18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/257

tat-13 ta' Frar 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca/Fasola z Doliny Dunajca (AOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Polonja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“Fasola z Doliny Dunajca”, irreġistrata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1073/2011 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; il-Kummissjoni għalhekk ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Il-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“Fasola z Doliny Dunajca” (DOP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1073/2011 tal-20 ta' Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca/Fasola z Doliny Dunajca (DPO)] (ĠU L 278, 25.10.2011, p. 3).

(3)   ĠU C 352, 7.10.2014, p. 17.