Official Journal L 247 , 05/09/1998 P. 0011 - 0012
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru, 1998 dwar Regolament tekniku komuni għal stazzjonijiet terrestri mobbli (MESs) għal networks tal-Komunikazzjonjiiet Personali bis-satellita (S-PCN) inklużi stazzjonijiet terrestri li jinżammu fl-idejn, għal S-PCN li jaħdmu fil-firxa ta' frekwenzi 1,6/2,4 taħt is-Servizz Mobbli tas-Satellita (MSS) (notifikata taħt dokument numru K (1998) 2375) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (98/533/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż tiegħu, Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li għalih huwa meħtieġ Regolament tekniku komuni, kif ukoll, id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu skond l-Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż; Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni; Billi l-proposta ġiet sottomessa lill-kumitat (ACTE), skond l-Artikolu 29(2); Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jkun adottat f'din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma’ l-opinjoni ta' l-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi Regolament tekniku komuni li jkopri Stazzjonijiet Terrestri Mobbli (MESs) għal networks tal-Komunikazzjonjiiet Personali bis-satellita (S-PCN) inklużi stazzjonijiet terrestri li jinżammu fl-idejn, għal S-PCN li jaħdmu fil-firxa ta' frekwenzi 1,6/2,4 taħt is-Servizz Mobbli tas-Satellita (MSS). Artikolu 2 1. Ir-Regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali imsemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-referenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness. 2. It-tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali imsemmija fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [2] u 89/336/KEE [3]. Artikolu 3 Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jkun użat l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-3 ta' Settembru, 1998. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1. [2] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [3] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni huwa: Networks tal-Komunikazzjonjiiet Personali bis-satellita (S-PCN); Stazzjonijiet Terrestri Mobbli (MESs), inklużi stazzjonijiet terrestri li jinżammu fl-idejn, għal S-PCN li jaħdmu fil-firxa ta' frekwenzi 1,6/2,4 taħt is-Servizz Mobbli tas-Satellita (MSS) Ħtiġiet essenzjali għat-terminali ETSI Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni Segretarjat ta' ETSI TBR 41 — Frar1998 (eskluża d-daħla) Tagħrif addizzjonali: L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1]. L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq ġie prodott skond mandat maħruġ fi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE. It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels | jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista' tinstab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be. [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. --------------------------------------------------