawn il-miżuri trid tgħin fil-kisba tal-għanijiet tal-Komunità u billi t-Trattat ma jipprovdix, għall-miżuri in kwistjoni, poteri għajr dawk ta' l-Artikolu 235,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

Il-Komunità għandha żżomm disponibbli għajnuna ekonomika lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant elenkati fl-Anness skond il-kriterji ta' dan ir-Regolament.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

1.  Il-għajnuna għandha tintuża primarjament sabiex tappoġġa l-proċess tar-riforma ►M1  fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1 ◄ , b'mod partikolari billi tiffinanzja proġetti immirati lejn ir-ristrutturazzjoni ekonomika jew billi tipparteċipa fil-finanzjament tagħhom.

Dawn il-proġetti jew miżuri ta' kooperazzjoni għandhom jiġu midħula għalihom b'mod partikolari fl-oqsma ta' l-agrikoltura, l-industrija, l-investiment, l-enerġija, it-taħriġ, il-protezzjoni ambjentali, il-kummerċ u s-servizzi; għandhom ikunu mmirati b'mod partikolari lejn is-settur privat f ►M1  tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1 ◄ .

▼M1

Din l-għajnuna tista tintuża wkoll biex tiġi pprovduta assistenza umanitarja.

▼B

2.  Għandhom jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-preferenzi u x-xewqat espressi mill-pajjiżi riċevituri interessati fil-għazla tal-miżuri li jridu jiġu ffinanzjati skond dan ir-Regolament.

▼M13

3.  Għal pajjiżi applikanti b’partnerships ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, fondi taħt il-programm PHARE għandhom jiffokaw fuq il-prijoritajiet ewlenin għall-adozzjoni ta’ l-acquis communautaire, jiġifieri t-tisħieħ tal-kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali ta’ l-Istati applikanti u l-investiment, ħlief għat-tipi ta’ investimenti ffinanzjati bi qbil mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju li jistabbilixxi strument għal politika strutturali għal qabel l-adeżjoni ( 2 ) u (KE) Nru. 1268/1999 dwar appoġġ mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni ( 3 ), sakemm il-kondizzjonijiet għal miżuri għall-iffinanzjar taħt iż-żewġ Regolamenti jintlaħqu. L-iffinanzjar mill-PHARE jista’ ukoll jiġi użat biex jiġu ffinanzjati miżuri fl-oqsma ta’ l-ambjent, it-trasport u l-iżvilupp agrikolu u rurali li jiffurmaw parti inċidentali iżda parti indispensabbli ta' programmi integrati ta' bini mill-ġdid ta’ l-industrija jew ta’ żvilupp reġjonali.

▼M13

4.  Assistenza tista’ tintuża biex tkopril-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li qed jirċeiveu taħt dan ir-Regolament f’koperazzjoni reġjonali, transkonfini, u fejn xieraq transnazzjonali u interreġjonali bejniethom u bejnhom u l-Istati Membri ta’ l-UE.

5.  Fejn meħtieġ, għajnuna tista’ tintuża biex tkopri l-parteċipazzjoni ta’ pajjiż li qed jirċeivi fi programmi reġjonali taħt strumenti oħra legali.

▼B

Artikolu 4

L-għajnuna għandha tingħata mill-Komunità, jew indipendentement jew fil-għamla ta' kofinanzjament ma' l-Istati Membri, mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, ma' pajjiżi terzi jew ma' korpi multilaterali jew mill-pajjiżi riċevituri nfushom.

Artikolu 5

Ġeneralment, il-għajnuna Komunitarja għandha tkun fil-għamla ta' għotjiet. Jistgħu jiġġeneraw fondi li jistgħu jintużaw sabiex jiffinanzjaw proġetti jew miżuri ta' kooperazzjoni.

Artikolu 6

1.  Il-għajnuna tista' tkopri n-nefqa fuq l-importazzjonijiet u n-nefqa lokali meħtieġa għat-twettiq tal-proġetti u tal-programmi.

It-taxxi, id-dazji u l-imposti u x-xiri ta' proprjetà għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju.

2.  L-ispejjeż tal-manutenzjoni u tal-ħidma jistgħu jkunu koperti bi programmi ta' taħriġ u ta' riċerka u bi proġetti oħra; madankollu, għal dawn ta' l-aħħar, dawn l-ispejjeż jistgħu ikunu koperti biss fl-istadju tal-bidu tat-twettiq u għandhom jonqsu kull ma jmur.

3.  Madankollu, f'każ ta' kofinanzjament, għandhom jitqiesu f'kull każ il-proċeduri li jiġu applikati mill-provvedituri l-oħra tal-kapital.

▼M12

Artikolu 7

1.  Parteċipazzjoni f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti għandha tkun miftuħa b'kondizzjonijiet ugwali għall-persuni naturali u ġuridiċi kollha mill-Istati Membri li jaqgħu taħt l-intenzjoni tat-Trattati, minn pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar assistenxa għall-Albanija, il-Bosnia-Herzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Maċedonja ( 4 ). L-awtoritaÌ kontraenti tista', f'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, tawtorizza l-parteċipazzjoni ta' persuni naturali u ġuridiċi minn pajjiżi terzi f'sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt u kuntratti.

2.  Il-provvisti għandhom, fl-intenzjoni tat-Trattati, joriġinaw fl-Istati Membri, fil-pajjiżi kandidati għal adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea jew f'pajjiżi li jibbenefikaw minn assistenza skond ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000. F'każijiet provati b'mod addattat u kkunsidrati b'mod individwali, l-awtoritaÌ kontraenti tista' tħassar dan l-obbligu.

▼B

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tamministra l-għajnuna billi tqis il-proċeduri ta' l-Artikolu 9. Il-linji-gwida ġenerali li japplikaw għall-għajnuna u għall-programmi bbażati fuq is-settur għandhom jiġu adottati skond din il-proċedura.

▼M13

Il-Kummissjoni tista’, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 5 ), tiddeċiedi li tafda funzjonijiet ta’ l-awtorità pubblika, u b’mod partikulari funzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-budget lill-korpi elenkati fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament. Il-korpi definiti fl-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 jistgħu jiġu fdati b’funzjonijiet ta’ awtorità pubblika jekk huma ta’ reputazzjoni internazzjonali magħrufa, konformi mas-sistemi ta’ tmexxija u kontroll magħrufa internazzjonalment, u huma kkontrollati minn awtorità pubblika.

▼M11

Artikolu 9

1.  Il-Kummisjoni għandha tkun assistita minn kumitat riferit bħala l-kumitat tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ekonomika fil-pajjiżi riferiti fl-Artikolu 1. Ossevatur mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jieħu sehem fil-proċedimenti tal-kumitat li jinteressaw lill-Bank.

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 6 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4 ( 7 ) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal sitt ġimgħat.

3.  Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

▼B

Artikolu 10

Mill-1990 il-Kummissjoni għandha tfassal rapport kull sena dwar l-implementazzjoni tal-ħidmiet ta' kooperazzjoni. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Socjali.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




L-ANNESS

▼M13

Il-Bulgarija

Il-Kroazja

Ir-Rumanija.



( 1 ) Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru 1989 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament (KE) Nru. 769/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1).

( 3 ) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87.

( 4 ) ĠU L 306, 07.12.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 13.12.01, p. 3).

( 5 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 7 ) ĠU L 7, tat-13.1.1999, p. 16.