|
18.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/61 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2164
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) u (3)(a) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 16(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, diversi Stati Membri ppreżentaw dossiers dwar ċerti sustanzi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, bil-ħsieb li jiġu awtorizzati u inklużi fl-Annessi I, II, VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 (2). Dawk id-dossiers ġew eżaminati mill-Grupp ta’ Esperti għall-Parir Tekniku dwar il-Produzzjoni Organika (l-EGTOP) u mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward il-fertilizzanti (3), l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “faħam bijoloġiku”, “skart tal-molluski u qxur tal-bajd” u “aċidi umiċi u fulviċi” jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. L-EGTOP irrakkomanda wkoll li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ “karbonat tal-kalċju” stabbilita f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4), l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “maltodestrina”, “perossidu tal-idroġenu”, “terpeni (ewġenol, ġeranjol u timol)”, “klorur tas-sodju”, “ċerevisan” u piretrini minn pjanti oħra għajr il-Chrysanthemum cinerariaefolium jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Barra minn hekk, l-EGTOP għamel rakkomandazzjonijiet rigward l-istruttura ta’ dak l-Anness. |
|
(4) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward l-għalf (5) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “gomma tal-gwar” bħala addittiv tal-għalf, “estratt tal-qastan ħelu” bħala addittiv sensorjali, u “betaina anidru” bħala sustanza għall-annimali monogastriċi u ta’ oriġini naturali jew organika biss, jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu inklużi fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. F’dak l-Anness, ir-referenza għal xi addittivi tas-silaġġ mhijiex ċara u jeħtieġ li tiġi ċċarata sabiex tiġi evitata l-konfużjoni. |
|
(5) |
Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward l-ikel (6) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “gliċerol” bħala umidifikant f’kapsuli ta’ ġell u fil-kisi tal-wiċċ f’pilloli, “bentonit” bħala għajnuna għall-ipproċessar, “L(+)aċidu lattiku, u idrossidu tas-sodju” bħala għajnuna għall-ipproċessar għall-estrazzjoni ta’ proteini tal-pjanti u “trab tal-gomma tat-tara” bħala sustanza li tgħaqqad u “estratt tal-ħop u estratt tar-rożin tal-arżnu” fil-produzzjoni taz-zokkor jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu inklużi fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Barra minn hekk, l-EGTOP irrakkomanda li għat-trab tal-gomma tat-tara, għal-leċitini, għall-gliċerol, għall-gomma tal-ħarrub, għall-gomma tal-ġellan, għall-gomma arabika, għall-gomma tal-gwar u għax-xama’ tal-karnawba, ikun meħtieġ li dawn jiġu prodotti b’mod organiku. Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-adattament għal dak ir-rekwiżit il-ġdid, jenħtieġ li l-operaturi jingħataw perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin. |
|
(6) |
Fl-Anness VIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, xi referenzi għall-ismijiet ta’ addittivi mhumiex preċiżi u jeħtieġ li jiġu ċċarati sabiex tiġi evitata l-konfużjoni. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 889/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(3) |
l-Anness VI huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(4) |
l-Anness VIII huwa sostitwit bit-test fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
L-Anness VIIIa huwa sostitwit bit-test fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(3) Final report on fertilisers III https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/farming/documents/final-report-egtop-fertilizers-iii_en.pdf.
(4) Final report on plant protection products IV https://ec.europa.eu/info/publications/egtop-reports-organic-production_en.
(5) Final report on feed III and food V https://ec.europa.eu/info/publications/egtop-reports-organic-production_en.
(6) Final report on food IV and final report on feed III and food V https://ec.europa.eu/info/publications/egtop-reports-organic-production_en.
ANNESS I
“ANNESS I
Il-fertilizzanti, il-kondizzjonaturi tal-ħamrija u n-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 6d(2)
Nota:
A: awtorizzati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u ttrasportati bl-Artikolu 16(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007
B: awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007
|
Awtorizzazzjoni |
Isem Prodotti komposti jew prodotti li fihom biss materjali elenkati hawn taħt: |
Deskrizzjoni, rekwiżiti tal-kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Demel mill-irziezet |
Prodott li jinkludi taħlita ta’ ħmieġ tal-annimali u materjal magħmul mill-ħaxix (il-friex tal-annimali). Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Demel niexef prodott fl-azjenda u demel diżidratat tat-tjur |
Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Ħmieġ kompost tal-annimali, inkluż demel tat-tjur u inkluż demel kompost tar-razzett |
Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Ħmieġ tal-annimali likwidu |
Użu wara fermentazzjoni kkontrollata u/jew dilwizzjoni xierqa Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Taħlita bil-kompost jew iffermentata ta’ skart domestiku |
Prodott miksub minn skart domestiku isseparat mill-bidu, li jkun ġie soġġettat għall-proċess biex isir kompost jew għall-fermentazzjoni anaerobika għall-produzzjoni tal-bijogass Unikament skart domestiku veġetali u tal-annimali Meta jkun prodott biss f’sistema ta’ ġbir magħluqa u mmonitorjata, aċċettat mill-Istat Membru. Konċentrazzjonijiet massimi f’mg/kg ta’ materja niexfa: kadmju: 0,7; ram: 70; nikil: 25; ċomb: 45; żingu: 200; merkurju: 0,4; kromju (total): 70; kromju (VI): mhux osservabbli |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Pit |
L-użu huwa limitat għall-ortikultura (ortikultura kummerċjali, fjorikultura, arborikultura, mixtla) |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Skart tal-kultura tal-faqqiegħ |
Il-kompożizzjoni inizjali tas-substrat għandha tkun limitata għall-prodotti ta’ dan l-Anness |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Eskrementi tad-dud (vermikompost) u tal-insetti |
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Gwanu |
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Taħlita bil-kompost jew iffermentata ta’ materja veġetali |
Prodott miksub minn taħlitiet ta’ materja veġetali, mgħoddi minn proċess biex isir kompost jew minn fermentazzjoni anaerobika għall-produzzjoni tal-bijogass |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Diġestat tal-bijogass li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali kodiġeriti b’materjal ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali kif elenkati f’dan l-Anness |
Prodotti sekondarji tal-annimali (inkuż prodotti sekondarji tal-annimali selvaġġi) tal-kategorija 3 u l-kontenut tas-sistema diġestiva tal-kategorija 2 (il-kategoriji 2 u 3 kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)) ma jridux joriġinaw minn biedja industrijalizzata Il-Proċessi jridu jkunu f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011. Ma għandux jiġi applikat għall-partijiet tal-għalla li jittieklu |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Prodotti jew prodotti sekondarji ta’ oriġini mill-annimali bħal ta’ hawn taħt:
|
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Prodotti u prodotti sekondarji ta’ oriġini mill-pjanti għall-fertilizzanti |
Eżempji: pasta taż-żrieragħ żejtnin, ħlifiet tal-kawkaw, rimjiet tal-malt |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Proteini idrolizzati ta’ oriġini mill-pjanti |
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Alka u prodotti mill-alka |
Sa fejn miksuba b’mod dirett minn:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Serratura u ċana |
Injam mhux trattat bil-kimika wara t-tqaċċit |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Qxur taz-zkuk magħmula kompost |
Injam mhux trattat bil-kimika wara t-tqaċċit |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Irmied mill-injam |
Minn injam mhux trattat bil-kimika wara t-tqaċċit |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Fosfat naturali artab |
Prodott kif speċifikat fil-punt 7 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti (2). Kontenut tal-kadmju inqas minn jew ugwali għal 90 mg/kg ta’ P205 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Fosfat tal-aluminju u tal-kalċju |
Prodott kif speċifikat fil-punt 6 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, Kontenut tal-kadmju inqas minn jew ugwali għal 90 mg/kg ta’ P205 Użu limitat għall-ħamrija bażika (pH > 7,5) |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Gagazza bażika |
Prodott kif speċifikat fil-punt 1 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Melħ tal-potassju grezz jew kainit |
Prodott kif speċifikat fil-punt 1 tal-Anness IA.3. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Sulfat tal-potassju, li possibbilment jinkludi l-melħ tal-manjeżju |
Prodott miksub minn melħ grezz tal-potassju permezz ta’ proċess ta’ estrazzjoni fiżika, li possibbilment ikun fih wkoll il-melħ tal-manjeżju |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Meraq tad-distillerija u l-estratt tal-meraq tad-distillerija |
Eskluża l-meraq tad-distillerija tal-ammonju |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Karbonat tal-kalċju, pereżempju: (il-ġibs, it-tafal, il-ġebel tal-ġir mitħun, il-litotamniju (maerl), il-ġibs tal-fosfat) |
Unikament ta’ oriġini naturali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Skart tal-molluski |
Unikament mis-sajd sostenibbli, kif definit fl-Artikolu 4(1)(7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew mill-akkwakultura organika |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Qxur tal-bajd |
Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Karbonat tal-manjeżju u tal-kalċju |
Unikament ta’ oriġini naturali eż. il-ġibs tal-manjesju, il-manjeżju mitħun, il-ġebla tal-ġir |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Sulfat tal-manjeżju (kiserite) |
Unikament ta’ oriġini naturali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Soluzzjoni tal-klorur tal-kalċju |
Trattament għall-weraq tas-siġar tat-tuffieħ, wara identifikazzjoni ta’ nuqqas ta’ kalċju |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Sulfat tal-kalċju (gypsum) |
Prodotti kif speċifikati fil-punt 1 tal-Anness ID tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 Unikament ta’ oriġini naturali |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A, B |
Ġibs industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor |
Prodott sekondarju tal-produzzjoni taz-zokkor mill-pitravi taz-zokkor u mill-kannamiela |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Ġibs industrijali mill-produzzjoni ta’ melħ raffinat |
Prodott sekondarju ta’ produzzjoni ta’ melħ raffinat mill-ilma mielaħ li jinsab fil-muntanji |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Kubrit elementari |
Prodotti kif speċifikati fl-Anness ID.3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Oligoelementi |
Mikronutrijenti inorganiċi elenkati fil-parti E tal-Anness I tar-Regolament 2003/2003 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Klorur tas-sodju |
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
Frakass tal-ġebel u tafal |
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Leonardite (Sediment organiku mhux ipproċessat rikk f’aċidi umiċi) |
Unikament jekk jinkiseb bħala prodott sekondarju ta’ attivitajiet ta’ estrazzjoni minerarja |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Aċidi umiċi u fulviċi |
Unikament jekk jinkiseb minn imluħa/soluzzjonijiet inorganiċi minbarra l-imluħa tal-ammonju; jew li jinkisbu mill-purifikazzjoni tal-ilma tax-xorb |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Ksilit |
Unikament jekk jinkiseb bħala prodott sekondarju ta’ attivitajiet ta’ estrazzjoni minerarja (eż. prodott sekondarju tal-estrazzjoni minerarja tal-faħam kannella) |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Kitin (Polisakkarid miksuba mill-qoxra tal-krustaċji) |
Unikament jekk tinkiseb mis-sajd sostenibbli, kif definit fl-Artikolu 4(1)(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1380/2013 jew mill-akkwakultura organika |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Sediment rikk f’materja organika li ġej minn korpi tal-ilma ħelu fformati skont: esklużjoni tal-ossiġenu (eż. is-sapropel) |
Unikament sedimenti organiċi li huma prodotti sekondarji tal-ġestjoni tal-korpi tal-ilma ħelu jew estratti minn żoni li qabel kienu tal-ilma ħelu Fejn applikabbli, jenħtieġ li l-estrazzjoni ssir b’mod li tikkawża impatt minimu fuq is-sistema akkwatika Unikament sedimenti li ġejjin minn sorsi ħielsa minn kontaminazzjonijiet ta’ pestiċidi, ta’ pollutanti organiċi persistenti u ta’ sustanzi simili għall-petrol Konċentrazzjonijiet massimi f’mg/kg ta’ materja niexfa: kadmju: 0,7; ram: 70; nikil: 25; ċomb: 45; żingu: 200; merkurju: 0,4; kromju (total): 70; kromju (VI): mhux osservabbli |
||||||||||||||||||||||||||||
|
B |
Bijochar — prodott tal-piroliżi magħmul minn varjetà wiesgħa ta’ materjali organiċi li joriġinaw mill-pjanti u li jiġu applikati bħala kundizzjonatur tal-ħamrija |
Unikament minn materjali ta’ pjanti, trattati jew mhux trattati bi prodotti inklużi fl-Anness II. Il-valur massimu ta’ 4 mg ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) għal kull kg ta’ materja niexfa (DM). Dan il-valur għandu jiġi rivedut kull sentejn, filwaqt li jitqies ir-riskju tal-akkumulazzjoni minħabba applikazzjonijiet multipli |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003. p. 1).
ANNESS II
“ANNESS II
Pestiċidi — prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 5(1)
Is-sustanzi kollha elenkati f’dan l-Anness għandhom jikkonformaw tal-anqas mal-kundizzjonijiet għall-użu kif speċifikat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1). Kundizzjonijiet aktar restrittivi għall-użu fil-produzzjoni organika huma speċifikati fit-tieni kolonna ta’ kull tabella.
1. Sustanzi ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali
|
Isem |
Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu |
|
Allium sativum (Estratt tat-tewm) |
|
|
Ażadiraktina estratta minn Azadirachta indica (Is-siġra tan-neem) |
|
|
Xama’ tan-naħal |
Unikament bħala aġent għaż-żbir/protezzjoni għall-feriti |
|
COS-OGA |
|
|
Proteini idrolizzati minbarra l-ġelatina |
|
|
Laminarina |
Il-kelp għandu jitkabbar organikament skont l-Artikolu 6d jew jinħasad b’mod sostenibbli skont l-Artikolu 6c. |
|
Maltodestrina |
|
|
Feromoni |
Unikament f’nases u f’distributuri. |
|
Żjut tal-pjanti |
Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida. |
|
Piretrini |
unikament minn oriġini ta’ pjanti |
|
Quassia estratta minn Quassia amara |
Unikament bħala Insettiċida, repellent |
|
Repellents permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/mix-xaħam tan-nagħaġ |
Unikament fuq partijiet tal-għelejjel mhux tajbin għall-ikel u fejn materjal tal-għelejjel ma jiġix inġerit min-nagħaġ jew mill-mogħoż |
|
Salix spp. Cortex (magħruf ukoll bħala l-qoxra tas-siġra taż-żafżafa) |
|
|
Terpeni (ewġenol, ġeranjol u timol) |
|
2. Sustanzi bażiċi
|
Sustanzi bażiċi bbażati fuq l-ikel (inkluż: Leċitini, sukrożju, fruttożju, ħall, xorrox, kloridrat tal-kitosan (2), u Equisetum arvense eċċ) |
Unikament dawk is-sustanzi bażiċi kif definiti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (3) li huma ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u li għandhom oriġini mill-pjanti jew mill-annimali Sustanzi li m’għandhomx jintużaw bħala erbiċidi |
3. Mikroorganiżmi jew sustanzi prodotti minn mikroorganiżmi
|
Isem |
Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu |
|
Mikroorganiżmi |
Li ma joriġinawx minn OĠM. |
|
Spinosad |
|
|
Cerevisane |
|
4. Sustanzi oħra għajr dawk imsemmija fit-Taqsimiet 1, 2 u 3
|
Isem |
Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-użu |
|
Silikat tal-aluminju (Kaolin) |
|
|
Idrossidu tal-kalċju |
Meta jintuża bħala fungiċida, fis-siġar tal-frott biss, inkluż fil-mixtliet, għall-kontroll tan-Nectria galligena |
|
Diossidu tal-karbonju |
|
|
Komposti tar-ram fil-forma ta’: idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku |
|
|
Fosfat tad-diammonju |
Unikament bħala sustanzi speċifiċi li jattiraw fin-nases |
|
Etilen |
|
|
Aċidu xaħmi |
Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida. |
|
Il-fosfat ferriku (l-ortofosfat tal-ħadid (III)) |
Preparazzjonijiet li għandhom jindilku fil-wiċċ bejn il-pjanti kkultivati |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
|
Kieselgur (trab tad-diatomi) |
|
|
Kubrit tal-ġir (polisulfur tal-kalċju) |
|
|
Żejt tal-paraffina |
|
|
Potassju u karbonat tal-idroġenu tas-sodju (magħruf ukoll bħala potassju/bikarbonat tas-sodju) |
|
|
Piretrojdi (deltametrina jew lambda-ċjalotrina biss) |
Unikament f’nases b’sustanzi speċifiċi li jattiraw; unikament kontra l-Bactrocera oleae u l-Ceratitis capitata Wied |
|
Ramel kwarzuż |
|
|
Klorur tas-sodju |
Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida. |
|
Kubrit |
|
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(2) Miksuba mis-sajd sostenibbli jew mill-akkwakultura organika.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
ANNESS III
“ANNESS VI
Addittivi tal-għalf użati fin-nutrizzjoni tal-annimali msemmija fl-Artikolu 22(g), fl-Artikolu 24(2) u fl-Artikolu 25 m(2)
L-addittivi tal-għalf elenkati f’dan l-Anness iridu jiġu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).
1. ADDITTIVI TEKNOLOĠIĊI
(a) Preżervattivi
|
Numri tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
|
|
E 200 |
Aċidu sorbiku |
|
|
|
E 236 |
Aċidu formiku |
|
|
|
E 237 |
Format tas-sodju |
|
|
|
E 260 |
Aċidu aċetiku |
|
|
|
E 270 |
Aċidu lattiku |
|
|
|
E 280 |
Aċidu propjoniku |
|
|
|
E 330 |
Aċidu ċitriku |
|
(b) Antiossidanti
|
Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
|
|
1b306(i) |
Estratti tat-tokoferol minn żjut veġetali |
|
|
|
1b306(ii) |
Estratti rikki bit-tokoferol minn żjut veġetali (rikki fit-tip delta) |
|
(c) Emulsifikanti, stabiliżżaturi, aġenti tat-tgħaqqid, u aġenti ġelifikanti
|
Numri tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
|
|
1c322 |
Leċitini |
Unikament meta jkunu ġejjin minn materja organika mhux ipproċessata. |
|
|
|
|
L-użu huwa ristrett għall-għalf tal-annimali tal-akkwakultura. |
(d) Leganti u antiagglomeranti
|
Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
|
|
E 412 |
Gomma tal-gwar |
|
|
|
E 535 |
Ferroċjanur tas-sodju |
Ir-rata tad-doża massima hija ta’ 20 mg/kg NaCl, ikkalkulata bħala anjon tal-ferroċjanur. |
|
|
E 551b |
Silika kollojdali |
|
|
|
E 551c |
Kieselgur (trab tad-diatomi, ippurifikat) |
|
|
|
1m558i |
Bentonit |
|
|
|
E 559 |
Tafal tal-kawlina, mingħajr asbestos |
|
|
|
E 560 |
Taħlitiet naturali ta’ steatiti u klorit |
|
|
|
E 561 |
Vermikulit |
|
|
|
E 562 |
Sepjolit |
|
|
|
E 566 |
Natrolit-Fonolit |
|
|
|
1g568 |
Klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja |
|
|
|
E 599 |
Perlit |
|
(e) Addittivi tal-foraġġ insilat
|
Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
1k 1k236 |
Enżimi, mikroorganiżmi Aċidu formiku, |
L-użu huwa ristrett għall-produzzjoni tal-foraġġ insilat meta l-kundizzjonijiet tat-temp ma jippermettux fermentazzjoni adegwata. L-użu ta’ aċidu propjoniku, formiku u tal-imluħ tas-sodju tagħhom fil-produzzjoni tal-għalf mill-ħaxix għandu jkun permess biss meta l-kundizzjonijiet klimatiċi ma jippermettux fermentazzjoni adegwata |
|
1k237 |
Format tas-sodju |
|
|
1k280 |
Aċidu propjoniku |
|
|
1k281 |
Propjonat tas-sodju |
2. ADDITTIVI SENSORJI
|
Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
2b |
Komposti tat-taħwir |
Unikament l-estratti minn prodotti agrikoli |
|
|
Castanea sativa Mill.: Estratt tal-qastan |
|
3. ADDITTIVI NUTRIZZJONALI
(a) Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili
|
Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
3a |
Vitamini u provitamini |
Derivati minn prodotti agrikoli. Jekk ikunu dderivati b’mod sintetiku, għall-annimali monogastriċi u għall-annimali tal-akkwakultura jistgħu jintużaw biss dawk li jkunu identiċi għall-vitamini li ġejjin mill-prodotti agrikoli. Jekk ikunu dderivati b’mod sintetiku, għall-annimali ruminanti jistgħu jintużaw biss vitamini A, D u E identiċi għall-vitamini li ġejjin mill-prodotti agrikoli; l-użu huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istati Membri abbażi ta’ valutazzjoni tal-possibbiltà li r-ruminanti organiċi jiksbu l-kwantitajiet neċessarji ta’ dawn il-vitamini mir-razzjonijiet tal-għalf tagħhom. |
|
3a920 |
Betaina anidra |
Unikament għall-annimali monogastriċi Unikament minn oriġini naturali u meta jkun disponibbli minn oriġini organika |
(b) Komposti ta’ oligoelementi
|
|
Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
|
E1 Ħadid |
|
|
|
|
3b101 |
Karbonat tal-ħadid (II) (siderite) |
|
|
|
3b103 |
Sulfat tal-ħadid (II) monoidrat |
|
|
|
3b104 |
Sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat |
|
|
|
3b201 |
Jodjur tal-potassju |
|
|
|
3b202 |
Jodat tal-kalċju, anidru |
|
|
|
3b203 |
Jodat tal-kalċju, anidru miksi u granulat |
|
|
|
3b301 |
Aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat |
|
|
|
3b302 |
Karbonat tal-kobalt(II) |
|
|
|
3b303 |
Idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat |
|
|
|
3b304 |
Idrossidu karbonat tal-kobalt granulat kopert(II) (2:3) monoidrat |
|
|
|
3b305 |
Sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat |
|
|
|
3b402 |
Diidrossikarbonat tar-ram(II) monoidrat |
|
|
|
3b404 |
Ossidu tar-ram (II) |
|
|
|
3b405 |
Sulfat tar-ram(II) pentaidrat |
|
|
|
3b409 |
Triidrossidu diklorur tad-diram (TBCC) |
|
|
|
3b502 |
Ossidu tal-manganiż (II) |
|
|
|
3b503 |
Sulfat manganuż, monoidrat |
|
|
|
3b603 |
Ossidu taż-żingu |
|
|
|
3b604 |
Sulfat taż-żingu ettaidrat |
|
|
|
3b605 |
Sulfat taż-żingu monoidrat |
|
|
|
3b609 |
Idrossiklorur taż-żingu monoidrat (TBZC) |
|
|
|
3b701 |
Molibdat tas-sodju diidrat |
|
|
|
3b801 |
Selenit tas-sodju |
|
|
|
3b810, 3b811, 3b812, 3b813 u 3b817 |
Ħmira selenizzata inattivata |
|
4. ADDITTIVI ŻOOTEKNIĊI
|
Numru tal-identità jew Gruppi funzjonali gruppi |
Sustanza |
Deskrizzjoni, kundizzjonijiet għal użu |
|
4a, 4b, 4c u 4d |
Enżimi u mikroorganiżmi fil-kategorija ta’ “Addittivi żootekniċi” |
|
ANNESS IV
“ANNESS VIII
Ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat, ħmira u prodotti tal-ħmira (imsemmija fl-Artikolu 27(1)(a) u fl-Artikolu 27a(a)
TAQSIMA A — L-ADDITTIVI TAL-IKEL, INKLUŻI T-TRASPORTATURI
Għall-iskop tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 23(4)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-addittivi tal-ikel immarkati b’asterisk fil-kolonna tan-numru tal-kodiċi, għandhom jitqiesu bħala ingredjenti ta’ oriġini agrikola.
|
Kodiċi |
Isem |
Preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel ta’ |
Kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 |
|
|
oriġini mill-pjanti |
annimali tal-oriġini |
|||
|
E 153 |
Karbonju veġetali |
|
X |
Ġobon tal-mogħża kopert bl-irmied Ġobon Morbier |
|
E 160b* |
Annatto, Bixin, Norbixin |
|
X |
Ġobon Red Leicester Ġobon Double Gloucester Cheddar Ġobon Mimolette |
|
E 170 |
Karbonat tal-kalċju |
X |
X |
Ma għandux jintuża għall-kulur jew għall-arrikiment tal-kalċju fil-prodotti |
|
E 220 |
Diossidu tal-kubrit |
X |
X (Unikament għall-idromel) |
Fi nbejjed tal-frott (inbid magħmul minn frott minbarra l-għeneb, inkluż is-sidru u s-sidru tal-lanġas) u l-idromel biz-zokkor miżjud jew mingħajru: 100 mg/l (Il-livelli massimi disponibbli mis-sorsi kollha, espressi bħala SO2 f’mg/l) |
|
E 223 |
Metabisulfit tas-sodju |
|
X |
Krustaċji |
|
E 224 |
Metabisulfit tal-potassju |
X |
X (Unikament għall-idromel) |
F’inbejjed tal-frott (inbid magħmul minn frott minbarra l-għeneb, inkluż is-sidru u s-sidru tal-lanġas) u l-idromel biz-zokkor miżjud jew mingħajru: 100 mg/l (Il-livelli massimi disponibbli mis-sorsi kollha, espressi bħala SO2 f’mg/l) |
|
E250 |
Nitrit tas-sodju |
|
X |
Għall-prodotti tal-laħam. Dan l-addittiv jista’ jintuża biss jekk ikun intwera, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li m’hi disponibbli l-ebda alternattiva teknoloġika, li tagħti l-istess garanziji u/jew li tippermetti li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott.. Mhux flimkien ma’ E252. Ammont indikattiv ta’ dħul espress bħala NaNO2: 80 mg/kg, l-ammont massimu ta’ residwu espress bħala NaNO2: 50 mg/kg |
|
E252 |
Nitrat tal-potassju |
|
X |
Għall-prodotti tal-laħam. Dan l-addittiv jista’ jintuża biss jekk ikun intwera, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li m’hi disponibbli l-ebda alternattiva teknoloġika, li tagħti l-istess garanziji u/jew li tippermetti li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott. Mhux flimkien ma’ E250. Ammont indikattiv ta’ dħul espress bħala NaNO3: 80 mg/kg, l-ammont massimu ta’ residwu espress bħala NaNO3: 50 mg/kg |
|
E 270 |
Aċidu lattiku |
X |
X |
|
|
E 290 |
Diossidu tal-karbonju |
X |
X |
|
|
E 296 |
Aċidu maliku |
X |
|
|
|
E 300 |
Aċidu askorbiku |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Prodotti tal-laħam |
|
E 301 |
Askorbat tas-sodju |
|
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Prodotti tal-laħam marbuta man-nitrati u man-nitriti |
|
E 306(*) |
Estratt rikk bit-tokoferol |
X |
X |
Antiossidant |
|
E 322(*) |
Leċitini |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Prodotti tal-ħalib Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. Sa dik id-data, biss meta jkunu ġejjin minn materja prima organika. |
|
E 325 |
Lattat tas-sodju |
|
X |
Prodotti b’bażi tal-ħalib u tal-laħam |
|
E 330 |
Aċidu ċitriku |
X |
X |
|
|
E 331 |
Ċitrati tas-sodju |
X |
X |
|
|
E 333 |
Ċitrati tal-kalċju |
X |
|
|
|
E 334 |
Aċidu tartariku (L(+)-) |
X |
X (Unikament għall-idromel) |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Idromel. |
|
E 335 |
Tartrati tas-sodju |
X |
|
|
|
E 336 |
Tartrati tal-potassju |
X |
|
|
|
E 341 (i) |
Fosfat tal-monokalċju |
X |
|
Aġent levitanti għad-dqiq self raising |
|
E 392* |
Estratti ta’ Klin |
X |
X |
Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika |
|
E 400 |
Aċidu alġiniku |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: prodotti b’bażi tal-ħalib; |
|
E 401 |
Alġinat tas-sodju |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: prodotti b’bażi tal-ħalib; |
|
E 402 |
Alġinat tal-potassju |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: prodotti b’bażi tal-ħalib; |
|
E 406 |
Agar |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Prodotti b’bażi tal-ħalib u tal-laħam |
|
E 407 |
Karraġenina |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: prodotti b’bażi tal-ħalib; |
|
E 410* |
Gomma tal-ħarrub |
X |
X |
Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
E 412* |
Gomma tal-gwar |
X |
X |
Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
E 414* |
Gomma arabika |
X |
X |
Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
E 415 |
Gomma ta’ ksantan |
X |
X |
|
|
E 417 |
Trab tal-gomma ta’ tara |
X |
X |
Aġent li jgħaqqad Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
E 418 |
Gomma tal-ġellan |
X |
X |
Unikament b’indiċi elevat tal-aċil Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. |
|
E 422 |
Gliċerol |
X |
X |
Unikament minn oriġini ta’ pjanti Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. Għall-estratti ta’ pjanti, taħwir,, umidifikant f’kapsuli tal-ġel u bħala kisi tal-wiċċ ta’ pilloli |
|
E 440 (i)* |
Pektin |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: prodotti b’bażi tal-ħalib; |
|
E 464 |
Idrossipropil metilċelluloża |
X |
X |
Materjal ta’ enkapsulament għal kapsula |
|
E 500 |
Karbonati tas-sodju |
X |
X |
|
|
E 501 |
Karbonati tal-potassju |
X |
|
|
|
E 503 |
Karbonati tal-ammonju |
X |
|
|
|
E 504 |
Karbonati tal-manjeżju |
X |
|
|
|
E 509 |
Klorur tal-kalċju |
|
X |
Koagulazzjoni tal-ħalib |
|
E 516 |
Sulfat tal-kalċju |
X |
|
Trasportatur |
|
E 524 |
Idrossidu tas-sodju |
X |
|
Trattament tas-superfiċe tal-“Laugengebäck” u regolar tal-aċidità fit-taħwir organiku |
|
E 551 |
Diossidu tas-silikon |
X |
X |
Għall-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar f’forma ta’ trab niexef, għat-taħwir u għaż-żaftur |
|
E 553b |
Talkum |
X |
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: trattament superfiċjali taz-zalzett |
|
E 901 |
Xama’ tan-naħal |
X |
|
Unikament bħala aġent tal-kisi għall-prodotti tal-ħelu. Xama’ tan-naħal minn produzzjoni organika |
|
E 903 |
Xama’ tal-karnawba |
X |
|
Bħala aġent tal-kisi għall-prodotti tal-ħelu biss. Bħala metodu ta’ mitigazzjoni għat-trattament kiesaħ estrem obbligatorju tal-frott bħala miżura ta’ kwarantina kontra organiżmi ta’ ħsara (id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1279) (1) Unikament meta jkun ġej minn produzzjoni organika Applikabbli biss mill-1 ta’ Jannar 2022. Sa dik id-data, unikament meta jkunu ġejjin minn materja prima organika. |
|
E 938 |
Argon |
X |
X |
|
|
E 939 |
Elju |
X |
X |
|
|
E 941 |
Nitroġenu |
X |
X |
|
|
E 948 |
Ossiġenu |
X |
X |
|
|
E 968 |
Eritritol |
X |
X |
Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika mingħajr l-użu ta’ teknoloġija ta’ skambju ta’ joni” |
TAQSIMA B — L-GĦAJNUNIET GĦALL-IPPROĊESSAR U PRODOTTI OĦRA, LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ INGREDJENTI TA’ ORIĠINI AGRIKOLA MILL-PRODUZZJONI ORGANIKA
|
Isem |
Preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-pjanti |
Preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali |
Kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi flimkien mar-Regolament (UE) Nru 1333/2008 |
|
Ilma |
X |
X |
Ilma tax-xorb fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE |
|
Klorur tal-kalċju |
X |
|
Aġent koagulanti |
|
Karbonat tal-kalċju |
X |
|
|
|
Idrossidu tal-kalċju |
X |
|
|
|
Sulfat tal-kalċju |
X |
|
Aġent koagulanti |
|
Klorur tal-manjeżju (jew nigari) |
X |
|
Aġent koagulanti |
|
Karbonat tal-potassju |
X |
|
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-pjanti: tnixxif tal-għeneb |
|
Karbonat tas-sodju |
X |
X |
|
|
Aċidu lattiku |
|
X |
Fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: għar-regolar tal-pH tal-banju tas-salmura fil-produzzjoni tal-ġobon |
|
L(+)aċidu lattiku mill-fermentazzjoni |
X |
|
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-pjanti: għall-preparazzjoni ta’ estratti tal-proteini tal-pjanti |
|
Aċidu ċitriku |
X |
X |
|
|
Idrossidu tas-sodju |
X |
|
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-pjanti: għall-produzzjoni taz-zokkor (zokkrijiet); għall-produzzjoni taż-żejt eskluż il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa; għall-preparazzjoni ta’ estratti tal-proteini tal-pjanti |
|
Aċidu sulfuriku |
X |
X |
Produzzjoni tal-ġelatina Produzzjoni taz-zokkor (zokkrijiet) |
|
Estratt tal-ħop |
X |
|
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-pjanti: unikament għal skopijiet antimikrobiċi fil-produzzjoni taz-zokkor. Meta jkunu disponibbli mill-produzzjoni organika |
|
Estratt tar-rożin tal-arżnu |
X |
|
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-pjanti: unikament għal skopijiet antimikrobiċi fil-produzzjoni taz-zokkor. Meta jkunu disponibbli mill-produzzjoni organika |
|
Aċidu idrokloriku |
|
X |
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Produzzjoni tal-ġelatina; għar-regolazzjoni tal-pH tal-banju tas-salmura fl-ipproċessar tal-ġobnijiet Gouda, Edam u Maasdammer, Boerenkaas, Friese u Leidse Nagelkaas |
|
Idrossidu tal-ammonju |
|
X |
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Produzzjoni tal-ġelatina |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
X |
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: produzzjoni tal-ġelatina |
|
Diossidu tal-karbonju |
X |
X |
|
|
Nitroġenu |
X |
X |
|
|
Etanol |
X |
X |
Solvent |
|
Aċidu tanniku |
X |
|
Għajnuna għall-filtrazzjoni |
|
Albumina tal-abjad tal-bajd |
X |
|
|
|
Kaseina |
X |
|
|
|
Ġelatina |
X |
|
|
|
Isinglass |
X |
|
|
|
Żjut veġetali |
X |
X |
Aġent għad-dlik, kontra t-twaħħil jew kontra r-ragħwa. Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika |
|
Ġell tad-diossidu tas-siliċju jew soluzzjoni kollojdali |
X |
|
|
|
Karbonju attivat |
X |
|
|
|
Talkum |
X |
|
F’konformità mal-kriterji speċifiċi ta’ purità għall-addittiv tal-ikel E 553b |
|
Bentonit |
X |
X |
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: bħala aġent adeżiv għall-idromel |
|
Ċelluloża |
X |
X |
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Produzzjoni tal-ġelatina |
|
Trab tad-diatomi |
X |
X |
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Produzzjoni tal-ġelatina |
|
Perlit |
X |
X |
Fir-rigward ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali: Produzzjoni tal-ġelatina |
|
Qxur tal-ġellewż |
X |
|
|
|
Grixa tar-ross |
X |
|
|
|
Xama’ tan-naħal |
X |
|
Aġent kontra t-twaħħil Xama’ tan-naħal minn produzzjoni organika |
|
Xama’ tal-karnawba |
X |
|
Aġent kontra t-twaħħil Applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022. Sa dik id-data, unikament meta jkunu ġejjin minn materja prima organika Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. |
|
Aċidu aċetiku/ħall |
|
X |
Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika. Unikament għall-ipproċessar tal-ħut. Minn fermentazzjoni naturali, li ma għandhiex tkun prodotta minn OĠM jew minn OĠM |
|
Kloridrat tat-tijamina |
X |
X |
Unikament għall-użu fl-ipproċessar tal-inbejjed tal-frott, inkluż is-sidru u s-sidru tal-lanġas u l-idromel |
|
Fosfat tad-diammonju |
X |
X |
Unikament għall-użu fl-ipproċessar tal-inbejjed tal-frott, inkluż is-sidru u s-sidru tal-lanġas u l-għasel iffermentat |
|
Fibra tal-injam |
X |
X |
Is-sors tal-injam għandu jkun ristrett għal injam iċċertifikat, mill-ħsad sostenibbli. L-injam użat ma jridx ikun fih komponenti tossiċi (trattament ta’ wara l-ħsad, tossini li jfeġġu b’mod naturali jew tossini minn mikroorganiżmi) |
TAQSIMA C — L-GĦAJNUNIET GĦALL-IPPROĊESSAR GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĦMIRA U TAL-PRODOTTI TAL-ĦMIRA
|
Isem |
Ħmira primarja |
Taħlitiet/formulazzjonijiet tal-ħmira |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
|
Klorur tal-kalċju |
X |
|
|
|
Diossidu tal-karbonju |
X |
X |
|
|
Aċidu ċitriku |
X |
|
Għar-regolar tal-pH fil-produzzjoni tal-ħmira |
|
Aċidu lattiku |
X |
|
Għar-regolar tal-pH fil-produzzjoni tal-ħmira |
|
Nitroġenu |
X |
X |
|
|
Ossiġenu |
X |
X |
|
|
Lamtu tal-patata |
X |
X |
Għall-iffiltrar Unikament meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika |
|
Karbonat tas-sodju |
X |
X |
Għar-regolar tal-pH |
|
Żjut veġetali |
X |
X |
Aġent għad-dlik, kontra t-twaħħil jew kontra r-ragħwa Unikament meta jkun ġej minn produzzjoni organika |
(1) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1279 tal-14 ta’ Lulju 2017 li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 184, 15.7.2017, p. 33).
ANNESS V
“ANNESS VIIIa
Prodotti u sustanzi awtorizzati għall-użu jew bħala addizzjoni fil-prodotti organiċi tas-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 29c
|
Tip ta’ trattament f’konformità mal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 |
Isem il-prodotti jew is-sustanzi |
Kundizzjonijiet speċifiċi, restrizzjonijiet fil-limiti u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009 |
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 1: Użu għall-arjazzjoni jew għall-ossiġenazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 3: Ċentrifuġu u filtrazzjoni |
|
Jintuża biss bħala aġent inert tal-filtrazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 4: L-użu sabiex tinħoloq atmosfera inerta u biex jiġi mmaniġġjat il-prodott protett mill-arja |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punti 5, 15 u 21: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 6: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 7: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 9: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 10: Kjarifikazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 12: Użu għall-finijiet ta’ aċidifikazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 13: Użu għall-finijiet tad-deaċidifikazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 14: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 17: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 19: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 22: Użu għall-gassifikazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 23: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 24: Żieda għall-finijiet ta’ stabbilizzazzjoni tal-inbid |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 25: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 27: Żieda |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 28: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 30: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 31: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 35: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 38: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 39: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 44: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Punt 51: Użu |
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Tip ta’ trattament f’konformità mal-Anness III, il-punt A.2(b) tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 |
|
Unikament għall-“vino generoso” jew għall-“vino generoso de licor” |
(1) Għall-varjanti individwali tal-ħmira: jekk disponibbli, derivati minn materja prima organika.
(2) Derivat minn materja prima organika jekk disponibbli.