|
6.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 3/10 |
Avviż li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali tal-anti-dumping
2012/C 3/06
L-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huma suġġetti għal dazju anti-dumping definittiv, impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 tal-1 ta’ Diċembru 2008 (1).
Weifang Ensign Industry Co. Ltd, kumpanija li tinsab fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ aċidu ċitriku huma soġġetti għal dazju ta' anti-dumping ta’ 33,8 % impost skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008, għarrfet lill-Kummissjoni li fis-17 ta' Ġunju 2011, biddlet l-indirizz tagħha għal Changshen Street No 1567, Changle, Weifang, Shandong Province, PRC.
Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mir-rata individwali ta’ dazju applikata lill-kumpanija taħt l-indirizz li kellha qabel li kien The West End, Limin Road, Changle City, Shandong Province, PRC.
Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif provdut u kkonkludiet li l-bdil tal-indirizz bl-ebda mod ma jaffettwa s-sejbiet tar-Regolament (EC) No 1193/2008. Għalhekk, ir-referenza għal
Weifang Ensign Industry Co. Ltd, The West End, Limin Road, Changle City, Shandong Province, PRC
għandha tinqara bħala
Weifang Ensign Industry Co. Ltd, Changshen Street No 1567, Changle, Weifang, Shandong Province, PRC
fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008.
Il-kodiċi addizzjonali TARIĊ A882 li qabel kien attribwit lil Weifang Ensign Industry Co. Ltd, The West End, Limin Road, Changle City, Shandong Province, PRC għandu japplika għal Weifang Ensign Industry Co. Ltd, Changshen Street No 1567, Changle, Weifang, Shandong Province, PRC.
(1) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1.