|
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/153 |
P9_TA(2021)0467
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021: Dożi addizzjonali tal-vaċċin għall-pajjiżi b'introjtu baxx jew medju inferjuri, it-tisħiħ tal-UCPM u aġġustamenti oħra għan-nefqa u d-dħul
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – Dożi addizzjonali tal-vaċċin għall-pajjiżi b'introjtu baxx jew medju inferjuri, it-tisħiħ tal-UCPM u aġġustamenti oħra għan-nefqa u d-dħul (14038/2021 – C9-0425/2021 – 2021/0326(BUD))
(2022/C 224/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2021 adottat mill-Kummissjoni fit-8 ta' Ottubru 2021 (COM(2021)0955), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fir-rigward ta' fehim komuni dwar il-kontenut tal-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2022, li tinkludi wkoll l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021, adottata mill-Kunsill fit-23 ta’ Novembru 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (14038/2021 – C9-0425/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0329/2021), |
|
A. |
billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 huwa li jipprovdi approprjazzjonijiet addizzjonali biex iħaffef il-vaċċinazzjonijiet globali, ikopri l-attivazzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u n-nefqa li tirriżulta minn ftehimiet esterni dwar is-sajd, kif ukoll xi aġġustamenti għan-nefqa u d-dħul. |
|
B. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 ikopri b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:
|
|
C. |
billi l-impatt nett ta' dan l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta' EUR 473,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; billi l-ebda approprjazzjoni ta' pagament addizzjonali ma hija mitluba mill-Kummissjoni; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021, kif imressaq mill-Kummissjoni; |
|
2. |
Jilqa' l-proposta biex jiġi żgurat li l-200 miljun doża supplimentari tal-vaċċin tal-Covid-19 imwiegħda mill-President tal-Kummissjoni fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni jiġu ffinanzjati u mwassla b'urġenza lil pajjiżi b'introjtu baxx u medju-baxx; jinnota li l-aċċellerazzjoni tal-kampanja ta' vaċċinazzjoni globali kienet talba qawwija tal-Parlament, mhux l-inqas fil-qari tiegħu dwar il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022; |
|
3. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 6/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(5) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).