1.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1518

tal-31 ta' Awwissu 2017

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2017/353 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-Annessi A u B għar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll (Nru 21), anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda għar-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra lill-Kummissjoni Ewropea li ġġib id-data tas-7 ta' Ġunju 2017, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li taċċetta, u li tkun marbuta bi, ir-Regolament (UE) 2017/353 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

Ma hemm l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament imsemmi hawn fuq u l-ebda ħtieġa għal miżuri tranżizzjonali. Il-Kummissjoni tinnota li l-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u li l-miżura kkonċernata bil-preżenti notifika tal-Irlanda sempliċement taġġorna l-Anness għal dak ir-Regolament li fih il-lista ta' proċedimenti nazzjonali dwar insolvenza.

(3)

Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2017/353 għalhekk tiġi kkonfermata.

(4)

Sabiex l-Irlanda tkun tista' tapplika r-Regolament dwar proċedimenti ta' insolvenza mal-Anness A tagħha kif sostitwit bir-Regolament (UE) 2017/353 kemm jista' jkun malajr, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2017/353 hija kkonfermata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/353 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2017 li jissostitwixxi l-Annessi A u B għar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 19).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).