|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/625 |
31.3.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/625
tat-28 ta’ Marzu 2025
li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikati ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta’ tali ċertifikati fir-rigward tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju li fih ċerti gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew alternattivi rilevanti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/573 jinkludi l-obbligi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi biex iwettqu ċerti attivitajiet li jinvolvu l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew alternattivi rilevanti. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2024/573 introduċa regoli ġodda rigward l-obbligi taċ-ċertifikazzjoni għat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju. Dawn ir-regoli l-ġodda jkopru lista estiża ta’ sustanzi li jinsabu fit-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju, inkluż l-alternattivi rilevanti, jiġifieri, perfluworo(2-metil-3-pentanon), trifluworojodometan (jodur tat-trifluworometil), u t-2-bromo-3,3,3-trifluworoprop-1-en (2-BTP). |
|
(3) |
Ir-rekwiżiti għall-kontenut tal-programmi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jiżguraw l-immaniġġjar sikur u l-prevenzjoni tal-iskariku u t-tnixxija mit-tagħmir. |
|
(4) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2024/573, jeħtieġ jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fir-rigward tal-ħiliet u l-għarfien li għandhom jiġu koperti b’rabta mat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju u li jiġu speċifikati r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2024/573 issostitwixxa r-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 (3) jitħassar. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, stabbiliti bl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2024/573, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
l-installazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni jew is-servizzjar kif ukoll id-dekummissjonar tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju li fih il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u t-Taqsima 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/573, jew is-sustanzi alternattivi rilevanti perfluworo(2-metil-3-pentanon), trifluworojodometan (jodur tat-trifluworometil), u 2-bromo-3,3,3-trifluworoprop-1-en (2-BTP); |
|
(b) |
il-kontrolli ta’ tnixxijiet tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju li fih il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/573; |
|
(c) |
l-irkupru tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra mit-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju. |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal persuni ġuridiċi li jwettqu, għall-partijiet terzi, l-installazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, is-servizzjar jew id-dekummissjonar tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju li fih il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u t-Taqsima 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/573 u s-sustanzi alternattivi perfluworo(2-metil-3-pentanon), trifluworojodometan (jodur tat-trifluworometil), u 2-bromo-3,3,3-trifluworoprop-1-en (2-BTP).
3. Dan ir-Regolament ma għandu japplika għall-ebda attività ta’ manifattura mwettqa fis-sit tal-manifattur tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarju.
Artikolu 2
Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi
1. Il-persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 3.
2. Il-persuni fiżiċi li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu rreġistrati f’kors tat-taħriġ biex jiksbu ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti; u |
|
(b) |
jwettqu l-attività taħt is-superviżjoni ta’ persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività u li hija responsabbli b’mod sħiħ għat-twettiq tal-attività b’mod korrett. |
Id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika tul il-perjodi li fihom jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), u li b’kollox ma għandhomx jaqbżu l-24 xahar.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi
1. Korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 għandu joħroġ ċertifikat lill-persuni fiżiċi li jkunu għaddew minn eżami teoretiku u prattiku li jkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien stipulati fl-Anness I, li jkun organizzat minn korp tal-evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7.
2. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi tal-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-isem tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur tiegħu, numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun hemm; |
|
(b) |
l-attivitajiet li jista’ jwettaq id-detentur taċ-ċertifikat; |
|
(c) |
id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent. |
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li jgħaddu mill-eżami msemmi fil-paragrafu 1, meta l-applikant preċedentement ikun kiseb kwalifiki, ħiliet u għarfien ekwivalenti għal dawk elenkati fl-Anness I.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jirrikjedu li l-applikanti jgħaddu biss minn eżami supplimentari, meta l-ħiliet u l-għarfien miksuba preċedentement tal-applikant ikunu parzjalment koperti skont dawk elenkati fl-Anness I.
Artikolu 4
Ċertifikati għal persuni ġuridiċi
Il-persuni ġuridiċi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 5.
Artikolu 5
Ċertifikazzjoni ta’ persuni ġuridiċi
1. Korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 għandu joħroġ ċertifikat lil persuna ġuridika għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), dment li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
li timpjega persuni fiżiċi li huma ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 3, għall-attivitajiet li jeħtieġu ċertifikazzjoni, f’għadd suffiċjenti li jkopri l-volum mistenni ta’ attivitajiet; |
|
(b) |
tagħti prova li l-għodod u proċeduri neċessarji huma disponibbli lill-persunal li qiegħed jagħmel l-attivitajiet li għalihom hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni. |
2. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi tal-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-isem tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur tiegħu, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun hemm; |
|
(b) |
l-attivitajiet li jista’ jwettaq id-detentur taċ-ċertifikat; |
|
(c) |
id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent. |
Artikolu 6
Korp ta’ ċertifikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fid-dritt nazzjonali, jew jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, biex jaħtru korp taċ-ċertifikazzjoni awtorizzat li joħroġ iċ-ċertifikati lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti f’waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1.
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.
2. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u japplika proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.
3. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jżomm rekords li jippermettu l-verifika tal-istatus ta’ persuna fiżika jew ġuridika ċċertifikata. Ir-rekords għandhom juru li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni twettaq b’mod effettiv. Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin.
Artikolu 7
Korp tal-evalwazzjoni
1. Korp tal-evalwazzjoni maħtur f’kull Stat Membru għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1(1). Korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 jista’ jikkwalifika wkoll bħala korp tal-evalwazzjoni. Il-korp tal-evalwazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.
2. L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b’tali mod li jiġi żgurat li l-ħiliet u l-għarfien minimi stabbiliti fl-Anness I ikunu koperti. Il-korp tal-evalwazzjoni għandu jipprovdi l-post tal-eżamijiet li jiżgura s-sikurezza tal-applikanti.
3. Il-korp tal-evalwazzjoni għandu jadotta l-proċeduri tar-rappurtar u jżomm ir-rekords biex ikun hemm dokumentazzjoni dwar l-individwu u dwar ir-riżultati ġenerali tal-evalwazzjoni.
4. Il-korp tal-evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal xi eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti rilevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.
Artikolu 8
Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku
1. Ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati bejn l-Istati Membri għandu japplika biss għaċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mal-Artikolu 3 għal persuni fiżiċi u l-Artikolu 5 għal persuni ġuridiċi, għall-attivitajiet speċifikati f’dawn iċ-ċertifikati.
2. L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda evalwazzjoni jew tip ieħor ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni jew rekwiżiti amministrattivi sproporzjonati fuq id-detenturi ta’ ċertifikati maħruġa minn Stat Membru ieħor biex jiġu rikonoxxuti dawk iċ-ċertifikati jew biex jippermettu l-aċċess għall-impjieg lid-detenturi ta’ dawk iċ-ċertifikati għall-attivitajiet speċifikati fihom.
3. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li d-detenturi ta’ ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor jipprovdu traduzzjoni taċ-ċertifikat b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
Artikolu 9
Ċertifikati eżistenti, korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament jew proċessi ta’ evalwazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament jew il-proċessi ta’ evalwazzjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 10(9) tar-Regolament (UE) 2024/573 jagħtu prova tal-għarfien u l-ħiliet prattiċi u teoretiċi tal-persuni fiżiċi ċċertifikati speċifikati fl-Anness I.
2. Skont l-Artikolu 10(9) tar-Regolament (UE) 2024/573, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi taċ-ċertifikati eżistenti skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 304/2008 jitħallew ikomplu jużaw dawk iċ-ċertifikati biss jekk jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom sal-livell tal-għarfien u l-ħiliet meħtieġa għaċ-ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u speċifikat fl-Anness I tiegħu.
Artikolu 10
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 304/2008 jitħassar.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/573, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/573/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/517/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/304/oj).
ANNESS I
Ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-ħiliet u l-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi tal-evalwazzjoni
L-eżami msemmi fl-Artikolu 7 għandu jinkludi dan li ġej:
|
(a) |
eżami teoretiku b’mistoqsija waħda jew iktar dwar dik il-ħila jew dak l-għarfien, kif muri b’(T) fil-kolonna msejħa “Tip ta’ Test”; |
|
(b) |
test prattiku li matulu l-applikant għandu jwettaq il-biċċa xogħol korrispondenti bil-materjal, l-għodda u t-tagħmir relevanti, kif muri b’(P) fil-kolonna msejħa “Tip ta’ Test”.
|
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 (ĠU L, 2024/590, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/590/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b'segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1497/oj).
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 304/2008 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 3(1) |
— |
|
Artikolu 3(2) |
— |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4(2) |
— |
|
Artikolu 4(3) |
— |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 4(2) |
|
Artikolu 5(3) |
— |
|
Artikolu 5(4) |
Artikolu 4(3) |
|
Artikolu 6(1) |
— |
|
Artikolu 6(2) |
— |
|
Artikolu 6(3) |
— |
|
Artikolu 7(1) |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 7(2) |
— |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 8(2) |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 9(1) |
— |
|
Artikolu 9(2) |
— |
|
Artikolu 9(3) |
— |
|
Artikolu 10(1) |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 10(2) |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 10(3) |
Artikolu 7(3) |
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 8(2) |
|
Artikolu 11(3) |
Artikolu 8(3) |
|
Artikolu 11(4) |
Artikolu 8(4) |
|
Artikolu 12(1) |
— |
|
Artikolu 12(2) |
— |
|
Artikolu 12(3) |
— |
|
Artikolu 12(4) |
— |
|
Artikolu 13(1) |
Artikolu 9(1) |
|
Artikolu 13(2) |
Artikolu 9(3) |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/625/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)