12004V166

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 5 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - Subsezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għal impriżi - Artikolu III-166

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0070 - 0071


Artikolu III-166

1. Fil-każ ta' impriżi pubbliċi u impriżi li l-Istati Membri jagħtuhom drittijiet speċjali jew esklużivi, l-Istati Membri la għandhom jiddekretaw u lanqas iżommu fis-seħħ xi disposizzjoni kuntrarja għall-Kostituzzjoni, b'mod partikolari l-Artikolu I-4 (2) u l-Artikoli III-161 sa III-169.

2. Impriżi fdati bl-operazzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew li jkollhom il-karattru ta' monopolju fiskali għandhom ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni, b'mod partikolari r-regoli dwar il-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet ma xxekkilx it-twettiq, bil-liġi jew fil-fatt, tad-dmirijiet partikolari mogħtija lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux jintlaqat sa dak il-limitu li jkun kuntrarju għall-interessi ta' l-Unjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tassigura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għandha, meta meħtieġ, tadotta regolamenti jew deċiżjonijiet Ewropej xierqa.

--------------------------------------------------