|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5300 |
14.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12562 – HYPERION / CFA / BOOST AIR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5300)
1.
Fis-6 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hyperion Fund, F.C.R. (“Hyperion”, Spanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Corporación Financiera Azuaga S.L. (“CFA”, Spanja), |
|
— |
Boost Air Group, S.L. (“Boost Air”, Spanja), ikkontrollata minn CFA. |
Hyperion u CFA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Boost Air.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Hyperion huwa fond ta’ ekwità privata li jinvesti f’kumpaniji attivi fit-teknoloġija b’użu doppju, fis-setturi tal-ajruspazju, taċ-ċibersigurtà, tal-intelliġenza artifiċjali u tad-difiża, |
|
— |
CFA huwa grupp finanzjarju speċjalizzat fis-servizzi finanzjarji u ta’ investiment. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Boost Air huma dawn li ġejjin: tipprovdi sett koerenti ta’ servizzi għall-operaturi fis-settur tal-avjazzjoni u tad-difiża: ġestjoni eżekuttiva tal-inġenji tal-ajru, operazzjonijiet eżekuttivi tat-titjir, servizzi ta’ manutenzjoni, forniment u manutenzjoni tal-ispare parts, kif ukoll servizzi anċillari.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12562 — HYPERION / CFA / BOOST AIR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5300/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)