26.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1607

tal-24 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli, għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati u għal ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw min-Norveġja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 tal-10 ta' April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għall-ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2018 ġie konkluż ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (2) (“il-Ftehim tal-2018”). Il-Ftehim ġie approvat f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 (3).

(2)

L-Anness IV tal-Ftehim tal-2018 jipprevedi kwoti tariffarji ġodda ħielsa mid-dazju għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw min-Norveġja, kif ukoll iż-żieda fil-volum tal-kwota tariffarja għall-kodiċi NM 2005 20 20 stipulat fir-Regolament (KE) Nru 992/95. Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 992/95 jiġi emendat sabiex jiġu implimentati dawk id-dispożizzjonijiet.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 (4) jistabbilixxu kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw min-Norveġja li jaqgħu fl-intestaturi 0210 u 0204, rispettivament. L-Anness IV tal-Ftehim tal-2018 jipprevedi l-konsolidazzjoni ta' dawk il-kwoti tariffarji fi kwota tariffarja unika. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 992/95 sabiex tiġi implimentata l-konsolidazzjoni taħt kwota tariffarja ġdida u li jipprevedi t-tranżizzjoni għall-kwota tariffarja l-ġdida. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kwota tariffarja li tikkorrispondi mal-intestatura 0210 titħassar mir-Regolament (KE) Nru 992/95. It-tħassir simultanju tal-kwoti tariffarji li jikkorrispondu għall-intestatura 0204 mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 huwa previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1232 (5).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi li jikkonċernaw prodotti tal-Kapitoli 3, 15 u 16 tan-NM marbuta ma' ħut jew ma' prodotti agrikoli oħra tal-Kapitoli 2, 6, 7, 8, 16, 20 u 23 tan-NM. L-Artikolu 1(3) tiegħu jipprevedi li r-regoli ta' oriġini applikabbli huma dawk stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u n-Norveġja Nru 1/2016 (6).

(5)

Madankollu, il-Ftehim tal-2018 jistabbilixxi li sabiex jibbenefikaw mill-konċessjonijiet imsemmija fl-Anness IV tagħha, jenħtieġ li l-prodotti jikkonformaw mar-regoli ta' oriġini stipulati fl-Anness IV tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri tat-2 ta' Mejju 1992 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar ċerti arranġamenti fl-agrikoltura (7) (“il-Ftehim tal-1992”). Barra minn hekk, huwa jistipula li fir-rigward tal-kunċett ta' ħidma suffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji, jenħtieġ li jiġi applikat l-Anness II tal-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea minflok l-Appendiċi tal-Anness IV tal-Ftehim tal-1992 (8) (9).

(6)

Il-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 992/95 li jikkonċernaw prodotti għajr il-prodotti tal-kapitli 3, 15 u 16 tan-NM huma previsti fil-Ftehim tal-1992, jew fil-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Agreement in the form of an exchange of letters between the European Community and the Kingdom of Norway concerning additional trade preferences in agricultural products undertaken on the basis of Article 19 of the Agreement on the European Economic Area) (10), jew fil-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (11). Dawk il-Ftehimiet kollha jipprevedu r-regoli ta' oriġini stipulati fl-Anness IV tal-Ftehim tal-1992 li japplikaw għall-kwoti tariffarji relatati magħhom. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 992/95 jiġi emendat sabiex titqies l-applikabbiltà tar-regoli ta' oriġini stabbiliti fl-Anness IV tal-Ftehim tal-1992.

(7)

Sabiex jitqiesu għadd kbir ta' emendi minuri fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (12) u tas-subdiviżjonijiet tat-TARIC, jixraq li jiġi sostitwit l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 992/95. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li l-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 992/95 jinqasmu f'żewġ Annessi separati skont ir-regoli ta' oriġini stipulati fil-ftehimiet rispettivi li jipprovdu għal kwoti tariffarji għall-prodotti tas-sajd u għall-prodotti agrikoli.

(8)

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness IV tal-Ftehim tal-2018 huma espressi bħala kwantitajiet annwali; Għalhekk jenħtieġ li l-importazzjoni tkun ġestita abbażi tas-sena kalendarja. Madankollu, billi l-Ftehim tal-2018 jibda japplika biss mill-1 ta' Ottubru 2018, jenħtieġ li l-kwantitajiet addizzjonali għall-2018 li huma kkalkulati fuq bażi pro rata u l-kwantitajiet annwali għas-snin ta' wara, jiġu stabbiliti skont l-Anness IV tal-Ftehim tal-2018.

(9)

Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji jkunu ġestiti mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' meta ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (13).

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 992/95 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-Ftehim tal-2018 jidħol fis-seħħ fil-1 ta' Ottubru 2018. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u n-Norveġja Nru 1/2016 (*1), għandu japplika għall-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3a.   Ir-regoli ta' oriġini stabbiliti fl-Anness IV tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri tat-2 ta' Mejju 1992 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar ċerti arranġamenti fl-agrikoltura (*2) (“il-Ftehim tal-1992”) għandhom japplikaw għall-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, l-Anness II tal-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (*3), peress li dak il-Protokoll ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2015 (*4), għandu japplika għal dawk il-kwoti tariffarji minflok l-Appendiċi tal-Ftehim tal-1992.

(*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u n-Norveġja Nru 1/2016 tat-8 ta' Frar 2016 li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 72, 17.3.2016, p. 63)."

(*2)   ĠU L 109, 1.5.1993, p. 47,"

(*3)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3,"

(*4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 4 (regoli ta' oriġini) għall-Ftehim ŻEE [2016/754] (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 56).”;"

(2)

l-Anness huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 101, 4.5.1995, p. 1.

(2)   ĠU L 129, 25.5.2018, p. 3.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 tal-20 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 36).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1232 tal-11 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż li ġejjin min-Norveġja u minn New Zealand (ĠU L 231, 14.9.2018, p. 13).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u n-Norveġja Nru 1/2016 tat-8 ta' Frar 2016 li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 72, 17.3.2016, p. 63).

(7)   ĠU L 109, 1.5.1993, p. 47.

(8)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 4 (regoli ta' oriġini) għall-Ftehim ŻEE [2016/754] (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 56).

(10)   ĠU L 156, 25.6.2003, p. 49.

(11)   ĠU L 327, 9.12.2011, p. 2.

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 58).


ANNESS

“ANNESS I

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala kliem ta' valur indikattiv biss, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn jiġu indikati ex-kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

Nru tal-ordni

Kodiċi NM

Subdiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Dazju tal-kwota (%)

09.0701

ex

1504 20 10

90

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom ta' annimali tal-baħar, ħlief żejt tal-baleni u żejt mill-baleni tat-tip Physeter macrocephaluss, f'imballaġ b'kapaċità netta ta' aktar minn 1 kg

Mill-1.1 sal-31.12

1 000

8,5

ex

1504 30 10

99

09,0702

 

0303 19 00

 

Salmonidae ffriżat ieħor, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

2 000

0

ex

0303 99 00

35

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

3 000

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

3 000

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

3 000

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

3 000

09.0703

ex

0305 51 90

10

20

Merluzz imnixxef, immellaħ iżda mhux affumikat, eskluż il-merluzz tal-ispeċi Gadus macrocephalus

Mill-1.4 sal-31.12

13 250

0

ex

0305 53 10

90

Ħut imnixxef, immellaħ iżda mhux affumikat tal-ispeċi Boreogadus saida

09.0710

 

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd (1)

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

26 500

0

ex

0303 99 00

75

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

39 750

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

39 750

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

39 750

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

39 750

09.0711

 

 

 

Ħut ippreparat jew ippreżervat:

Mill-1.1 sal-31.12

400

3

ex

1604 13 90

91

92

99

Sardinella, aringi żgħar jew spratt, esklużi l-fletti nejjin miksijin biss b'taħlita ta' bajd u dqiq jew bil-frak tal-ħobż, kemm jekk moqlijin fiż-żejt minn qabel jew le, iffriżati

 

1604 17 00

 

Sallur

 

1604 18 00

 

Xewk tal-klieb il-baħar

 

1604 19 92

 

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus)

ex

1604 19 93

90

Merlangu (Pollachius virens), eskluż il-merlangu affumikat

 

1604 19 94

 

Marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.)

 

1604 19 95

 

Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma) u Pollakkju (Pollachius pollachius)

 

1604 19 97

 

Oħrajn

ex

1604 20 90

30

35

50

60

90

Ħut ieħor ippreparat jew ippreżervat, esklużi l-aringi, il-kavalli u l-merlangu affumikat ippreżervat

ex

1604 20 90

40

Kavalli ppreparati jew ippreżervati (Scomber australasicus)

10

09.0712

 

0303 54 10

 

Kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus jew Scomber japonicus, iffriżati, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

25 000

0

ex

0303 99 00

40

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

37 500

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

37 500

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

37 500

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

37 500

09.0713

 

 

 

Iffriżat, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u eskluż il-fwied u l-bajd:

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

2 200

0

 

0303 55 30

 

Sawrell taċ-Ċile (Trachurus murphyi)

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

3 300

ex

0303 55 90

90

Ħut ieħor ta' Trachurus spp., esklużi Trachurus trachurus, Trachurus murphyi u s-sawrell (scad) (Caranx trachurus)

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

3 300

 

0303 56 00

 

Cobia (Rachycentron canadum)

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

3 300

 

0303 59 90

0303 69 90

0303 89 90

 

Ħut ieħor

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

3 300

 

0303 82 00

 

Raj (Rajidae)

 

0303 89 55

 

Awrat (Sparus aurata)

ex

0303 99 00

85

09.0714

 

0304 86 00

 

Fletti tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

55 600

0

ex

0304 99 23

10

20

30

Ġwienaħ tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii) (maqtugħin irqaq), iffriżati (2)

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

83 400

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

83 400

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

83 400

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

83 400

09.0715

 

0302 11

 

Trot (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster), frisk jew imkessħin, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.1 sal-31.12

500

0

ex

0302 99 00

11

19

 

0303 14

 

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster), iffriżati, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd

ex

0303 99 00

30

09.0716

 

0302 13 00

0302 14 00

 

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), friski jew imkessħa, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.1 sal-31.12

6 100

0

ex

0302 99 00

30

40

09.0717

 

 

 

Iffriżat, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u eskluż il-fwied u l-bajd:

Mill-1.1 sal-31.12

580

0

 

0303 11 00

 

Salamun dahru blu tal-Alaska (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka)

ex

0303 99 00

10

 

0303 12 00

 

Salamun tal-Paċifiku ieħor (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus)

ex

0303 99 00

15

ex

ex

0303 13 00

0303 99 00

10

20

Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar)

09.0718

 

0304 41 00

0304 81 00

 

Fletti tas-salamun tal-Paċifiku friski, imkessħa jew iffriżati (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Mill-1.1 sal-31.12

610

0

09.0719

 

0302 19 00

 

Salmonidae ieħor, frisk jew imkessaħ, esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.1 sal-31.12

670

0

ex

0302 99 00

45

 

0303 19 00

 

Salmonidae ffriżat ieħor, esklużi l-fwied u l-bajd

09.0720

 

0302 59 40

 

Molvi (Molva spp.), frisk jew imkessaħ, esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.1 sal-31.12

370

0

09.0721

 

 

 

Iffriżat jew imkessaħ, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd:

Mill-1.1 sal-31.12

250

0

 

0302 22 00

 

Barbun (Pleuronectes platessa)

ex

0302 99 00

79

 

0302 23 00

 

Lingwata (Solea spp.)

 

0302 24 00

 

Barbun Imperjali (Psetta maxima)

 

0302 29

 

Megrim (Lepidorhombus spp.) u ħut ieħor ċatt

 

0302 45

 

Sawrell (Trachurus spp.)

 

0302 46 00

 

Cobia (Rachycentron canadum)

 

0302 47 00

 

Pixxispad (Xiphias gladius)

 

0302 49 90

 

Oħrajn

 

0302 54

 

Marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.)

ex

0302 99 00

60

ex

0302 56 00

20

Merlangu ikħal (Micromesistius australis)

 

0302 59 90

 

Ħut ieħor tal-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

 

0302 82 00

 

Raj (Rajidae)

 

0302 83 00

 

Ħut tas-sinna (Dissostichus spp.)

 

0302 84

 

Spnott (Dicentrarchus spp.)

 

0302 85 30

 

Awrat (Sparus aurata)

 

0302 85 90

 

Awrat ieħor (Sparidae) esklużi l-ispeċijiet Dentex dentex jew Pagellus spp

 

0302 89 50

 

Petriċa (Lophius spp.)

 

0302 89 60

 

Pink cusk-eel (Genypterus blacodes)

 

0302 89 90

 

Ħut ieħor

ex

0302 99 00

71

Il-Ħalibatt tal-Paċifiku (Hippoglossus stenolepis)

 

 

 

Ħut ċatt iffriżat, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u eskluż il-fwied u l-bajd:

 

0303 34 00

 

Barbun Imperjali (Psetta maxima)

 

0303 39 10

 

Barbun tal-għajna (Platichthys flesus)

 

0303 39 30

 

Ħut tal-ġeneru Rhombosolea

 

0303 39 85

 

Ħut ċatt ieħor, esklużi l-ħalibatt, il-barbun tat-tbajja', il-lingwata, il-barbun imperjali, il-barbun, il-ħut tal-ġeneru Rhombosolea u l-ħut tal-ispeċi Pelotreis flavilatus jew Peltorhamphus novaezelandiae

09.0722

 

 

 

Laħam iffriżat ta':

Mill-1.1 sal-31.12

500

0

 

0304 91 00

 

Pixxispad (Xiphias gladius)

 

0304 94 90

 

Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma), eskluż is-surimi

 

0304 95 21

0304 95 25

0304 95 29

0304 95 30

0304 95 40

0304 95 50

0304 95 60

0304 95 90

 

Ħut mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae, minbarra Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma), eskluż is-surimi tas-subintestatura 0304 95 10

 

0304 96

 

Mazzola griża u klieb il-baħar oħrajn

 

0304 97 00

 

Raj (Rajidae)

ex

0304 99 99

20

25

40

50

65

69

70

90

Ħut ieħor, eskluż is-surimi u l-ħut tal-ilma ħelu u eskluż il-kavalli (Scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus)

09.0723

 

0302 41 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), friski, imkessħin jew iffriżati, esklużi l-fwied u l-bajd

Mis-16.6 sal-14.2

800

0

ex

0302 99 00

0303 51 00

55

ex

0303 99 00

75

09.0724

 

0302 44 00

 

Kavalli (Scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus), frisk jew imkessaħ, esklużi l-fwied u l-bajd

Mis-16.6 sal-14.2

260

0

ex

0302 99 00

20

09.0725

 

0303 54 10

 

Kavalli (Scomber scombrus, Scomber japonicus), iffriżati, esklużi l-fwied u l-bajd

Mis-16.6 sal-14.2

30 600

0

ex

0303 99 00

40

09.0726

 

0302 89 31

0302 89 39

 

Redfish (Sebastes spp.), frisk, imkessaħ jew iffriżat, esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.1 sal-31.12

130

0

ex

0302 99 00

0303 89 31

0303 89 39

50

ex

0303 99 00

80

09.0727

 

 

 

Fletti friski, imkessħa jew iffriżati ta':

Mill-1.1 sal-31.12

110

0

 

0304 31 00

0304 61 00

 

Tilapja (Oreochromis spp.)

 

0304 32 00

0304 62 00

 

Lupu tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.)

 

0304 33 00

0304 63 00

 

Burqax tan-Nil (Lates niloticus)

 

0304 39 00

0304 69 00

 

Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus), sallur (Anguilla spp.), u rjus is-serp (Channa spp.)

 

0304 42 50

0304 82 50

 

Troti tal-ispeċi Oncorhynchus apache jew Oncorhynchus chrysogaster

 

0304 49 10

0304 89 10

 

Ħut ieħor tal-ilma ħelu

09.0728

 

 

 

Fletti friski jew imkessħa ta':

Mill-1.1 sal-31.12

180

0

 

0304 44 30

 

Merlangu (Pollachius virens)

 

0304 45 00

 

Pixxispad (Xiphias gladius)

 

0304 46 00

 

Ħut tas-sinna (Dissostichus spp.)

 

0304 47

 

Mazzola griża u klieb il-baħar oħrajn

 

0304 48 00

 

Raj (Rajidae)

 

0304 49 50

 

Redfish (Sebastes spp.)

 

0304 49 90

 

Ħut ieħor

09.0729

 

0304 53 00

0304 56

0304 57 00

0304 59 90

 

Laħam tal-ħut frisk jew imkessaħ (sew jekk ikkapuljat sew jekk le) mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae u ta' ħut ieħor ħlief ħut tal-ilma ħelu

Mill-1.1 sal-31.12

130

0

 

0304 59 50

 

Ġwienaħ tal-aringi, friski jew imkessħin (3)

09.0730

 

 

 

Fletti ffriżati ta':

Mill-1.1 sal-31.12

9 000

0

 

0304 71

 

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus)

 

0304 72 00

 

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

 

0304 73 00

 

Merlangu (Pollachius virens)

 

0304 74

 

Marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.)

 

0304 75 00

 

Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma)

 

0304 79 10

 

Ħut tal-ispeċi Boreogadus saida

 

0304 79 50

 

Grenadier ikħal (Macruronus novaezelandiae)

 

0304 79 90

 

Ħut ieħor

 

0304 83 10

 

Barbun (Pleuronectes platessa)

ex

0304 83 90

11

19

90

Ħut ieħor ċatt, esklużi Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra

 

0304 84 00

 

Pixxispad (Xiphias gladius)

 

0304 85 00

 

Ħut tas-sinna (Dissostichus spp.)

 

0304 88 90

 

Raj (Rajidae)

 

0304 89 21

0304 89 29

 

Redfish (Sebastes spp.)

 

0304 89 60

 

Petriċa (Lophius spp.)

ex

0304 89 90

10

30

40

50

60

90

Ħut ieħor, eskluż il-pixxiluna (Brama spp.)

09.0731

ex

0305 20 00

11

18

19

21

30

73

75

77

79

99

Fwied u bajd tal-ħut, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura, iżda mhux affumikati

Mill-1.1 sal-31.12

1 900

0

09.0732

 

0305 41 00

 

Salamun tal-Paċifiku affumikat (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), inklużi l-fletti, ħlief ġewwieni tal-ħut li jittiekel

Mill-1.1 sal-31.12

450

0

09.0733

 

0305 42 00

0305 43 00

0305 44

0305 49

 

Ħut affumikat ħlief is-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), inklużi l-fletti, ħlief ġewwieni li jittiekel

Mill-1.1 sal-31.12

140

0

ex

0305 71 00

10

Xewk tal-klieb il-baħar affumikat

09.0734

 

 

 

Ħut, bil-melħ iżda mhux imnixxef jew affumikat u ħut fis-salmura, ħlief il-ġewwieni tal-ħut li jittiekel:

Mill-1.1 sal-31.12

250

0

 

0305 64 00

 

Tilapja (Oreochromis spp.), lupu tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus), sallur (Anguilla spp.), burqax tan-Nil (Lates niloticus) u rjus is-serp (Channa spp.)

ex

0305 69 80

20

25

30

40

50

61

64

65

67

90

Ħut ieħor, esklużi l-Ħalibatt żgħir jew tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides), u l-Ħalibatt tal-Paċifiku (Hippoglossus stenolepis)

ex

0305 71 00

90

Xewk tal-klieb il-baħar mhux affumikat

09.0735

 

0305 61 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), immelħin iżda mhux imnixxfin jew affumikati, u aringi fis-salmura, ħlief il-ġewwieni tal-ħut li jittiekel

Mill-1.1 sal-31.12

1 440

0

09.0736

 

0306 15 00

 

Skampi ffriżati (Nephrops norvegicus)

Mill-1.1 sal-31.12

950

0

 

0306 16 99

0306 17 93

 

Gambli tal-familja Pandalidae iffriżati, ħlief affumikati

09.0737

ex

0306 95 20

10

Gambli tal-familja Pandalidae, mhux iffriżati mgħollijin abbord

Mill-1.1 sal-31.12

800

0

ex

0306 95 30

10

09.0738

 

0306 34 00

0306 94 00

 

Skampi (Nephrops norvegicus), mhux iffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

900

0

ex

0306 35 90

12

14

20

92

93

96

Gambli tal-familja Pandalidae, mhux iffriżati, għall-ipproċessar (4)

ex

0306 36 10

11

91

ex

0306 95 20

21

29

ex

0306 95 30

21 ,

29

09.0739

 

1604 11 00

 

Salamun ippreparat jew ippreżervat, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

Mill-1.1 sal-31.12

170

0

09.0740

 

1604 12 91

1604 12 99

 

Aringi ppreparati jew ippreżervati, sħaħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljati

Mill-1.1 sal-31.12

3 000

0

09.0741

 

1604 13 90

 

Sardinella ppreparata jew ippreżervata u aringi żgħar jew spratt, sħaħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljati

Mill-1.1 sal-31.12

180

0

09.0742

 

1604 15 11

1604 15 19

 

Kavalli ppreparati jew ippreżervati tal-ispeċijiet Scomber scombrus u Scomber japonicus, sħaħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljati

Mill-1.1 sal-31.12

130

0

09.0743

 

 

 

Ħut ippreparat jew ippreżervat, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljat:

Mill-1.1 sal-31.12

5 500

0

 

1604 17 00

 

Sallur

 

1604 18 00

 

Xewk tal-klieb il-baħar

 

1604 19 92

 

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus)

 

1604 19 93

 

Merlangu (Pollachius virens)

 

1604 19 94

 

Marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.)

 

1604 19 95

 

Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma) u Pollakkju (Pollachius pollachius)

 

1604 19 97

 

Oħrajn

 

1604 20 90

 

Laħam ta' ħut ieħor ippreparat jew ippreżervat

09.0744

 

1604 20 10

 

Laħam tas-salamun ippreparat jew ippreżervat

Mill-1.1 sal-31.12

300

0

09.0745

ex

1605 21 10

20

40

50

91

Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreżervati, imqaxxra u ffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

8 000

0

ex

1605 21 90

20

40

57

60

91

ex

1605 29 00

20

40

45

91

09.0746

ex

1605 21 10

30

96

99

Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreżervati, ħlief imqaxxra u ffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

1 000

0

ex

1605 21 90

30

45

49

55

58

62

65

96

99

ex

1605 29 00

30

50

55

60

96

99

09.0748

 

1605 10 00

 

Granċ ippreparat jew ippreżervat

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

09.0749

ex

1605 21 10

20

40

50

91

Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreżervati, imqaxxra u ffriżati

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

7 000

0

ex

1605 21 90

20

40

57

60

91

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

10 500

ex

1605 29 00

20

40

45

91

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

10 500

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

10 500

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

10 500

09.0750

ex

1604 12 91

11

91

Aringi, imħawrin u/jew ippriżervati fil-ħall, fis-salmura

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

11 400 tunellata netti mingħajr likwidi

0

ex

1604 12 99

11

19

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

17 100 tunellata netti mingħajr likwidi

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

17 100 tunellata netti mingħajr likwidi

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

17 100 tunellata netti mingħajr likwidi

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

17 100 tunellata netti mingħajr likwidi

09.0752

 

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 u esklużi l-fwied u l-bajd

Mill-1.1 sal-31.12

44 000

0

ex

0303 99 00

75

09.0756

 

0304 86 00

 

Fletti tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

67 000

0

ex

0304 99 23

10

20

30

Ġwienaħ tal-aringi (maqtugħin irqaq) (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

09.0776

 

1504 20 10

 

Frazzjonijiet solidi ta' xaħmijiet u ta' żjut tal-ħut, ħlief iż-żjut tal-fwied

Mill-1.1 sal-31.12

384

0

09.0818

ex

0304 89 49

10

20

Fletti tal-kavalli, iffriżati

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

11 300

0

ex

0304 99 99

11

Ġnub tal-kavalli, iffriżati

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

16 950

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

16 950

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

16 950

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

16 950

09.0819

ex

0304 49 90

10

Fletti tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), friski jew imkessħin

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

9 000

0

 

0304 59 50

 

Ġwienaħ tal-aringi, friski jew imkessħin

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

13 500

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

13 500

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

13 500

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

13 500

09.0820

 

0305 10 00

 

Dqiq, pasti u gerbub tal-ħut, tajbin għall-konsum uman

Mill-1.9.2016 sat-30.4.2017

1 000

0

Mill-1.5.2017 sat-30.4.2018

1 500

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2019

1 500

Mill-1.5.2019 sat-30.4.2020

1 500

Mill-1.5.2020 sat-30.4.2021

1 500

ANNESS II

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala kliem ta' valur indikattiv biss, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn jiġu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

Nru tal-ordni

Kodiċi NM

Subdiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Dazju tal-kwota (%)

09.0751

ex

0704 10 00

90

Pastard, frisk jew imkessaħ

Mill-1.8 sal-31.10:

2 000

0

09.0757

 

0809 21 00

0809 29 00

 

Ċiras, frisk

Mis-16.7 sal-15.9:

900

0 (5)

09.0759

 

0809 40 05

 

Għanbaqar, frisk

Mill-1.9 sal-15.10:

600

0 (5)

09.0761

 

0810 10 00

 

Frawli, frisk

Mid-9.6 sal-31.7:

900

0

09.0762

 

0810 10 00

 

Frawli, frisk

Mill-1.8 sal-15.9:

900

0

09.0783

 

0705 11 00

 

Ħass ikkabuċċjat (ħass bir-ras), frisk jew imkessaħ

Mill-1.1 sal-31.12:

300

0

09.0784

 

0705 19 00

 

Ħass ieħor, frisk jew imkessaħ

Mill-1.1 sal-31.12:

300

0

09.0786

 

0602 90 70

 

Pjanti ta' ġewwa: biċċiet bl-għeruq u pjanti żgħar, ħlief kakti

Mill-1.1 sal-31.12:

EUR 544 848

0

09.0787

 

1601

 

Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

Mill-1.1 sal-31.12:

300

0

09.0815

 

0810 20 10

 

Lampun, frisk

Mill-1.1 sal-31.12:

400

0

09.0816

 

2005 20 20

 

Patata fi flieli rqaq, moqlijin jew moħmijin, kemm jekk melħin jew imħawrin kif jekk le, ġo pakki li jżommu l-arja, tajbin għal konsum immedjat

Mill-1.5.2018 sat-30.4.2018:

200

0

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

350

09.0817

 

2309 10 13

2309 10 15

2309 10 19

2309 10 33

2309 10 39

2309 10 51

2309 10 53

2309 10 59

2309 10 70

2309 10 90

 

Ikel tal-klieb jew tal-qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut

Mill-1.1 sal-31.12:

13 000

0

09.0821

 

2005 20 20

 

Patata fi flieli rqaq, moqlijin jew moħmijin, kemm jekk melħin jew imħawrin kif jekk le, ġo pakki li jżommu l-arja, tajbin għal konsum immedjat

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

37,5

0

09.0822

 

0207 14 30

 

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

137,5

0

Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

Qatgħat bl-għadma, friżati

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

550

09.0823

 

0207 14 70

 

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

37,5

0

Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

Qatgħat oħra bl-għadma, friżati

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

150

09.0824

 

0204

 

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

200 (6)

0

0210

 

Laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u dqiq mitħun oħxon mil-laħam jew mill-ġewwieni tal-laħam

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

500

09.0825

 

0603 19 70

 

Fjuri maqtugħin u blanzuni ta' fjuri ta' tip adattati għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, għajr Ward, Qronfol, Orkidej, Krisantemi, Ġilji (Lilium spp.), Gladjoli u Ranunkli

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

125 000 EUR

0

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

500 000 EUR

09.0826

 

1602

 

Laħam, ġewwieni tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew ippreservati

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

75

0

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

300

09.0827

 

2309 90 96

 

Preparazzjoni ta' tip użat għall-għalf tal-annimali, oħrajn

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

50

0

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

200

09.0828

 

3502 20

 

Albumini (inklużi konċentrati ta' żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom bil-piż iktar minn 80 % ta' proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta' albumina:

—

Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta' żewġ proteini jew aktar tax-xorrox

Mill-1.10.2018 sal-31.12.2018:

125

0

Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2019:

500

”

(1)  Billi bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju ma hemmx dazju tan-nazzjon l-aktar iffavorit (“MFN”), il-benefiċċju tal-kwota tariffarja mhux se jingħata għall-oġġetti li jiġu ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dan il-perjodu.

(2)  Billi fir-rigward tal-oġġetti bil-kodiċi NM 0304 99 23, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju ma hemmx dazju tal-MFN, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja mhux se jingħata għal oġġetti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dan il-perjodu.

(3)  Billi fir-rigward tal-oġġetti bil-kodiċi NM 0304 59 50, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju ma hemmx dazju tal-MFN, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja mhux se jingħata għal oġġetti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dan il-perjodu.

(4)  L-entrata taħt din is-subintestatura hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea [ara l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)].

(5)  Id-dazju addizzjonali speċifiku għandu jiġi applikat.

(6)  Il-volum ta' din il-kwota għall-2018 se jitnaqqas bl-ammont allokat skont il-kwota tariffarja tal-Ordni Nru 09.0782 għal dikjarazzjonijiet li għandhom data ta' aċċettazzjoni li taqa' fil-perjodu mill-1.1.2018 sat-30.9.2018.