|
8.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 163/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11059 — TOYOFUJI / NYK / KAMIGUMI / TTC / PT. PATIMBAN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 163/11)
1.
Fis-27 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Toyofuji Shipping Co., Ltd (il-Ġappun), ikkontrollata minn Toyota Motor Corporation, |
|
— |
Nippon Yusen Kabushiki Kaisha (il-Ġappun), |
|
— |
Kamigumi Co., Ltd (il-Ġappun), |
|
— |
Toyota Tsusho Corporation (il-Ġappun). |
Toyota Tsusho Corporation, Toyofuji Shipping Co., Ltd, Nippon Yusen Kabushiki Kaisha u Kamigumi Co., Ltd se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontrol konġunt ta’ PT. Patimban International Car Terminal kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Toyofuji Shipping Co., Ltd hija l-kumpanija tat-trasport marittimu tal-Grupp Toyota, ibbażata fil-belt ta’ Tokai, Aichi, il-Ġappun. Hija kumpanija tat-tbaħħir roll-on/roll-off b’attivitajiet fl-Asja, l-Amerka ta’ Fuq, l-Oċeanja u l-Ewropa. |
|
— |
Nippon Yusen Kabushiki Kaisha hija kumpanija tat-tbaħħir Ġappuniża attiva madwar id-dinja. Il-kwartieri ġenerali tal-kumpanija jinsabu f’Chiyoda, Tokyo, il-Ġappun. Permezz tas-sussidjarji u l-kumpaniji affiljati tagħha, Nippon Yusen Kabushiki Kaisha tħaddem flotta ta’ bastimenti tal-containers, trasportaturi tal-merkanzija bl-ingrossa u tal-injam, trasportaturi tal-karozzi roll-on/roll-off, trasportaturi tal-LNG, u bastimenti tal-kruċieri. |
|
— |
Kamigumi Co., Ltd tipprovdi servizzi loġistiċi u ta’ trasport, bħat-trasport fil-portijiet, it-trasport tal-merkanzija, it-trasport domestiku u s-servizzi ta’ trasport internazzjonali. Hija tipprovdi wkoll servizzi fil-fabbriki fil-post bħat-tagħbija u l-ħatt ta’ materja prima, il-kontroll tal-materjali, it-tagħbija tal-merkanzija fil-maħżen, u t-trasport ta’ merkanzija tqila. Il-kumpanija hija attiva fit-Tajlandja, il-Malażja, iċ-Ċina, it-Tajwan, il-Vjetnam, il-Bangladesh, Singapore, l-Indoneżja, il-Myanmar, il-Kambodja, Spanja, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Messiku. Hija għandha l-kwartieri ġenerali f’Chuo-ku, Kobe, il-Ġappun. |
|
— |
Toyota Tsusho Corporation (il-Ġappun) hija parti mill-Grupp Toyota u hija attiva fuq bażi globali fl-importazzjoni u l-esportazzjoni f’isem it-Toyota Group. Għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Tokyo u Nagoya, il-Ġappun. PT. Patimban International Car Terminal bħalissa huwa sussidjarju kollu kemm hu ta’ Toyota Tsusho Corporation. Hija attiva esklużivament fl-Indoneżja fejn tħaddem u tamministra n-negozju tal-operat tat-terminal awtomobilistiku fil-Patimban New International Port in Subang Regency, West Java, l-Indoneżja. PT. Patimban International Car Terminal ilu jħaddem terminal bħal dan mis-17 ta’ Diċembru 2021 u ma għandu l-ebda attività oħra fis-suq Indoneżjan. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11059 — TOYOFUJI / NYK / KAMIGUMI / TTC / PT. PATIMBAN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).