17.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/16


Rettifika tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 236 tad-19 ta' Settembru 2018 )

Fil-paġna 62, fil-punt (2) tal-Artikolu 80,

minflok:

“(a)

fil-punt (a), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(i)

il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu fil-pussess tiegħu dokument validu biex jaqsam il-fruntiera u li ma jkunx skada, u li d-dokument ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża, mill-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew mill-permess ta’ residenza meħtieġ.’”,

aqra:

“(a)

fil-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(ii)

il-verifika li d-dokument tal-ivvjaġġar ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża, mill-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew mill-permess ta’ residenza li jkunu meħtieġa.’”.