European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/889

18.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/889

tal-15 ta’ Marzu 2024

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2866 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina l-proċeduri għat-twettiq tal-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika fis-servizz)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(9), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2866 (2) fiha żball fl-Artikolu 1(3)(b), fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom dak ir-regolament ma japplikax għal ċerti manifatturi. L-iżball jaffettwa s-sustanza tal-att.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2866 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2866,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/631/oj?locale=mt.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2866 tal-15 ta’ Diċembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina l-proċeduri għat-twettiq tal-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika fis-servizz) (ĠU L, 2023/2866, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2866/oj?locale=mt).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/889/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)