<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑678/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0678</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2434">EU:C:2014:2434</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141211">11.12.2014</DATE> — KAWŻA C‑678/11</P><P>IL-KUMMISSJONI vs SPANJA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 56 TFUE u 36 tal-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi proposti fi Spanja minn fondi ta’ pensjoni u minn kumpanniji ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Skemi ta’ rtirar professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja</KEYWORD><KEYWORD>Natura restrittiva</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Effikaċja tal-kontrolli fiskali u ġlieda kontra l-evażjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑678/11,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20111222">22 ta’ Diċembru 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Jimeno Fernández u W. Roels, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, irrappreżentat minn A. Rubio González, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn G. de Bergues, D. Colas u J.- S. Pilczer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda (Relatur), A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi adotta u żamm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 46(c) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2002, li japprova t-test ikkonsolidat tal-liġi li tirregola skemi u fondi ta’ pensjoni (Real Decreto Legislativo 1/2002, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley de Regulación de los Planes y Fondos de Pensiones), tad-<DATE ISO="20021129">29 ta’ Novembru 2002</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 298, tat-<DATE ISO="20021213">13 ta’ Diċembru 2002</DATE>, p. 43361, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>liġi li tirregola skemi u fondi ta’ pensjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fl-Artikolu 86 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 6/2004, li japprova t-test ikkonsolidat tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati (Real Decreto Legislativo 6/2004, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley de ordenación y supervisión de los seguros privados), tad-<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 267, tal-<DATE ISO="20041105">5 ta’ Novembru 2004</DATE>, p. 36602, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fl-Artikolu 10 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 5/2004, li japprova t-test ikkonsolidat tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti (Real Decreto Legislativo 5/2004, por el que se aprueba el texto refundido de la ley del Impuesto sobre la renta de los no residentes), tal-<DATE ISO="20040305">5 ta’ Marzu 2004</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 62, tat-<DATE ISO="20040312">12 ta’ Marzu 2004</DATE>, p. 11176), kif emendat bil-liġi 36/2006 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali (Ley 36/2006 de medidas para la prevención del fraude fiscal), tad-<DATE ISO="20061129">29 ta’ Novembru 2006</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 286, tat-<DATE ISO="20061130">30 ta’ Novembru 2006</DATE>, p. 42087, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u fl-Artikolu 47 tal-liġi ġenerali dwar tassazzjoni 58/2003 (Ley 58/2003, General Tributaria), tas-<DATE ISO="20031217">17 ta’ Diċembru 2003</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 302, tat-<DATE ISO="20031218">18 ta’ Diċembru 2003</DATE>, p. 44987, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>liġi ġenerali dwar tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li skont dawn il-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jipproponu skemi tal-irtirar professjonali f’dan l-Istat Membru kif ukoll il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, b’mod partikolari, huma obbligati li jaħtru rappreżentant fiskali residenti f’dan l-Istat Membru, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 56 TFUE u 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tal-liġi ġenerali dwar tassazzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet tar-relazzjonijiet tagħhom mal-amministrazzjoni fiskali, il-persuni taxxabbli li ma jirrisjedux fi Spanja għandhom jaħtru rappreżentant stabbilit fit-territorju Spanjol, meta dawn joperaw fuq dan it-territorju permezz tal-intermedju ta’ stabbiliment permanenti, meta l-leġiżlazzjoni fiskali tipprevedi espressament dan jew meta l-amministrazzjoni fiskali tirrikjedi dan minħabba karatteristiċi tat-tranżazzjoni jew tal-attività mwettqa jew tal-ammont tad-dħul riċevut.</ALINEA><ALINEA>Din il-ħatra għandha tiġi nnotifikata lill-amministrazzjoni fiskali fit-termini previsti mil-leġiżlazzjoni fiskali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tal-liġi li tirregola skemi u fondi ta’ pensjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra li jfittxu li jiżviluppaw fi Spanja skemi ta’ rtirar professjonali suġġetti għal-leġiżlazzjoni Spanjola huma obbligati li jaħtru rappreżentant, jiġifieri persuna fiżika abitwalment residenti fi Spanja jew persuna ġuridika stabbilita fi Spanja, li jkollha s-setgħat li ġejjin:</P><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>tirrappreżenta l-fondi ta’ pensjoni għall-finijiet tal-obbligi fiskali tagħha fid-dawl tal-attivitajiet imwettqa fit-territorju Spanjol. Ir-rappreżentant għandu jissodisfa l-obbligi li jikkonsistu li jitwettaq it-tnaqqis jew il-ħlas antiċipat u li jiġi ttrasferit l-ammont lit-Teżor għall-iskemi suġġetti għal-leġiżlazzjoni Spanjola, fil-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi, kif ukoll jissodisfa l-obbligi ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni fiskali previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola applikabbli għall-amministraturi ta’ fondi ta’ pensjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 86(1) tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor taż-Żona Ekonomika Ewropea li jixtiequ joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi huma obbligati li jaħtru rappreżentant li għandu r-residenza fiskali tiegħu fi Spanja għall-finijiet tal-obbligi fiskali koperti minn din il-liġi għall-attivitajiet imwettqa fit-territorju Spanjol.</P><P>Dan ir-rappreżentant għandu jissodisfa, f’isem il-kumpannija ta’ assigurazzjoni li topera taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, minbarra l-obbligi msemmija fl-Artikolu 82 ta’ din il-liġi, l-obbligi fiskali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>iwettaq it-tnaqqis jew il-ħlas antiċipat u jittrasferixxi l-ammont lit-Teżor għat-tranżazzjonijiet imwettqa fi Spanja fil-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni li tirregola t-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi, it-taxxa fuq il-kumpanniji u t-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jinforma lill-amministrazzjoni fiskali bit-tranżazzjonijiet imwettqa fi Spanja skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li tirregola t-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi, it-taxxa fuq il-kumpanniji u t-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-persuni taxxabbli suġġetti għal din it-taxxa huma obbligati li jaħtru, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ dikjarazzjoni tad-dħul riċevut fi Spanja, persuna fiżika jew ġuridika residenti fi Spanja sabiex tirrappreżentahom quddiem l-amministrazzjoni fiskali f’dak li jikkonċerna l-obbligi tagħhom skont din it-taxxa, meta huma joperaw permezz tal-intermedju ta’ stabbiliment permanenti, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 24(2) u fl-Artikolu 38 ta’ din il-liġi, jew meta l-amministrazzjoni fiskali teħtieġ dan minħabba l-ammont jew il-karatteristiċi tad-dħul riċevut fit-territorju Spanjol mill-persuna taxxabbli.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 99(2) tal-Liġi 35/2006, dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi u li temenda parzjalment il-liġijiet dwar it-taxxi fuq il-kumpanniji, fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti u fuq il-patrimonju (Ley 35/2006 del Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas y de modificación parcial de las leyes de los Impuestos sobre Sociedades, sobre la Renta de no Residentes y sobre el Patrimonio), tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 285, tad-<DATE ISO="20061129">29 ta’ Novembru 2006</DATE>, p. 41734), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-entitajiet u l-persuni ġuridiċi, inklużi l-entitajiet li jattribwixxu dħul, li jħallsu dħul suġġett għal din it-taxxa, huma obbligati li jwettqu tnaqqqis u l-ħlas, fid-dawl ta’ ħlas antiċipat tat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi dovuta mill-benefiċjarju tad-dħul. L-ammont li għandu jitħallas lit-Teżor, il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tad-dħul huma stabbiliti permezz tar-regolamenti. Huma suġġetti għall-istess obbligi, il-persuni taxxabbli li jeżerċitaw attivitajiet ekonomiċi, għad-dħul li huma jħallsu fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tagħhom, kif ukoll il-persuni fiżiċi, ġuridiċi u entitajiet oħra li ma jirrisjedux fit-territorju Spanjol iżda li joperaw f’dan it-territorju permezz tal-intermedju ta’ stabbiliment permanenti, jew li ma għandhomx stabbiliment permanenti iżda li jħallsu dħul minn xogħol kif ukoll<?PAGE NO="4"?> dħul ieħor suġġett għal tnaqqis jew għal ħlas antiċipat li jikkostitwixxi spejjeż deduċibbli fid-dawl tal-kisba ta’ dħul imsemmi fl-Artikolu 24(2) tat-test ikkodifikat tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Ir-rappreżentant maħtur skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(1) tat-test ikkodifikat tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati, li jaġixxi f’isem il-kumpannija ta’ assigurazzjoni li topera taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, huwa obbligat li jwettaq tnaqqis u ħlas antiċipat għat-tranżazzjonijiet imwettqa fi Spanja.</ALINEA><ALINEA>Il-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li fi Spanja jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali suġġetti għal-leġiżlazzjoni Spanjola huma obbligati, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 350)], li jaħtru rappreżentant li għandu r-residenza fiskali tiegħu fi Spanja li jirrappreżentahom għall-finijiet ta’ obbligi fiskali. Dan ir-rappreżentant huwa obbligat li jwettaq tnaqqis u ħlas antiċipat għat-tranżazzjonijiet imwettqa fi Spanja.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u t-talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B’ittri tal-4 ta’ April u tal-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>, il-Kummissjoni intimat lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirrimedja l-inkompatibbiltà mal-Artikoli 49 KE u 34 tal-Ftehim ŻEE tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Spanjol li jimponu fuq il-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali fi Spanja, lill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll lil ċerti entitajiet u persuni fiżiċi mhux residenti obbligu li jaħtru rappreżentant fiskali residenti fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara tweġibiet tar-Renju ta’ Spanja għall-ittri ta’ intimazzjoni tagħha, il-Kummissjoni, fid-<DATE ISO="20100129">29 ta’ Jannar 2010</DATE>, indirizzat lil dan l-Istat Membru opinjoni motivata li fiha hija żammet mal-analiżi provviżorja esposta f’dawn l-ittri u tagħtu terminu ta’ xahrejn sabiex jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ din l-opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Billi ma kinitx issodisfatta bit-tweġiba tar-Renju ta’ Spanja għal din l-opinjoni, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors. Hija tiddikjara li limitat is-suġġett ta’ dan ir-rikors għall-obbligu, previst mid-dritt Spanjol, li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja fil-każijiet biss ta’ fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali fi Spanja kif ukoll kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fil-<DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja qajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 91(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ fid-data ta’ preżentata tar-rikors. Fit-<DATE ISO="20121002">2 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tgħaqqad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mal-mertu skont ir-raba’ paragrafu tal-istess artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20120509">9 ta’ Mejju 2012</DATE>, ir-Repubblika Franċiża ġiet ammessa tintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jinvoka tliet argumenti insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu. Fl-ewwel lok, huwa jsostni li, permezz tal-użu tal-avverbju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fit-talba tar-rikors, il-Kummissjoni ma limitatx is-suġġett tar-rikors tagħha b’mod eżawrjenti u preċiż. Fit-tieni lok, dan l-Istat Membru jqis li l-Kummissjoni bi żball invokat, insostenn tar-rikors tagħha, żewġ dispożizzjonijiet irregolati mid-dritt Spanjol, jiġifieri l-Artikolu 10 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti u l-Artikolu 47 tal-liġi ġenerali dwar tassazzjoni. Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-ewwel dispożizzjoni ma għandha ebda relazzjoni mas-sitwazzjonijiet imsemmija mir-rikors tal-Kummissjoni u li t-tieni dispożizzjoni hija limitata sabiex tistabbilixxi l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ġenerali tas-sistema fiskali Spanjola u ma tirreferix għall-każijiet speċifiċi li fihom għandu jinħatar rappreżentant fiskali. Fit-tielet lok, ir-Renju ta’ Spanja jakkuża lill-Kummissjoni li ma ppreċiżatx b’mod ċar jekk Stat Membru ma jista’ f’ebda każ jimponi fuq persuna mhux residenti l-obbligu li taħtar tali rappreżentant, jew jekk jeżistux ċerti eċċezzjonijiet għal din ir-regola għal raġunijiet iġġustifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiċħad l-argumenti mressqa mir-Renju ta’ Spanja insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 38(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ fid-data ta’ preżentata tar-rikors, u mill-ġurisprudenza dwar din id-dispożizzjoni jirriżulta li kull rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi, u li din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed li tippermetti lill-konvenut li jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Ġustizzja li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom huwa bbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mit-test tar-rikors stess, u li t-talbiet ta’ dan ir-rikors għandhom ikunu fformulati b’mod mhux ekwivoku sabiex jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew tonqos milli tiddeċiedi dwar ilment (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑360/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:17">EU:C:2013:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikors tal-Kummissjoni kien jissodisfa dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja l-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fit-talbiet tar-rikors, jirriżulta mingħajr ambigwità kemm minn dawn it-talbiet kif ukoll mill-ilmenti esposti fir-rikors li r-rikors tal-Kummissjoni jirreferi għall-obbligu previst mid-dritt Spanjol li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja f’żewġ każijiet speċifiċi, jiġifieri għall-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali fi Spanja u għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi. Barra minn hekk, min-noti ppreżentati mill-Istat Membru konvenut jirriżulta li r-rikors ġie fformulat b’mod biżżejjed ċar u preċiż peress li dan ikkonċentra d-difiża tiegħu fuq dawn iż-żewġ każijiet speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li l-ewwel argument invokat mir-Renju ta’ Spanja insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu jiġi miċħud.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Minbarra dan, peress li r-rikors jirreferi biss għal dawn iż-żewġ każijiet speċifiċi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ħaditx pożizzjoni ċara fuq in-natura possibbilment leġittima, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, ta’ obbligu għal persuna mhux residenti li taħtar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja f’ċirkustanzi oħra. Għaldaqstant, it-tielet argument imressaq minn dan l-Istat Membru għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni argument invokat mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu, il-Kummissjoni kienet korrettament irrilevat li, peress li r-rikors tagħha kien iddefinixxxa b’mod ċar is-suġġett tar-rikors, l-eventwali assenza ta’ rilevanza ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali msemmija minn din l-istituzzjoni ma twassalx għall-inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors. Dan japplika iktar u iktar peress li, fir-rikors tiegħu għal eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, dan l-Istat Membru jammetti r-rilevanza, għall-finijiet ta’ dan ir-rikors, ta’ tnejn mid-dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali msemmija mill-Kummissjoni fir-rikors tagħha, jiġifieri l-Artikolu 46(c) tal-liġi li tirregola skemi u fondi ta’ pensjoni u l-Artikolu 86(1) tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Isegwi li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mir-Renju ta’ Spanja għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-ksur tal-Artikolu 56 TFUE</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li l-obbligu, għall-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali f’dan l-Istat Membru kif ukoll il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, li jaħtru rappreżentant fiskali residenti f’dan l-Istat Membru jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Minn naħa, dan l-obbligu jimplika piż supplimentari għal dawn il-fondi ta’ pensjoni u dawn il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni. Min-naħa l-oħra, dan jostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għall-persuni u għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jixtiequ jipproponu servizzi ta’ rappreżentanza fiskali lil entitajiet jew lil persuni fiżiċi li joperaw fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>La r-Renju ta’ Spanja u lanqas ir-Repubblika Franċiża, inkwantu intervenjenti, ma jikkontestaw in-natura restrittiva tal-miżuri inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja huwa ġġustifikat min-neċessità ta’ kontroll fiskali effikaċji u mill-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali. Dan isostni, minbarra dan, li l-miżuri inkwistjoni ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja jafferma li, fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, l-intensità tal-kontrolli u l-livell ta’ effettività tal-azzjonijiet ta’ ġlieda kontra l-evażjoni fiskali huma b’mod sinjifikattiv ogħla meta interlokutur immedjat, bħal rappreżentant fiskali, huwa disponibbli. Min-naħa l-oħra, dawn l-għanijiet ma jintlaħqux b’mod effettiv billi jsir użu tal-assistenza reċiproka tal-awtoritajiet ta’ Stati Membri differenti sabiex tiġi skambjata informazzjoni u għall-irkupru ta’ talbiet, hekk kif imsemmi mid-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-<DATE ISO="19771219">19 ta’ Diċembru 1977</DATE>, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u tat-taxxi fuq il-primjums tal-assigurazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="757" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 757</REF.DOC.OJ>,<?PAGE NO="7"?> iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Direttiva 77/799<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE, tas-<DATE ISO="20080526">26 ta’ Mejju 2008</DATE>, dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="150" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2008">ĠU L 150, p. 28</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Istat Membru konvenut jikkunsidra li l-ineffettività tas-sistema stabbilita minn dawn id-direttivi tintwera mill-fatt li dawn kienu ġew imħassra fil-kuntest ta’ riforma tal-istrumenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva u ta’ assistenza għall-irkurpu ta’ krediti. Minbarra dan, dan l-Istat Membru jevoka, permezz ta’ data insostenn, ir-rata baxxa ta’ rkupru ta’ talbiet wara, l-ewwel nett, it-tmien talbiet ippreżentati lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-2011 u, it-tieni nett, talbiet indirizzati lil Stati Membri oħra bejn is-snin 2005 u 2009.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont ir-Renju ta’ Spanja, peress li ċerta informazzjoni meħtieġa mill-amministrazzjoni fiskali Spanjola taħt forma ta’ dikjarazzjoni hija ta’ natura ġenerali u ma hijiex neċessarjament jew ma hijiex esklużivament iddestinata għad-determinazzjoni tat-taxxa, l-informazzjoni li tinsab f’dawn id-dikjarazzjonijiet ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/799. Konsegwentement, l-applikazzjoni effettiva tat-taxxi teħtieġ id-determinazzjoni minn qabel ta’ persuna li magħha l-amministrazzjoni fiskali jkollha relazzjoni matul proċeduri differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ħlas tat-taxxa dovuta fuq id-dħul li jaqa’ taħt skemi ta’ rtirar professjonali, ir-Renju ta’ Spanja jindika li, f’dak li jikkonċerna l-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali fi Spanja kif ukoll il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-setgħa jew l-obbligu tar-rappreżentant fiskali li jwettaq it-tnaqqis tal-ammont tat-taxxa u l-ħlas antiċipat tagħha lit-Teżor pubbliku, previsti rispettivament fl-Artikolu 46(c) tal-liġi li tirregola skemi u fondi ta’ pensjoni u fl-Artikolu 86(1)(a) tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati, jirriflettu l-obbligu previst fl-Artikolu 99(2) tal-Liġi 35/2006, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, li jitwettaq tnaqqis fuq id-dħul minn xogħol. Filwaqt li, skont din l-aħħar dispożizzjoni, l-organi ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Spanja jwettqu huma stess dan it-tnaqqis, in-neċessità għall-fondi ta’ pensjoni u għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stati Membri oħra li jaħtru rappreżentant fiskali residenti fi Spanja għall-finijiet, b’mod partikolari li jseħħ dan it-tnaqqis hija ġġustifikata mill-kumplessità tal-kalkolu tal-ammont tiegħu. Fl-assenza ta’ tali obbligu ta’ tnaqqis fil-każ ta’ dawn l-entitajiet mhux residenti, dawn l-entitajiet ikollhom vantaġġ finanzjarju meta pparagunati mal-entitajiet stabbiliti fi Spanja, li jwassal sabiex il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jiġu ppreġudikati.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jirrileva li din il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mibdija kontrih wasslitu sabiex ineħħi, permezz tal-Liġi 2/2011 dwar l-ekonomija sostenibbli (Ley 2/2011 de Economía Sostenible), tal-<DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 55, tal-<DATE ISO="20110305">5 ta’ Marzu 2011</DATE>, p. 25033), il-kundizzjoni ta’ residenza fi Spanja tar-rappreżentant fiskali msemmi fl-Artikolu 86(1) tal-liġi li dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati, minkejja li, skont dan l-Istat Membru, din il-kundizzjoni kienet tikkostitwixxi garanzija aħjar tat-twettiq effettiv tal-obbligi fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Insostenn tar-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża tqis li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija ġġustifikata min-neċessità li tiġi ggarantita l-effettività tal-irkupru tat-taxxa, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet inkwantu raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali. Din hija xierqa sabiex jintlaħaq dan l-għan, billi tagħmel il-ġbir u l-irkupru tat-taxxa dovuta iktar sempliċi u mħaffa. Peress li r-rappreżentanti fiskali huma suġġetti għall-kontroll tal-amministrazzjoni fiskali Spanjola, din l-amministrazzjoni tista’ tiżgura l-infurzar tal-irkupru ta’ din it-taxxa. Minbarra dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet irrikonoxxxiet, fis-sentenzi FKP Scorpio Konzertproduktionen (C‑290/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:630">EU:C:2006:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u X (C‑498/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-proċedura ta’ taxxa f’ras il-għajn u s-sistema ta’ responsabbiltà relatata magħha jikkostitwixxu mezz leġittimu u xieraq sabiex jiġi żgurat it-trattament fiskali ta’ persuna stabbilita barra mill-Istat ta’ tassazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-obbligu li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, ir-Repubblika Franċiża tqis li possibbiltajiet oħra ma jippreżentawx inqas inkonvenjenzi mill-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja. Fl-ewwel lok, obbligu għall-klijenti residenti tal-fondi ta’ pensjoni u tal-kumpanniji ta’ assigurazzjoni mhux residenti fi Spanja li jħallsu huma stess it-taxxa f’ras il-għajn jimplika piż amministrattiv supplimentari kif ukoll riskji fil-qasam ta’ responsabbiltà, li jagħmel is-servizzi transkonfinali inqas attraenti minn dawk tal-fornituri residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-punti 50 u 51 tas-sentenza X (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li l-ġbir tat-taxxa mingħand il-fornitur ta’ servizzi mhux residenti jwassal għal piż kunsiderevoli għal dan il-fornitur, li għalhekk jista’ jiġi dissważ milli jipprovdi servizz fl-Istat Membru kkonċernat. F’dan ir-rigward, l-ammont ta’ xogħol tal-persuni impjegati ta’ dan il-fornitur ikun għaldaqstant ikbar peress li jkollhom jissodisfaw obbligi fiskali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u li jkollhom, minħabba f’hekk, jimlew dikjarazzjoni fiskali f’lingwa barranija.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Franċiża, dan ir-rikors huwa differenti minn dak li ta lok għas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (C‑522/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:405">EU:C:2007:405</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). F’din is-sentenza, il-preżenza ta’ tliet motivi kumulattivi kienet wasslet lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fl-Istat Membru kkonċernat kien imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat il-ħlas tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni inkwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet b’mod partikolari rrilevat li, skont id-dritt Belġjan, l-assigurat huwa personalment debitur ta’ din it-taxxa meta l-kuntratt ikkonċernat kien ġie sottoskritt għand assiguratur mhux stabbilit fil-Belġju. Issa, dan il-motiv ma huwiex issodisfat f’dak li jikkonċerna dan ir-rikors peress li l-leġiżlazzjoni Spanjola tipprevedi li huwa biss ir-rappreżentant fiskali residenti fi Spanja li huwa debitur tat-taxxi dovuti mill-fondi ta’ pensjoni mhux residenti u mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, filwaqt li tammetti n-natura leġittima tal-għanijiet invokati mir-Renju ta’ Spanja sabiex jiġġustifika l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja fil-każijiet imsemmija fir-rikors tagħha, tikkontesta l-argumenti ta’ dan l-Istat Membru kif ukoll tar-Repubblika Franċiża li skont dawn dan l-obbligu huwa neċessarju sabiex jintlaħqu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward tas-suġġett ta’ dan ir-rikors hekk kif stabbilit fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, huwa paċifiku li, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola fil-qasam, il-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali f’dan l-Istat Membru kif ukoll il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi huma obbligati li jaħtru rappreżentant fiskali residenti fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jirriżulta mill-punt 12 ta’ din is-sentenza, ir-rilevanza ta’ żewġ dispożizzjonijiet tad-dritt Spanjol invokati mill-Kummissjoni fir-rikors tagħha hija kkontestata mir-Renju ta’ Spanja. F’dan ir-rigward, din l-istituzzjoni rrikonoxxiet li l-Artikolu 10 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni mhux residenti jirrigwarda l-obbligu li jinħatar rappreżentant f’ċirkustanzi mhux relatati mas-suġġett ta’ dan ir-rikors. Fir-rigward tal-Artikolu 47 tal-liġi ġenerali dwar tassazzjoni, billi limitat ruħha sabiex issostni li dan jikkostitwixxi r-regola bażika li tobbliga lill-persuni taxxabbli mhux residenti fi Spanja li jaħtru rappreżentant residenti f’dan l-Istat Membru, il-Kummissjoni ma turix li l-modifika jew it-tħassir ta’ dan l-artikolu huma neċessarji sabiex jintemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huma biss l-Artikolu 46(c) tal-liġi li tirregola pjanijiet u fondi ta’ pensjoni u l-Artikolu 86(1) tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati, li r-rilevanza tagħhom hija barra minn hekk aċċettata mill-Istat Membru konvenut, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-provvisti proposti minn fondi ta’ pensjoni u minn kumpanniji ta’ assigurazzjoni fil-qasam ta’ skemi ta’ rtirar professjonali huma servizzi fis-sens tal-Artikolu 57 TFUE. Fil-fatt, tali servizzi jkopru provvisti mogħtija normalment inkambju ta’ remunerazzjoni li l-karatteristika essenzjali tagħha tinsab fil-fatt li hija tikkostitwixxi l-korrispettiv ekonomiku tal-provvisti inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, C‑296/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:24">EU:C:2014:24</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Hemm lok ukoll li jiġi enfasizzat li, fil-perspettiva ta’ suq uniku u sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-għanijiet tiegħu, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tagħmel il-provvista ta’ servizzi, fis-sens tal-Artikolu 57 TFUE, bejn l-Istati Membri iktar diffiċli minn provvista ta’ servizzi purament interna għal Stat Membru (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:24">EU:C:2014:24</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minbarra dan, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi b’mod partikolari kwalunkwe leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ta’ natura li tipprojbixxi jew li tostakola iktar l-attivitajiet ta’ fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, fejn huwa jipprovdi legalment servizzi simili (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:24">EU:C:2014:24</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat mir-Renju ta’ Spanja li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li bħala prinċipju tmur kontra l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif il-Kummissjoni rrilevat korrettament, l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali fi Spanja jista’ jwassal għal spejjeż supplimentari għall-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali f’dan l-Istat Membru kif ukoll għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi. Konsegwentement, dan jagħmel il-provvista ta’ servizzi minn dawn l-entitajiet lil persuni residenti fi Spanja iktar diffiċli u inqas attraenti mill-provvista ta’ servizzi simili għall-istess persuni minn entitajiet stabbiliti fi Spanja, li ma humiex suġġetti għal dan l-obbligu. Minbarra dan, il-fatt li dan ir-rappreżentant għandu jirrisjedi fi Spanja jostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għall-persuni u għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jixtiequ jipproponu servizzi ta’ rappreżentanza fiskali lil entitajiet jew lil persuni fiżiċi li joperaw fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, minn ġurisprudenza ferm stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-miżuri nazzjonali li jistgħu jostakolaw jew jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE jistgħu madankollu jiġu ammessi bil-kundizzjoni li jsegwu għan ta’ interess ġenerali, li jkunu xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettiq ta’ dan l-għan u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex (ara, b’mod partikolari, is-sentenza van Caster, C‑326/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2269">EU:C:2014:2269</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Huma l-awtoritajiet nazzjonali, meta jadottaw miżura li tidderoga minn prinċipju stabbilit mid-dritt tal-Unjoni, li għandhom jipproduċu l-prova, f’kull każ partikolari, li din il-kundizzjoni hija ssodisfatta. Ir-raġunijiet ġustifikattivi li jistgħu jiġu invokati minn Stat Membru għandhom jinkludu analiżi ta’ kemm il-miżura adottata minn dan l-Istat hija adatta u proporzjonali, kif ukoll elementi preċiżi li jippermettu li jiġi ssostanzjat l-argument tiegħu (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:24">EU:C:2014:24</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jinvoka, inkwantu ġustifikazzjonijiet tal-effetti restrittivi identifikati fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, in-neċessità ta’ kontroll fiskali effikaċji kif ukoll il-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi ddeċidiet li l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-effikaċja tal-kontrolli fiskali jistgħu jiġu invokati sabiex jiġu ġġustifikati restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat (ara s-sentenza Strojírny Prostějov u ACO Industries Tábor, C‑53/13 u C‑80/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2011">EU:C:2014:2011</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Bl-istess mod, in-neċessità li tiġi ggarantita l-effettività tal-irkupru tat-taxxa, invokata mir-Repubblika Franċiża fin-nota ta’ intervent tagħha, tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara s-sentenza X, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan is-sens, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-obbligi ta’ informazzjoni kif ukoll ta’ tnaqqis u ta’ ħlas tas-somom dovuti lit-Teżor pubbliku li r-rappreżentanti fiskali msemmija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni għandhom jissodisfaw għall-fondi ta’ pensjoni u għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja jikkostitwixxu mezz proprju sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-irkupru tat-taxxa dovuta fuq id-dħul imħallas mill-iskemi ta’ rtirar professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kwistjoni jekk din il-leġiżlazzjoni tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, ir-Renju ta’ Spanja, sostnut mir-Repubblika Franċiża, iressaq sensiela ta’ argumenti bbażati fuq l-obbligi u fuq ir-responsabbiltajiet li għandhom ir-rappreżentanti fiskali msemmija minn din l-istess leġiżlazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kisba ta’ informazzjoni dwar it-taxxa dovuta u tal-irkupru tagħha, għall-finijiet ta’ kontroll fiskali effikaċji u tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 77/799 jipprovdi l-iskambju, bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-informazzjoni kollha li tista’ tippermettilhom jaslu għall-istabbiliment korrett, b’mod partikolari, tat-taxxi fuq id-dħul (ara, b’analoġija, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:405">EU:C:2007:405</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-irkupru, b’mod partikolari, tat-taxxi fuq id-dħul, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni, bħal dawk previsti mid-Direttiva 2008/55, huma suffiċjenti sabiex jippermettu lill-Istat Membru kkonċernat li jwettaq irkupru tat-taxxa dovuta fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑269/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:439">EU:C:2012:439</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-argumenti u l-provi mressqa mir-Renju ta’ Spanja sabiex juri l-ineffettività tal-mekkaniżmi stabbiliti mid-Direttivi 77/799 u 2008/55 u, għaldaqstant, in-neċessità li jinħatar rappreżentant fiskali sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta’ informazzjoni u l-irkupru tat-taxxa dovuta ma jistgħux jiġu aċċettati. Minn naħa, il-fatt li dawn id-direttivi kienu tħassru u ġew issostitwiti minn direttivi ġodda ma jikkostitwixxix waħdu l-prova li l-mekkaniżmi li huma kienu stabbilixxew ma kinux effettivi f’dak li jikkonċerna t-trażmissjoni ta’ informazzjoni u l-irkupru ta’ somom dovuti fid-dawl tat-taxxi fuq id-dħul provenjenti minn skemi ta’ rtirar professjonali amministrati minn entitajiet stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja. Min-naħa l-oħra, huwa paċifiku li l-istatistiċi annessi mar-risposta dwar ir-rati ta’ rkupru ta’ talbiet ma jirreferux għal talbiet ta’ rkupru ta’ taxxi f’dan il-qasam. Hekk kif il-Kummissjoni rrilevat waqt is-seduta, il-valur probatorju ta’ dawn l-istatistiċi huwa iktar dgħajjef minħabba l-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni li skont din it-talbiet mhux issodisfatti kienu ġew validament ippreżentati jew li dawn ma kinux ġew irtirati sussegwentement. Għalhekk dawn l-istatistiċi ma jikkostitwixxux element rilevanti u preċiż li jippermetti li jiġu sostnuti l-argumenti mressqa mir-Renju ta’ Spanja f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Renju ta’ Spanja jirreferi għall-obbligi fuq ir-rappreżentanti fiskali, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u dwar it-trażmissjoni ta informazzjoni li, fil-fehma tiegħu, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/799 kif ukoll għat-tnaqqis u għall-ħlas antiċipat lit-Teżor pubbliku tal-ammont ta’ taxxa li għandha titħallas.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat l-ewwel nett li, kuntrarjament għal dak li dan l-Istat Membru jimplika fin-noti tiegħu, ir-rikors tal-Kummissjoni jirreferi mhux għall-obbligu ta’ tnaqqis inkwantu tali, iżda għall-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali għall-finijiet, b’mod partikolari, li jseħħ dan it-tnaqqis. Din l-istituzzjoni b’hekk ma titlobx it-tneħħija tal-proċedura ta’ tnaqqis fir-rigward ta’ dħul li jirriżulta minn skemi ta’ rtirar professjonali amministrati minn entitajiet stabbiliti fi Stat Membru minbarra r-Renju ta’ Spanja. Bl-istess mod, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fis-sentenza X (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iddeċidiet li l-proċedura ta’ taxxa f’ras il-għajn tikkostitwixxi metodu leġittimu u xieraq biex tiġi ggarantita l-effettività tal-irkurpu tat-taxxa dovuta hija irrilevanti għall-finijiet ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-obbligi msemmija fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punti 53 sa 55 tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:405">EU:C:2007:405</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, fir-rigward tal-ħlas ta’ taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni sottoskritti għand assiguratur li ma huwiex stabbilit fil-Belġju, jirriżulta mill-fatt li l-persuna assigurata hija personalment debitur ta’ din it-taxxa, skont id-dritt nazzjonali, li dan id-dritt fih miżuri xierqa biex jiġi ssodisfat l-għan li jiġi żgurat il-ħlas ta’ din it-taxxa li huma inqas dannużi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-obbligu li jinħatar rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, għalkemm ma jirriżultax min-noti mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rikors li, fi Spanja, il-benefiċjarju residenti ta’ provvisti ta’ skemi ta’ rtirar professjonali amministrati minn entitajiet mhux residenti huwa personalment debitur tat-taxxa dovuta fuq dawn il-provvisti, xorta jibqa’ l-fatt, kuntrarjament għal dak li jallega r-Renju ta’ Spanja, sostnut mir-Repubblika Franċiża, li l-prinċipji applikati f’din is-sentenza huma trasponibbli għal dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Renju ta’ Spanja ma weriex b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti mfakkra fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, li l-obbligi ta’ informazzjoni kif ukoll ta’ tnaqqis u ta’ ħlas antiċipat tat-taxxa ma jistgħux jiġu ssodisfatti, fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni, minn mezzi inqas dannużi għall-Artikolu 56 TFUE mill-ħatra ta’ rappreżentant fiskali residenti fi Spanja. B’mod partikolari, l-Istat Membru konvenut ma jippreżentax argumenti li jistgħu jikkontestaw l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li dawn l-obbligi jistgħu jiġu implementati mill-fondi ta’ pensjoni u mill-kumpanniji ta’ assigurazzjoni mhux residenti stess, bħal fil-każ ta’ fondi ta’ pensjoni u ta’ kumpanniji ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Spanja, mingħajr ma dawn l-entitajiet mhux residenti jiġu obbligati li jsostnu l-ispejjeż neċessarji għall-ħatra ta’ rappreżentant fiskali residenti fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-argument imressaq f’dan ir-rigward u bbażat fuq il-punt 50 tas-sentenza X (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn skont dan obbligu ta’ tnaqqis jimplika piż kunsiderevoli għall-fondi ta’ pensjoni u għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni mhux residenti fi Spanja li jistgħu jiddisswaduhom milli jipprovdu servizzi fi Spanja, ma jistax ċertament jiġi eskuż li, f’ċerti każijiet, l-ispejjeż li dawn l-entitajiet għandhom isostnu, jekk eżerċitaw huma stess il-kompiti li huma obbligati li jafdaw lir-rappreżentant fiskali tagħhom jistgħu jkunu ugwali għal, u anki jaqbżu, l-ispejjeż neċessarji sabiex jinħatar dan ir-rappreżentant.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif irrilevat il-Kummissjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li toffri, għall-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali f’dan l-Istat Membru kif ukoll għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-għażla li jinħatar rappreżentant fiskali jew li jwettqu huma stess l-imsemmija kompiti, skont is-soluzzjoni li jqisu li hija l-iktar vantaġġuża mill-aspett ekonomiku, tkun inqas dannuża għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-obbligu ġenerali ta’ ħatra ta’ tali rappreżentant impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, C‑267/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:273">EU:C:2011:273</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47, u National Grid Indus, C‑371/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:785">EU:C:2011:785</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 69 sa 73).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-ġustifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ residenza fi Spanja tar-rappreżentant fiskali inkwistjoni, ir-Renju ta’ Spanja jillimita ruħu sabiex jikkonstata, minn naħa, li din il-kundizzjoni tneħħiet permezz ta’ modifika magħmula fl-2011 fl-Artikolu 86(1) tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati u, min-naħa l-oħra, li din il-kundizzjoni tikkostitwixxi garanzija aħjar tat-twettiq effettiv tal-obbligi fiskali kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata skont is-sitwazzjoni tal-Istat Membru hekk kif kienet tippreżenta ruħha fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata u li l-bidliet li seħħew sussegwentement ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, C‑421/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2064">EU:C:2014:2064</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Minbarra dan, is-sempliċi affermazzjoni li l-kundizzjoni ta’ residenza tikkostitwixxi garanzija aħjar li l-obbligi ta’ natura fiskali li jaqgħu fuq ir-rappreżentant fiskali jiġu ssodisfatti b’mod effettiv hija irrilevanti. Ċertament, il-kontroll ta’ tali rappreżentant mill-awtoritajiet fiskali ta’ Stat Membru jista’ jirriżulta iktar diffiċli meta dan jinsab fi Stat Membru ieħor. Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li diffikultajiet amministrattivi ma jikkostitwixxux raġuni li tista’ tiġġustifika ostakolu għal-libertà fundamentali ggarantita mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Franza, C‑334/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:129">EU:C:2004:129</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29; Papillon, C‑418/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:659">EU:C:2008:659</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54, kif ukoll van Caster, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2269">EU:C:2014:2269</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti 44 u 46 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, għandu jiġi kkonstatat li, billi adotta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 46(c) tal-liġi li tirregola skemi u fondi ta’ pensjoni u tal-Artikolu 86(1) tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati, li skont dawn il-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali f’dan l-Istat Membru kif ukoll il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi huma obbligati li jaħtru rappreżentant fiskali residenti f’dan l-Istat Membru, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 TFUE,</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-ksur tal-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja, sostnut mir-Repubblika Franċiża, iqis li r-raġuni prinċipali invokata mill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni Spanjola inkwistjoni hija sproporzjonata hija l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ assistenza reċiproka fil-qasam fiskali bejn l-Istati Membri, skont id-Direttivi 77/799 u 2008/55. Huma jirrilevaw li l-kuntest ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri stabbilit minn dawn id-direttivi ma jeżistix bejn dawn u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz meta dan l-Istat ma jkun ħa ebda impenn ta’ assistenza reċiproka. Fl-assenza ta’ tali impenn, għandu jiġi kkunsidrat li l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi ggarantit l-irkupru effettiv tat-taxxa dovuta.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tammetti li, f’dak li jikkonċerna ż-Żona Ekonomika Ewropea u fl-assenza ta’ trattat bilaterali mar-Repubblika tal-Islanda, mal-Prinċipat tal-Liechtenstein jew mar-Renju tan-Norveġja, dwar l-assistenza reċiproka fil-qasam fiskali, l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali jista’ jkun iġġustifikat bil-kundizzjoni li dan ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-kontroll fiskali u għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE huwa analogu għall-Artikolu 56 TFUE. Għalhekk, ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kkonstatata fil-punt 40 ta’ din is-sentenza għandha tiġi kkunsidrata, bħala prinċipju, ukoll li tmur kontra l-Artikolu 36.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif jirriżulta mill-punti 49 sa 61 ta’ din is-sentenza, din ir-restrizzjoni ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala ġġustifikata, f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 56 TFUE, min-neċessità ta’ kontroll fiskali effikaċji, il-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali jew in-neċessità li tiġi ggarantita l-effettività tal-irkupru tat-taxxa peress li din tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Din il-konklużjoni tibda mill-premessa li jeżistu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni li huma suffiċjenti sabiex jippermettu lir-Renju ta’ Spanja li jilħaq dawn l-għanijiet fil-każ ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, il-kuntest ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stabbilit, b’mod partikolari, mid-Direttivi 77/799 u 2008/55 ma jeżistix bejn dawn l-awtoritajiet u dawk ta’ Stat terz, meta dan l-Istat terz ma jkun ħa ebda impenn ta’ assistenza reċiproka (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:439">EU:C:2012:439</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 96).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja jsemmi espressament li ma kkonkluda ebda ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Prinċipat tal-Liechtenstein. Peress li l-Kummissjoni, fir-rigward tagħha, ma tallegax l-eżistenza ta’ ftehimiet bilaterali li jirrigwardaw l-assistenza reċiproka fil-qasam fiskali bejn l-Istat Membru konvenut u l-Istati partijiet fil-Ftehim ŻEE li ma humiex membri tal-Unjoni, hija ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ skambju ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni suffiċjenti sabiex ir-Renju ta’ Spanja jkun jista’ jikseb informazzjoni dwar it-taxxa dovuta u l-irkupru tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:273">EU:C:2011:273</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56, u Il‑Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:439">EU:C:2012:439</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 98).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala stabbilit li l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali residenti fi Spanja jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan intiż sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-kontrolli fiskali u tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li r-rikors tal-Kummissjoni inkwantu intiż sabiex jiġi kkonstatat li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Peress li l-Kummissjoni u r-Renju ta’ Spanja tilfu talba waħda jew iktar rispettivament, għandu jiġi deċiż li dawn għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tal-istess regoli, li jipprovdi li l-Istati Membri li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi adotta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 46(c) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2002, li japprova t-test ikkonsolidat tal-liġi li tirregola skemi u fondi ta’ pensjoni (Real Decreto Legislativo 1/2002, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley de Regulación de los Planes y Fondos de Pensiones), tad-<DATE ISO="20021129">29 ta’ Novembru 2002</DATE> u fl-Artikolu 86(1) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 6/2004, li japprova t-test ikkonsolidat tal-liġi dwar l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-assigurazzjonijiet privati (Real Decreto<?PAGE NO="14"?> Legislativo 6/2004, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley de ordenación y supervisión de los seguros privados), tad-<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE>, li skont dawn il-fondi ta’ pensjoni stabbiliti fi Stati Membri minbarra r-Renju ta’ Spanja u li jipproponu skemi ta’ rtirar professjonali f’dan l-Istat Membru kif ukoll il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li joperaw fi Spanja taħt is-sistema ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi huma obbligati li jaħtru rappreżentant fiskali residenti f’dan l-Istat Membru, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>