<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑305/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0305</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2320">EU:C:2014:2320</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141023">23.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑305/13</P><P>HAEGER &amp; SCHMIDT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1), (2), (4) u (5)</KEYWORD><KEYWORD>Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑305/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-ewwel Protokoll, tad-<DATE ISO="19881219">19 ta’ Diċembru 1988</DATE>, dwar l-interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, imressqa mill-Cour de cassation (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Haeger &amp; Schmidt GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Mutuelles du Mans assurances IARD (MMA IARD),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Jacques Lorio,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Dominique Miquel</HT>, bħala stralċatarju ta’ Safram intercontinental SARL,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ace Insurance SA NV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Va Tech JST SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Axa Corporate Solutions SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, C. Toader (Relatur), E. Jarašiūnas u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Haeger &amp; Schmidt GmbH, minn D. Le Prado, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn J.‑S. Pilczer u D. Colas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn F. Dedousi, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1), (2), (4) u (5) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-<DATE ISO="19800619">19 ta’ Ġunju 1980</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="169" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 169, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Konvenzjoni ta’ Ruma<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Haeger &amp; Schmidt GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Haeger &amp; Schmidt<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż u Mutuelles du Mans assurances IARD (MMA IARD), u J. Lorio, D. Miquel, fil-kwalità tiegħu ta’ stralċatur ta’ Safram intercontinental SARL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Safram<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Franċiż, Ace Insurance SA NV, Axa Corporate Solutions SA kif ukoll Va Tech JST SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Va Tech<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar il-kumpens tad-dannu subit minn din tal-aħħar waqt it-trasport ta’ trasformatur li hija kienet xtrat għall-bżonnijiet tal-attività tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Ruma</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Safejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt ma tkunx intgħażlet skond l-Artikolu 3, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu ikollu l-eqreb rabta. Madankollu parti separabbli tal-kuntratt li jkollha rabta eqreb ma’ pajjiż ieħor tista’ eċċezzjonalment tkun regolata mil-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandu jkun hemm preżunzjoni li l-kuntratt ikollu l-eqreb rabta mal-pajjiż fejn il-parti li jkollha tagħmel l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt kellha, fiż-żmien meta kien konkluż il-kuntratt, ir-residenza abitwali tagħha, jew, fil-każ ta’ korp maqgħud jew mhux maqgħud [kumpannija, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika], l-amministrazzjoni ċentrali tiegħu. Madankollu jekk il-kuntratt isir minħabba n-negozju jew il-professjoni ta’ dik il-parti, dak il-pajjiż ikun il-pajjiż fejn ikun jinsab il-post prinċipali tan-negozju jew, fejn skond il-klawsoli tal-kuntratt l-eżekuzzjoni jkollha ssir f’post ta’ negozju li ma jkunx il-post prinċipali tan-negozju, il-pajjiż fejn dak il-post l-ieħor tan-negozju jkun jinsab.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt għat-trasport ta’ merkanzija m’għandux ikun soġġett għall-preżunzjoni tal-paragrafu 2. F’kuntratt bħal dan jekk il-pajjiż, li fih, fiż-żmien meta l-kuntratt ikun konkluż, it-trasportatur ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu jkun ukoll il-pajjiż fejn ikun jinsab il-post tat-tagħbija jew il-post tal-ħatt jew il-post prinċipali tan-negozju ta’ l-ispeditur, għandu jkun hemm preżunzjoni li l-kuntratt ikollu l-eqreb rabta ma’ dak il-pajjiż. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu charter-parties ta’ vjaġġ wieħed u kuntratti oħra li l-għan ewlieni tagħhom huwa t-trasport ta’ merkanzija għandhom jitqiesu bħala kuntratti għat-trasport ta’ merkanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 2 m’għandux japplika jekk il-karatteristika ta’ l-eżekuzzjoni [l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt] ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, u l-preżunzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4 m’għandhomx jitqiesu jekk miċ-ċirkostanzi kollha jkun jidher li l-kuntratt ikollu rabta eqreb ma’ pajjiż ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>.) issostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Ruma. Skont l-Artikolu 28 tiegħu, dan ir-regolament japplika għall-kuntratti konklużi sa mis-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 20 tal-imsemmi regolament tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Meta l-kuntratt ikun manifestament marbut aktar ma’ pajjiż ieħor għajr dak indikat fl-Artikolu 4(1) jew (2), klawżola liberatorja għandha tipprovdi li għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. Sabiex jiġi determinat dak il-pajjiż, għandu jitqies, inter alia, jekk il-kuntratt konċernat għandux relazzjoni mill-qrib ħafna ma’ kuntratt jew kuntratti oħra.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-premessa 22 tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni ta’ kuntratti dwar it-trasport ta’ merkanzija, m’hi maħsuba l-ebda bidla sostantiva fir-rigward tat-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Konsegwentement, charter-parties għal vjaġġ uniku u kuntratti oħra li l-iskop ewlieni tagħhom ikun it-trasport ta’ merkanzija għandhom jiġu trattati bħala kuntratti ta’ trasport ta’ merkanzija. […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 593/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kuntratti ta’ trasport<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sa fejn il-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija ma ġietx magħżula skond l-Artikolu 3, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-pajjiż li fih it-trasportatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, bil-kondizzjoni li l-post tar-riċezzjoni jew il-post tal-kunsinna jew ir-residenza abitwali tal-kunsinnatur ikunu wkoll f’dak il-pajjiż. Jekk dawk ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, għandha tapplika l-liġi tal-pajjiż tal-kunsinna kif ġie miftiehem bejn il-partijiet.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jidher ċar miċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li, fin-nuqqas ta’ għażla ta’ liġi, il-kuntratt huwa manifestament aktar marbut ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont kuntratt konkluż fl-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Va Tech, kumpannija rregolata mid-dritt Franċiż li s-sede tagħha tinsab f’Lyon (Franza), fdat lil Safram, stabbilita f’Dechy (Franza), bl-organizzazzjoni, bħala l-aġent prinċipali tat-trasport, iċ-ċaqliq mill-port ta’ Antwerpen (Il-Belġju) għal Lyon ta’ trasformatur provenjenti mill-Istati Uniti.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Safram, f’isimha stess, iżda għan-nom ta’ Va Tech, ikkonkludiet ma’ Haeger &amp; Schmidt, li s-sede tagħha tinsab f’Duisburg (Il-Ġermanja), kuntratt ieħor ta’ kummissjoni bl-għan li jitwettaq it-trasport ta’ dan it-trasformatur permezz tax-xmara. Għal dan l-għan Haeger &amp; Schmidt għażlet lil J. Lorio, trasportatur stabbilit fi Douai (Franza), proprjetarju tal-barkun <HT TYPE="ITALIC">El-Diablo</HT>, irreġistrat fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Waqt li kienet qegħda ssir it-tagħbija tiegħu f’Antwerpen fit-<DATE ISO="20030123">23 ta’ Jannar 2003</DATE>, it-trasformatur iżżerżaq fl-istiva, u l-barkun inqeleb u għereq bil-merkanzija b’kollox.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Va Tech talbet kumpens tad-dannu li sostniet mingħand il-kumpanniji Safram u Haeger &amp; Schmidt quddiem it-tribunal tal-kummerċ ta’ Douai. Dan tal-aħħar sejjaħ fil-kawża bħala garanti lil J. Lorio, bħala t-trasportatur, u lill-assiguratur tiegħu, Mutuelles du Mans assurances IARD (MMA IARD), li s-sede tagħha tinsab fi Franza.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>It-tribunal tal-kummerċ ta’ Douai laqa’ t-talba għad-danni li tressqet quddiemu permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100623">23 ta’ Ġunju 2010</DATE>. Din il-qorti fil-fatt iddeċidiet li l-liġi Franċiża biss hija applikabbli għall-kuntratti inkwistjoni u ddikjarat lill-kumpanniji Safram u Haeger &amp; Schmidt, fil-kwalità tagħhom ta’ aġenti tat-trasport, responsabbli għad-dannu li seħħ fit-<DATE ISO="20030123">23 ta’ Jannar 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Haeger &amp; Schmidt appellat minn din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20111002">2 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-qorti tal-appell ta’ Douai kkonfermat l-imsemmija deċiżjoni u kkundannat lil Haeger &amp; Schmidt tħallas lill-kumpanniji Axa Corporate Solutions SA u Ace Insurance SA NV, assiguraturi surrogati fid-drittijiet ta’ Va Tech, is-somma ta’ EUR 285 659.64 flimkien mal-interessi legali, bħala danni. L-istess dejn intlaqa’ bħala passiv ta’ Safram li, fil-frattemp, kienet tinsab fi stralċ. F’dan ir-rigward, din il-qorti ddeċidiet li l-liġi Franċiża kienet applikabbli fir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn id-diversi kumpanniji inkwistjoni u għaldaqstant ikkunsidrat, fir-rigward ta’ Safram u ta’ Haeger &amp; Schmidt, li d-dritt Ġermaniż ma kienx intiż li japplika għal kuntratt ta’ trasport tal-merkanzija, fis-sens tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, konkluż minn kumpannija Franċiża li għandha s-sede tagħha fi Franza għan-nom ta’ kumpannija Franċiża oħra, meta l-post tal-ħatt ukoll jinsab fi Franza.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Haeger &amp; Schmidt appellat quddiem il-Cour de cassation billi invokat aggravju uniku, ibbażat fuq determinazzjoni ineżatta tal-liġi applikabbli għall-kawża. F’dan ir-rigward, hija sostniet li hija pprovdiet il-provvista li tikkaratterizza l-kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport li jgħaqqad lill-partijiet u li hija stabbilita fil-Ġermanja. Għaldaqstant, skont din, il-qorti tal-appell ta’ Douai ma setgħetx tapplika l-liġi Franċiża, skont l-Artikolu 4(5) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, ħlief wara li tkun qabblet ir-rabtiet eżistenti bejn il-kuntratt u, minn naħa, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li d-dritt tagħha jidher li huwa applikabbli skont il-preżunzjoni ġenerali ta’ ġurisdizzjoni msemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ din il-konvenzjoni, u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika Franċiża, sabiex, skont iċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża li tinsab adita biha din il-qorti, jitfittex il-pajjiż li miegħu l-kuntratt għandu l-eqreb rabta fis-sens tal-Artikolu 4(5) tal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Cour de cassation iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>Il-kuntratt għal kummissjoni ta’ trasport, li għalih prinċipal jaħtar aġent, li jaġixxi f’ismu stess u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għall-organizzazzjoni ta’ trasport ta’ merkanzija li huwa jkun ser jimplementa permezz ta’ wieħed jew iktar trasportaturi għan-nom tal-prinċipal, jista’, u b’liema kundizzjonijiet, ikollu prinċipalment bħala għan li jwettaq trasport ta’ merkanzija fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-[Konvenzjoni ta’ Ruma]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk il-kuntratt għal kummissjoni ta’ trasport jista’ jiġi kkunsidrat bħala kuntratt għat-trasport ta’ merkanzija fis-sens tal-Artikolu 4(4) [tal-imsemmija konvenzjoni], iżda l-preżunzjoni speċjali tad-determinazzjoni tal-liġi li tipprovdi dan it-test tkun inapplikabbli, fl-assenza tal-koinċidenza li dan jirrikjedi, il-kliem tal-ewwel sentenza tiegħu, li jipprovdi li l-kuntratt għat-trasport tal-merkanziji ma huwiex suġġett għall-preżunzjoni ġenerali tal-paragrafu (2), għandu jiġu interpretati fis-sens li l-qorti hija għalhekk mistiedna tfittex il-liġi applikabbli, mhux fuq il-bażi ta’ din il-preżunzjoni, definittivament eliminata, iżda skont il-prinċipju ġenerali ta’ determinazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4(1), jiġifieri billi jiġi identifikat il-pajjiż li miegħu l-kuntratt jippreżenta rabtiet l-iktar mill-qrib, mingħajr kunsiderazzjoni partikolari għal dak fejn hija stabbilita l-parti li tipprovdi s-servizz karatteristiku tal-kuntratt?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk wieħed jassumi li l-kuntratt għal kummissjoni ta’ trasport huwa suġġett għall-preżunzjoni ġenerali tal-Artikolu 4(2), jista’ jiġi ammess, fl-ipoteżi fejn min jagħti l-ordni inizjali jkun ikkonkluda kuntratt mal-ewwel aġent, li kien sussegwentement issostitwit mit-tieni [aġent], li l-liġi applikabbli fir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn min jagħti l-ordni u dan it-tieni aġent tiġi ddeterminata skont il-post fejn huwa stabbilit l-ewwel aġent, inkwantu l-liġi tal-pajjiż hekk innominat titqies bħala globalment applikabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ kummissjoni ta’ trasport?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport u, jekk dan ikun il-każ, liema huma l-kundizzjonijiet li jippermettu li wieħed jikkunsidra kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport bħala kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament għandu qabelxejn jitfakkar li l-Artikolu 4 tal-imsemmija konvenzjoni jipprevedi l-kriterji ta’ rabta li abbażi tagħhom il-qorti għandha tiddetermina l-liġi applikabbli għal kull kategorija ta’ kuntratt, fin-nuqqas ta’ għażla mill-partijiet (ara s-sentenza ICF, C‑133/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 4 huwa bbażat fuq il-prinċipju ġenerali, stipulat fil-paragrafu (1) tiegħu, li jipprovdi li għad-determinazzjoni tar-rabta ta’ kuntratt ma’ dritt nazzjonali, għandu jiġi ddeterminat il-pajjiż li miegħu dan il-kuntratt għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>l-eqreb rabta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (ara s-sentenza ICF, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju ġenerali hija mtaffa mill-preżunzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-imsemmi Artikolu 4(2) jistabbilixxi preżunzjoni ta’ natura ġenerali, li tikkonsisti f’li jitqies bħala kriterju ta’ rabta l-post ta’ residenza tal-parti għall-kuntratt li jipprovdi l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-ewwel żewġ sentenzi tiegħu, l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jirrifletti l-ispeċifiċità tal-kuntratt ta’ trasport tal-merkanzija, li, għall-inqas f’kuntest transkonfinali, diffiċilment jippermetti rabta mal-pajjiż ta’ residenza tal-parti għall-kuntratt li tipprovdi l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt, peress li, billi l-għan prinċipali ta’ tali kuntratt huwa ċ-ċaqliq tal-merkanzija, il-post ta’ residenza abitwali tat-trasportatur ma għandux rabta oġġettiva mal-imsemmi kuntratt. Għaldaqstant, it-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu (4) issemmi b’mod eżawrjenti l-kriterji ta’ rabta speċifiċi dwar il-liġi applikabbli fil-qasam tal-kuntratti ta’ trasport.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-paragrafu (5) tal-istess Artikolu 4 fih klawżola ta’ eċċezzjoni li tippermetti li l-imsemmija preżunzjonijiet jitwarrbu meta miċ-ċirkustanzi kollha jirriżulta li l-kuntratt għandu rabta mill-qrib iktar ma’ pajjiż ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ICF, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet u għall-finijiet li tingħata risposta għall-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandha tiġi eżaminata t-tielet sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, li tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>charter‑parties ta’ vjaġġ wieħed u kuntratti oħra li l-għan ewlieni tagħhom huwa t-trasport ta’ merkanzija għandhom jitqiesu bħala kuntratti għat-trasport ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>jitqiesu bħala kuntratti għat-trasport ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> kif ukoll tal-kundizzjonijiet li fihom kuntratt ieħor jista’ jitqies bħala kuntratt ta’ trasport, għandu jitfakkar li huma neċessarji kriterji uniformi u awtonomi sabiex il-Konvenzjoni tiġi żgurata l-effikaċità sħiħa tagħha fid-dawl tal-għanijiet tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza Koelzsch, C‑29/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:151">EU:C:2011:151</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li, fil-punti 32 sa 34 tas-sentenza ICF (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà interpretat din l-aħħar sentenza tal-imsemmi Artikolu 4(4) fis-sens li din tippermetti li kuntratti oħra jiġu assimilati mal-kuntratti ta’ trasport, b’wieħed mill-għanijiet tal-imsemmija dispożizzjoni jkun li jestendi l-applikazzjoni tat-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu 4 għal kuntratti li, minkejja li taħt id-dritt nazzjonali huma kklassifikati bħala kuntratti ta’ nolleġġ, għandhom bħala għan prinċipali t-trasport ta’ merkanzija. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan tar-relazzjoni kuntrattwali u, konsegwentement, l-obbligi kollha tal-parti li tipprovdi l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport li huwa kuntratt distint, bl-eżekuzzjoni li tikkaratterizzah tikkonsisti fl-organizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija. Billi ma għandux iċ-ċaqliq tal-merkanzija bħala l-għan prinċipali tiegħu, il-kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport ma jistax jitqies bħala kuntratt ta’ trasport.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, b’teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali, tal-eżekuzzjoni reali mwettqa u tal-obbligi kollha tal-parti li għandha tipprovdi l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt, u mhux tal-klassifikazzjoni mogħtija lill-kuntratt mill-partijiet, kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport jista’ jkun jirrelata mal-ispeċifiċità ta’ kuntratt ta’ trasport kif imsemmi fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, jekk huwa jkollu prinċipalment bħala għan it-twettiq taċ-ċaqliq, bħala tali, tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-ewwel żewġ kuntratti konklużi, minn naħa, bejn Va Tech u Safram u, min-naħa l-oħra, bejn Safram u Haeger &amp; Schmidt, ġew ikklassifikati mill-qorti tar-rinviju bħala kummissjoni ta’ trasport. Bl-għan li jiġi eżegwit it-trasport tat-trasformatur permezz tax-xmara, Haeger &amp; Schmidt ikkonkludiet kuntratt ta’ trasport ma J. Lorio, proprjetarju tal-barkun <HT TYPE="ITALIC">El-Diablo</HT>, li nqeleb matul it-tagħbija tal-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li l-għan prinċipali tal-kuntratt konkluż bejn Safram u Haeger &amp; Schmidt kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>l-organizzazzjoni globali tat-trasport u mhux is-sempliċi rappreżentazzjoni legali tal-persuna li tikkummissjona<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, b’Haeger &amp; Schmidt taġixxi fil-kwalità tagħha ta’ intermedjarju taħt ir-responsabbiltà tagħha u f’isimha proprju, iżda għan-nom tal-persuna li tikkummissjona, sabiex twettaq l-atti neċessarji għat-trasport tat-trasformatur inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju, matul analiżi taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, jiġifieri l-istipulazzjonijiet kuntrattwali li jirriflettu r-realtà ekonomika u kummerċjali tar-relazzjonijiet eżistenti bejn il-partijiet u l-għan tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, li għandha tivverifika jekk, u sa fejn, il-kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport inkwistjoni għandu bħala għan prinċipali t-trasport effettiv tal-merkanzija kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport biss meta l-għan prinċipali tal-kuntratt ikun jikkonsisti fit-trasport effettiv tal-merkanzija kkonċernata, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ trasport tal-merkanzija għandhiex, fil-każ li ma tkunx tista’ tiġi stabbilita b’applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tiġi ddeterminata skont ir-regola ġenerali prevista fil-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu jew skont il-preżunzjoni ġenerali msemmija fil-paragrafu (2) tal-istess artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti nazzjonali għandha dejjem tiddetermina l-liġi applikabbli abbażi tal-preżunzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) sa (4) tal-imsemmija konvenzjoni, liema preżunzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali ta’ prevedibbiltà tal-liġi, u b’hekk taċ-ċertezza legali fir-relazzjonijiet kuntrattwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ICF, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi vverifikat jekk l-inapplikabbiltà eventwalment ikkonstatata tal-preżunzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma twassalx għall-impossibbiltà li jsir użu mill-preżunzjoni ġenerali msemmija fil-paragrafu (2) tal-istess artikolu u għaldaqstant għan-neċessità li tiġi applikata r-regola ġenerali msemmija fil-paragrafu (1) tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-imsemmija konvenzjoni, il-kuntratt ta’ trasport tal-merkanzija ma huwiex suġġett għall-preżunzjoni tal-paragrafu (2) tal-istess artikolu. Skont it-tieni sentenza tal-paragrafu (4) tiegħu, il-kuntratt ta’ trasport tal-merkanzija huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż li fih it-trasportatur jkollu l-post prinċipali ta’ negozju tiegħu fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt jekk, f’dan l-istess pajjiż, jinsab il-post ta’ fejn isseħħ it-tagħbija jew isir il-ħatt tal-merkanzija jew ikun jinsab il-post prinċipali ta’ negozju tal-mittent.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, l-imsemmi Artikolu 4 jipprevedi b’mod espliċitu, minn naħa, li l-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu (2) tiegħu ma tapplikax għall-kuntratt ta’ trasport tal-merkanzija. Min-naħa l-oħra, huwa jsemmi diversi kriterji ta’ rbit speċifiku li jippermettu li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għal dan it-tip ta’ kuntratt, u l-post ta’ residenza tat-trasportatur, waħdu, ma jitqiesx bħala li huwa biżżejjed f’dan ir-rigward.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ikun imur kontra sew il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma kif ukoll il-loġika ta’ din id-dispożizzjoni jekk wieħed japplika l-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu (2) ta’ dan l-artikolu għal kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jekk, fl-assenza tal-koinċidenza tal-kriterji msemmija fit-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu (4), jiġi stabbilit li l-preżunzjoni msemmija f’dan il-paragrafu ma tistax tiġi applikata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interpretazzjoni li tirriżulta mill-punt ta’ qabel dan tikkonċilja ruħha wkoll mal-formulazzjoni tar-regoli ta’ kunflitt li jirrigwardaw il-kuntratti ta’ trasport ta’ merkanzija, previsti bir-Regolament Nru 593/2008, li madankollu ma huwiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jeskludi, għall-kuntratti ta’ dan it-tip, fl-assenza ta’ koinċidenza tal-kriterji ta’ rabta msemmija hemmhekk, li tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż li fih it-trasportatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu u huwa jipprovdi b’mod espress li, f’dan il-każ, għandha tapplika l-liġi tal-pajjiż li fih jinsab il-post tal-kunsinna miftiehem bejn il-partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk, meta l-kundizzjonijiet previsti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma ma jkunux issodisfatti, il-qorti nazzjonali jkollha tfittex il-liġi applikabbli għall-kuntratt mhux abbażi tal-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu (2) tal-istess artikolu, li definittivament ma għandhiex tiġi applikata, iżda b’applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ determinazzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1), jiġifieri billi jiġi identifikat il-pajjiż li miegħu l-kuntratt għandu l-eqreb rabta.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif ġustament irrileva l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, sa fejn il-qorti nazzjonali għandha, skont l-Artikolu 4(5) tal-imsemmija konvenzjoni, tapplika l-liġi tal-pajjiż li miegħu l-kuntratt għandu l-eqreb rabta u twarrab il-liġi applikabbli ddeterminata abbażi tal-preżunzjonijiet imsemmija fil-paragrafi (2) u (4) tal-istess artikolu, din l-istess qorti għandha, iktar u iktar, tapplika l-liġi tal-pajjiż li miegħu l-kuntratt inkwistjoni għandu l-eqreb rabta, hekk kif huwa previst f’dan l-Artikolu 4(1), meta l-paragrafu (4) ma jippermettix li tingħażel il-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ICF, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 63 u 64).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija għandu, jekk ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’applikazzjoni tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, jiġi ddeterminat skont ir-regola ġenerali prevista fil-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu, jiġifieri li l-liġi li tirregola dan il-kuntratt hija dik tal-pajjiż li miegħu dan għandu l-eqreb rabta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Preliminarjament u b’teħid inkunsiderazzjoni tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, għandu jiġi ppreċiżat li t-tielet domanda saret biss fil-każ li l-qorti tar-rinviju tkun ikkonstatat, fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-kawża, li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi assimilata ma’ kuntratt ta’ trasport u lanqas, għaldaqstant, ma jkun suġġett għall-preżunzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali tiddetermina l-liġi applikabbli għal relazzjonijiet kuntrattwali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-ewwel aġent tat-trasport ikun ġie ssostitwit minn aġent ieħor li għandu s-sede tiegħu fi Stat membru ieħor, skont il-post ta’ negozju tal-aġent prinċipali biss.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Hekk kif tfakkar fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, skont l-imsemmi Artikolu 4(2) huwa preżunt li l-kuntratt ikollu l-eqreb rabta mal-pajjiż fejn il-parti li għandha tipprovdi l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt, fid-data tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, ikollha r-residenza abitwali tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali tagħha, il-post prinċipali ta’ negozju tagħha jew post ta’ negozju ieħor li għandu jipprovdi l-eżekuzzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta dan ikun kuntratt li jaqa’ taħt l-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u meta jkun possibbli li tiġi identifikata l-eżekuzzjoni li tikkaratterizzah, il-qorti nazzjonali għandha, l-ewwel nett, tiddetermina l-liġi applikabbli abbażi tal-kriterji ta’ rabta speċifiċi li jinsabu f’dan il-paragrafu (2), hekk kif tfakkar fil-punt 35 tas-sentenza preżenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ICF, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, li jeskludi b’mod espress il-każ tal-applikazzjoni tal-paragrafu (5) ta’ dan l-artikolu, kif ukoll mill-ġuisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-preżunzjoni tista’ titwarrab meta l-kundizzjonijiet previsti f’dan il-paragrafu (5) ikunu ssodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ICF, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:617">EU:C:2009:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 63 u 64).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dak preċedenti jirriżulta li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika, fit-tieni lok, jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża li għandha quddiemha, hemmx lok jew le li s-soluzzjoni li waslet għaliha b’applikazzjoni tal-imsemmi paragrafu (2) titwarrab. Għal dan l-għan, din għandha twettaq tqabbil tar-rabtiet eżistenti bejn il-kuntratt u, minn naħa, il-pajjiż li fih il-parti li tipprovdi l-eżekuzzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt ikollu r-residenza abitwali tiegħu fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, pajjiż ieħor li miegħu dan il-kuntratt għandu rabtiet mill-qrib.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju għandha twettaq evalwazzjoni globali tal-elementi oġġettivi kollha li jikkaratterizzaw ir-relazzjoni kuntrattwali u tevalwa dak jew dawk li, fil-fehma tagħha, huma l-iktar sinjifikattivi (ara, b’analoġija, is-sentenza Schlecker, C‑64/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:551">EU:C:2013:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40). Hekk kif enfasizzat il-Kummissjoni, fost l-elementi sinjifikattivi ta’ rabta, għandha b’mod partikolari tittieħed inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ rbit mill-qrib tal-kuntratt inkwistjoni ma’ kuntratt ieħor jew diversi kuntratti oħra li jagħmlu parti, jekk ikun il-każ, mill-istess sensiela ta’ kuntratti kif ukoll tal-post tal-kunsinna tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija wkoll sostnuta mill-premessa 20 tar-Regolament Nru 593/2008, li tipprevedi b’mod espliċitu, bħala kriterju ta’ rabta rilevanti, l-eżistenza ta’ sensiela ta’ kuntratti marbuta mal-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi fejn jiġi sostnut li kuntratt għandu rabta eqreb ma’ pajjiż li ma huwiex dak li l-liġi tiegħu hija msemmija mill-preżunzjoni li tinsab fl-imsemmi paragrafu, il-qorti nazzjonali għandha tqabbel ir-rabtiet eżistenti bejn dan il-kuntratt u, minn naħa, il-pajjiż li l-liġi tiegħu tissemma mill-preżunzjoni u, min-naħa l-oħra, il-pajjiż l-ieħor ikkonċernat. Għal dan l-għan, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha, inkluża l-eżistenza ta’ kuntratti oħra marbuta mal-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-<DATE ISO="19800619">19 ta’ Ġunju 1980</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport biss meta l-għan prinċipali tal-kuntratt ikun jikkonsisti fit-trasport effettiv tal-merkanzija kkonċernata, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(4) tal-imsemmija konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija għandu, jekk ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’applikazzjoni tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, jiġi ddeterminat skont ir-regola ġenerali prevista fil-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu, jiġifieri li l-liġi li tirregola dan il-kuntratt hija dik tal-pajjiż li miegħu l-kuntratt għandu l-eqreb rabta.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(2) tal-istess konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi fejn jiġi sostnut li kuntratt għandu rabta eqreb ma’ pajjiż li ma huwiex dak li l-liġi tiegħu hija msemmija mill-preżunzjoni li tinsab fl-imsemmi paragrafu, il-qorti nazzjonali għandha tqabbel ir-rabtiet eżistenti bejn dan il-kuntratt u, minn naħa, il-pajjiż li l-liġi tiegħu tissemma mill-preżunzjoni u, min-naħa l-oħra, il-pajjiż l-ieħor ikkonċernat. Għal dan l-għan, il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha, inkluża l-eżistenza ta’ kuntratti oħra marbuta mal-kuntratt inkwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>