|
18.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/26 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 7, tal-10 ta' Jannar 2009 )
F'Paġna 21, Artikolu 75(1) u (2):
minflok:
“1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċedimenti istitwiti, transazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi, u għal strumenti awtentiċi stabbiliti wara d-data ta’ applikazzjoni tiegħu, soġġetti għall-paragrafi 2 u 3.
2. It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw:
|
(a) |
għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà għalihom jintalbu wara dik id-data; |
|
(b) |
għad-deċiżjonijiet mogħtija wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’segwitu għal proċeduri mibdijin qabel dik id-data, …”; |
aqra:
“1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċedimenti istitwiti, transazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi, u għal strumenti awtentiċi stabbiliti mid-data ta’ applikazzjoni tiegħu, soġġett għall-paragrafi 2 u 3.
2. It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw:
|
(a) |
għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà għalihom jintalbu mid-data; |
|
(b) |
għad-deċiżjonijiet mogħtija mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’segwitu għal proċeduri mibdijin qabel dik id-data, …”. |