31998D0144



Official Journal L 042 , 14/02/1998 P. 0061 - 0062


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta’ Frar 1998

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 bħala riżultat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja

(98/144/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 1898/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet użati għall-marketing ta’ ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1] kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2)(b) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 jistabbilixxi l-prinċipju li d-deskrizzjonijiet "ħalib" u "prodotti tal-ħalib" ma jistgħux jintużaw għall-prodotti tal-ħalib ħlief għal dawk deskritti fl-Artikolu 2 tiegħu; billi, bħala eċċezzjoni, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament, dan il-prinċipju mhux applikabbli għad-denominazzjoni ta’ prodotti li n-natura eżatta tagħhom hija magħrufa minnħabba użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet huma użati b’mod ċar biex jiddeskrivu l-kwalità karatteristika tal-prodott;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE tat-28 ta’ Ottubru 1988 [2] telenka l-prodotti li jibbenifikaw minn din l-eċċezzjoni;

Billi, wara l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, l-Istati Membri l-ġodda ssottomettew listi tal-prodotti li huma jqisu li jikkonformaw, fit-territorji tagħhom, mal-kriterji ta’ l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq; billi l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 88/566/KEE għandu jkun kompletat bl-inklużjoni ta’ l-ismijiet tal-prodotti mill-Istati Membri l-ġodda, fil-lingwi relevanti, li jistgħu jibbenifikaw mill-eċċezzjoni;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 88/566/KEE huwa emendat kif ġej:

1. il-prodotti elenkati fil-punt 1 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni huma miżjuda mat-taqsima II;

2. it-taqsimiet il-ġodda X u XI stipulati fil-punt 2 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni huma miżjuda.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Frar 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36.

[2] ĠU L 310, tas-16.11.1988, p. 32.

--------------------------------------------------

ANEXOBILAGANHANGПAPAPTHMAANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA

1. "Butterhäuptel

Butterschnitzel

Faschiertes Butterschnitzel

Milchmargarine

Magarinestreichkäse"

2. "X

Jordnötssmör

Kakaosmör

Smörsopp

Kokosmjölk

Ostkex

Magarinost

Smördeg

XI

Kaakaovoi

Maapähkinävoi

Voileipäkeksi

Voitatti

Voileipäkakku"

--------------------------------------------------