|
21.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1072
tas-16 ta’ Lulju 2020
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 (EUTM Somalia/1/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia), inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 (2) emendat il-katina ta’ kmand tal-EUTM Somalia. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Lulju 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 (3) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Antonello DE SIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2020, id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) ippropona l-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Fabiano ZINZONE biex jissostitwixxi lill-Brigadier Ġeneral Antonello DE SIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia mid-9 ta’ Awwissu 2020. |
|
(5) |
Fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova din il-proposta. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġenerali Fabiano ZINZONE. Jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Fabiano ZINZONE huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mid-9 ta’ Awwissu 2020.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1264 hija mħassra mid-9 ta’ Awwissu 2020.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 133).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1264 tat-23 ta’ Lulju 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2019) (ĠU L 199, 26.7.2019, p. 6).