31996D0031

Official Journal L 009 , 12/01/1996 P. 0006 - 0008

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Diċembru 1995

li temenda d-Deċiżjonijiet 93/387/KEE, 93/436/KEE, 93/437/KEE, 93/494/KEE, 93/495/KEE, 94/198/KE, 94/200/KE, 94/269/KE, 94/323/KE, 94/324/KE, 94/325/KE, 94/448/KE, 94/766/KE, 94/777/KE u 94/778/KE li tiffissa l-rekwiżiti speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(96/31/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tas-sajd (1), kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi l-Komunità adottat serje ta’ Deċiżjonijiet li jiffissaw il-ħtiġijiet li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi; billi dawn id-Deċiżjonijiet jinkludu mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jakkumpanja ’l konsenji;

Billi l-ispettur uffiċjali li jiffirma ċ-ċertifikat għandu jkun jista’ jattesta l-konformità tal-prodotti tas-sajd mad-dispożizzjonijiet speċifiċi leġislattivi tal-Komunità riferiti fih;

Billi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni jinkludu dikjarazzjoni mill-firmatarju li hu konxju tad-dispożizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità riferiti fih; billi din id-dikjarazzjoni għandha tiżdied maċ-ċertifikati tas-saħħa mħejjija fil-passat li fihom din mhux inkluża;

Billi biex jiġu evitati interruzzjonijiet fil-kummerċ skadenza ta’ żmien qabel din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ twil biżżejjed biex ikun jippermeti lill-pajjiżi terzi konċernati li jimmodifikaw iċ-ċertifikati tas-saħħa tagħhom għandu jiġi ffissat;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu IV ta’ l-Anness A li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/387/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1993 li tistipula kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvoli ħajjin, echinoderms, tunicates u gastropods marini li joriġinaw fil-Marokk (2):

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/492/KEE."

Artikolu 2

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet ta’ (a) id-Direttiva 91/48/KEE u (b) id-Direttiva 91/493/KEE u d-deċiżjonijiet li jimplimentaw li jinsabu magħha."

Artikolu 3

Artikolu 4

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet ta’ (a) id-Direttiva 91/48/KEE, (b) id-Direttiva 91/492/KEE u (ċ) id-Direttiva 91/493/KEE u d-deċiżjonijiet li jimplimentaw li jinsabu magħha."

Artikolu 5

Artikolu 6

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet ta’ (a) id-Direttiva 91/48/KEE u (b) id-Direttiva 91/493/KEE u d-deċiżjonijiet li jimplimentaw li jinsabu magħha."

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet ta’ (a) id-Direttiva 91/48/KEE, (b) id-Direttiva 91/492/KEE u (c) id-Direttiva 91/493/KEE u d-deċiżjonijiet li jimplimentaw li jinsabu magħha."

Artikolu 11

Artikolu 12

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet ta’ (a) id-Direttiva 91/48/KEE, (b) id-Direttiva 91/492/KEE u (ċ) id-Direttiva 91/493/KEE u d-deċiżjonijiet li jimplimentaw li jinsabu magħha."

Artikolu 13

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet ta’ (a) id-Direttiva 91/48/KEE u (b) id-Direttiva 91/493/KEE u d-deċiżjonijiet li jimplimentaw li jinsabu magħha."

Artikolu 14

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu IV ta’ l-Anness A li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/777/KEE tat-30 ta’ Novembru 1994 li tistipula kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin, echinoderms, tunicates u gastropods marini li joriġinaw fil-Turkija (15):

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/492/KEE."

Artikolu 15

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu IV ta’ l-Anness A li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/778/KEE tat-30 ta’ Novembru 1994 li tistipula kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin, echinoderms, tunicates u gastropods marini li joriġinaw fil-Turkija (16):

"L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b’dan jiddikjara illi huwa konxju mid-dispżizzjonijiet tad-Direttivi 91/492/KEE u 91/493/KEE."

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Marzu 1996.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------