<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑463/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0463</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:247">EU:C:2013:247</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130418">18.4.2013</DATE> — KAWŻA C-463/11</P><P>L</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2001/42/KE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(4) u (5)</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tat-tipi ta’ pjanijiet li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Pjanijiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ta’ żvilupp intern<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> eżentati mill-evalwazzjoni ambjentali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni żbaljata tal-kundizzjoni kwalitattiva tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>iżvilupp intern<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ effett fuq il-validità tal-pjan ta’ żvilupp</KEYWORD><KEYWORD>Ħsara għall-effettività tad-direttiva</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-463/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">L</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">M,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal L, minn G. Rehmann, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal M, minn D. Weiblen, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u K. Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn G. Karipsiades, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Bulst u P. Oliver, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(4) u (5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn L u M, muniċipalità, dwar il-validità ta’ pjan ta’ żvilupp li ġie elaborat minnha mingħajr twettiq ta’ evalwazzjoni ambjentali skont id-direttiva.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva, l-għan ta’ din id-direttiva hu dak li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi sabiex jiġi inkoraġġit żvilupp sostenibbli billi tipprovdi li, skont din id-direttiva, għandha ssir evalwazzjoni ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-direttiva, li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-istima ambjentali, skond l-Artikoli 4 sa 9, għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 li x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li huma ppreparati għall-[...] pjanar ta’ bliet u l-kampanja jew l-użu ta’ l-art u li jistabilixxu l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-[Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-<DATE ISO="19970303">3 ta’ Marzu 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151)][...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Pjanijiet u programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali [...] jkunu jeħtieġu stima ambjentali biss meta l-Istati Membri jistabbilixxu li dawn x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet u l-programmi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li jissettjaw il-qafas għall-kunsens futur ta’ l-iżvilupp tal-proġetti, hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet jew il-programmi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti jew billi kull każ jiġi eżaminat jew billi jkunu speċifikati t-tipi ta’ pjanijiet u programmi jew billi jkunu kombinati iż-żewġ metodi. Għal dan il-għan<?PAGE NO="3"?> l-Istati Membri għandhom fil-każijiet kollha jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II, sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet u l-programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent ikunu koperti b’din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness II tad-direttiva jelenka l-kriterji li jippermettu li tiġi ddeterminata l-portata probabbli tal-effetti kkunsidrati fl-Artikolu 3(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kodiċi tal-Ippjanar Urban (Baugesetzbuch), fil-verżjoni tiegħu kkonsolidata fit-<DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 2414), kif emendata bil-liġi tat-<DATE ISO="20110722">22 ta’ Lulju 2011</DATE> (BGBl. 2011 I, p. 1509, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>BauGB<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jirregola l-ippjanar urban.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Mill-punt 7 tal-Artikolu 1(6) tal-BauGB jirriżulta li, meta jitfasslu l-pjanijiet gwida għall-urbaniżmu (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Bauleitpläne<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), l-ibliet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-interessi tal-protezzjoni tal-ambjent, inklużi l-protezzjoni tan-natura u l-konservazzjoni tal-pajżaġġi.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-imsemmija pjanijiet gwida għall-urbaniżmu, li jieħdu l-forma ta’ pjan għall-użu tal-artijiet (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Flächennutzungsplan<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jew ta’ pjan tal-iżvilupp (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Bebauungsplan<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), huma mfassla, ikkompletati jew immodifikati skont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>proċedura standard<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (Artikoli 2 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-BauGB), ħlief jekk ikun possibbli li wieħed jirrikorri għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>proċedura ssemplifikata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (Artikolu 13 tal-BauGB) jew, fil-każ ta’ pjanijiet ta’ żvilupp intern, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>proċedura mħaffa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (Artikolu 13A tal-BauGB).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva ġiet trasposta fid-dritt Ġermaniż permezz tal-liġi dwar l-adattament mad-dritt Ewropew tal-leġiżlazzjoni dwar l-urbaniżmu (Europarechtsanpassungsgesetz Bau), tal-<DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1359). Permezz ta’ din il-liġi, l-evalwazzjoni ambjentali ġiet integrata fil-proċedura standard ta’ preparazzjonijiet ta’ pjanijiet gwida għall-urbaniżmu.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda din il-proċedura standard, l-Artikolu 2(3) u (4) tal-BauGB, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġu ppreparati pjanijiet gwida għall-urbaniżmu, għandhom jiġu mfittxija u stmati l-interessi li jippreżentaw importanza għall-finijiet tal-ibbilanċjar [b’mod partikolari tal-interessi pubbliċi u privati].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Evalwazzjoni ambjentali għandha ssir fl-interessi tal-ambjent imsemmija fil-punt 7 tal-Artikolu 1(6) [...]; dan ifisser li jiġu mfittxija l-effetti ambjentali sinjifikattivi probabbli, u sussegwentement li jiġu deskritti u jiġu stmati f’rapport dwar l-ambjent […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-proċedura ssemplifikata, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(3) tal-BauGB tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[din] għandha ssir mingħajr evalwazzjoni ambjentali skont l-Artikolu 2(4) [...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-proċedura mħaffa, l-Artikolu 13a tal-BauGB, jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Pjan ta’ żvilupp maħsub biex l-artijiet jinġiebu fi stat li jistgħu jintużaw, għaż-żieda fil-popolazzjoni jew għal miżuri oħrajn ta’ żvilupp intern (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Bebauungsplan der Innenentwicklung<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> – pjan ta’ żvilupp intern) jista’ jiġi fformulat skont proċedura mħaffa. Il-pjan ta’ żvilupp jista’ jiġi fformulat biss skont proċedura mħaffa jekk dan ikun jirrigwarda [...] medda ta’ art li tista’ tinbena b’total ta’:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>inqas minn <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> m<HT TYPE="SUP">2</HT> [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[...] Il-proċedura mħaffa hija eskluża meta l-pjan ta’ żvilupp joħloq il-kundizzjonijiet għal-legalità tal-proġetti li għandhom huma nfushom neċessarjament ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni ambjentali b’applikazzjoni tal-liġi dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jew tad-dritt tal-Land. Il-proċedura mħaffa hija wkoll eskluża meta jkun hemm raġunijiet għalfejn wieħed jaħseb li l-interessi protetti taħt il-punt 7(b) tal-Artikolu 1(6) huma ddanneġġati.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-kuntest tal-proċedura mħaffa</P><LIST TYPE="NONE"><ITEM><P>Id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura ssemplifikata previsti fl-Artikolu 13(2) u (3), l-ewwel sentenza, huma applikabbli b’analoġija;</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 214 tal-BauGB, li jagħmel parti mit-taqsima bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Żamma fis-seħħ tal-pjanijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="214.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ksur tad-dispożizzjonijiet formali u proċedurali previsti minn dan il-kodiċi ma għandux effett fuq il-validità ta’ pjan għall-użu tal-artijiet u fuq ir-regoli muniċipali meħuda b’applikazzjoni ta’ dan l-istess kodiċi ħlief meta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Bi ksur tal-Artikolu 2(3), aspetti essenzjali tal-interessi milquta mill-ippjanar, li l-muniċipalità kienet taf bihom jew kien imissha tkun taf bihom, ma jkunux ġew imfittxija jew evalwati korrettament, u dan id-difett ikun evidenti u kellu effett fuq l-eżitu tal-proċedura;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="214.002A"><NO.PARAG>(2a)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-pjanijiet ta’ żvilupp li ġew stabbiliti skont proċedura mħaffa skont l-Artikolu 13a, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ dawk tal-paragrafi 1 u 2 hawn fuq:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-ksur ta’ dispożizzjonijiet formali u proċedurali u ta’ dispożizzjonijiet relatati mar-rabta tal-pjan ta’ żvilupp mal-pjan tal-użu tal-artijiet huwa mingħajr effett fuq il-validità tal-pjan ta’ żvilupp, inkluż fil-każ fejn dan joriġina mill-fatt li l-kundizzjoni [kwalitattiva] msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 13a(1) tkun ġiet evalwata b’mod żbaljat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20050914">14 ta’ Settembru 2005</DATE>, M iddeċidiet li tifformula pjan ta’ żvilupp skont il-proċedura standard previst fl-Artikolu 2(4) tal-BauGB għal żona b’erja ta’ 37,806 m<HT TYPE="SUP">2</HT> bil-għan ta’ ppjanar abbażi tal-iżvilupp urban eżistenti u t-tkomplija tiegħu b’żoni residenzjali ġodda fil-periferija.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-pubbliku li saret wara din id-deċiżjoni, L u persuni oħrajn qajmu oġġezzjonijiet kontra dan il-pjan, b’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, M ħadet deċiżjoni dwar proġett li jirrigwarda żona iżgħar. Hija ddeċidiet li tifformula l-pjan ta’ żvilupp relatat skont il-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 13a tal-BauGB.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ M jirriżulta li l-imsemmi pjan ma jistax jipproduċi effetti negattivi sostenibbli fuq l-ambjent u li dan jirrigwarda medda totali ta’ art li tista’ tinbena ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">11800</FT> m<HT TYPE="SUP">2</HT> , li hija inqas mil-limitu ffissat mill-punt 1 tat-tieni sentenza tal-Artikolu 13a(1) tal-BauGB.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20080426">26 ta’ April 2008</DATE>, M ippreżentat il-pjan ta’ żvilupp għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għal xahar, bil-possibbiltà li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet. F’din l-okkażjoni, L u persuni oħrajn tennew l-oġġezzjonijiet tagħhom u insistew li ssir evalwazzjoni ambjentali skont id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mingħajr ma pproċediet b’din l-evalwazzjoni, fit-<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE>, M adottat il-pjan ta’ żvilupp li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>pjan ta’ żvilupp intern<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> taħt il-forma ta’ regolament muniċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090731">31 ta’ Lulju 2009</DATE>, L ressaq azzjoni sabiex jikkontesta l-legalità ta’ dan il-pjan quddiem il-qorti tar-rinviju. Huwa sostna b’mod partikolari li M ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li hija kienet ser tiżviluppa żoni tas-settur li jinsabu barra miż-żona mibnija, raġuni li għaliha dan ma setax ikun pjan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ta’ żvilupp intern<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> skont l-Artikolu 13a tal-BauGB. Min-naħa l-oħra, M isostni li l-użu tal-proċedura mħaffa stabbilit bl-imsemmi Artikolu 13a kien leċitu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-pjan ta’ żvilupp inkwistjoni ma huwiex pjan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ta’ żvilupp intern<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 13a(1) tal-BauGB u li b’hekk ma setax jiġi adottat permezz ta’ proċedura mħaffa mingħajr evalwazzjoni ambjentali, minħabba l-fatt li parti mill-art inkluża fil-pjan kienet tmur lil hinn miż-żona diġà mibnija.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Dik il-qorti b’hekk hija tal-fehma li dan il-pjan ġie adottat wara evalwazzjoni żbaljata tal-kundizzjoni kwalitattiva tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 13a(1) tal-BauGB li tipprovdi li pjan ta’ żvilupp maħsub biex l-artijiet jinġiebu fi stat li jistgħu jintużaw, għaż-żieda fil-popolazzjoni jew miżuri oħrajn ta’ żvilupp intern jista’ jiġi fformulat skont proċedura mħaffa. Skont il-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-istess kodiċi, din l-evalwazzjoni hija madankollu mingħajr effett fuq il-validità tal-imsemmi pjan.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża, minn naħa, li, billi eżenta minn evalwazzjoni ambjentali, il-pjanijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ta’ żvilupp intern<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 13a(1) tal-BauGB, il-leġiżlatur nazzjonali għamel użu mill-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3(5) tad-direttiva u stabbilixxa din l-eċċezzjoni peress li stabbilixxa tip partikolari ta’ pjan, waqt li kkunsidra b’mod sħiħ il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta’ din l-istess direttiva. Min-naħa l-oħra, il-leġiżlatur pprovda fil-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-BauGB li ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ proċedura li jsib l-oriġni tiegħu fil-fatt li muniċipalità tevalwa b’mod żbaljat il-kundizzjoni kwalitattiva ma għandux effett fuq il-validità tal-pjan ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lilha nfisha jekk il-leġiżlatur nazzjonali, billi għaqqad il-proċedura mħaffa tal-Artikolu 13a tal-BauGB mad-dispożizzjoni dwar iż-żamma fis-seħħ ta’ pjanijiet tal-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-istess kodiċi, eċċediex il-limiti ta’ marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilu mill-Artikolu 3(5) tad-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Stat Membru jeċċedi l-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 3(4) u (5) tad-[direttiva] jekk, fir-rigward tal-pjanijiet tal-iżvilupp ta’ muniċipalità li jiddeterminaw l-użu ta’ żoni żgħar f’livell lokali u jistabbilixxu l-qafas għall-awtorizzazzjoni tal-iżvilupp fil-futur ta’ proġetti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 3(2) tad-[direttiva], jiddetermina — filwaqt li jikkunsidra l-kriterji rilevanti tal-Anness II tad-Direttiva — billi jispeċifika tip partikolari ta’ pjan ta’ żvilupp ikkaratterizzat minn limitu bbażat fuq id-daqs taż-żona u minn kundizzjoni kwalitattiva, li fir-redazzjoni ta’ tali pjan ta’ żvilupp għandha ssir deroga mid-dispożizzjonijiet proċedurali dwar l-evalwazzjoni ambjentali altrimenti applikabbli għall-pjanijiet tal-iżvilupp u jipprovdi wkoll li ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet proċedurali li joriġina mill-fatt li l-muniċipalità evalwat b’mod żbaljat il-kundizzjoni kwalitattiva hija irrilevanti għall-validità legali ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ dan it-tip partikolari?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż, mingħajr ma qajjem espressament l-eċċezzjoni tal-ammissibbiltà, esprima dubji fir-rigward tar-rilevanza tad-domanda preliminari għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu, dan il-gvern isostni, essenzjalment, li l-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-BauGB għandu interpretazzjoni stretta u li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk li jikkaratterizzaw l-adozzjoni tal-pjan tal-iżvilupp fil-kawża prinċipali, din id-dispożizzjoni hija x’aktarx inapplikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest legali u fattwali li huwa l-kompitu tagħha li tiddefinixxi, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għal domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew saħansitra meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-<DATE ISO="20101012">12 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Rosenbladt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/09" PAGE.ECR="I-9391" YEAR="2010">C-45/09, Ġabra p. I-9391</REF.DOC.ECR>, punt 33 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, id-domanda magħmula hija intiża għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(4) u (5) tad-Direttiva. Ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda biss il-qorti tar-rinviju, li għandha tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali (sentenza tat-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Caronna, C-7/11, punt 54) u li tiddetermina sa fejn il-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-BauGB jista’ jiġi applikat fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, xejn minn dak li jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jindika li l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali tista’ ma tapplikax għal din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha titqies li hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-għan ewlieni tad-Direttiva, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, huwa li tissuġġetta l-pjanijiet u l-programmi li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, matul it-tfassil tagħhom u qabel l-adozzjoni tagħhom, għal evalwazzjoni ambjentali (sentenzi tat-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, Valčiukienė <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/10" PAGE.ECR="I-8819" YEAR="2011">C-295/10, Ġabra p. I-8819</REF.DOC.ECR>, punt 37, kif ukoll tat-<DATE ISO="20120228">28 ta’ Frar 2012</DATE>, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne, C-41/11, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-pjan tal-iżvilupp inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt l-Artikolu 3(4) tad-direttiva jew, possibbilment, taħt l-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jistabbilixxu, għall-pjanijiet hemm imsemmija, jekk dawn jistax ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(5) ta’ din id-direttiva, din id-determinazzjoni tal-pjanijiet li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, u li jeħtieġu, minħabba f’hekk, evalwazzjoni skont l-istess direttiva, isseħħ jew billi wieħed jipproċedi b’eżami każ b’każ, jew billi jiġu ddeterminati t-tipi ta’ pjanijiet jew billi jingħaqdu dawn iż-żewġ approċċi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-pjanijiet tal-iżvilupp, il-leġiżlatur Ġermaniż għamel din id-determinazzjoni billi stabbilixxa li r-redazzjoni ta’ pjanijiet bħal dawn hija fil-prinċipju suġġetta għal evalwazzjoni ambjentali, iżda t-tip partikolari tal-pjanijiet tal-iżvilupp intern li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13a(1) tal-BauGB huwa eżenti minn dan l-obbligu.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li d-domanda magħmula hija marbuta, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, mal-konsegwenza li applikazzjoni konġunta ta’ żewġ dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk li jidhru fl-Artikolu 13a u fil-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-BauGB jista’ jkollha għall-effettività tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-paragrafu (4) ta’ dan l-istess artikolu, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-ksur ta’ kundizzjoni kwalitattiva, imposta mil-liġi tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva biex teżenta l-adozzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ tip partikolari minn evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva, ma għandux effett fuq il-validità ta’ dan il-pjan.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li dispożizzjoni bħal dik tal-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-BauGB għandha l-effett li l-pjanijiet tal-iżvilupp li għar-redazzjoni tagħhom għandha ssir evalwazzjoni ambjentali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li implementat l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva jibqgħu validi anki jekk dawn ikunu ġew redatti mingħajr evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Din is-sistema ċċaħħad l-effettività tal-Artikolu 3(1) tad-direttiva, li jimponi li evalwazzjoni ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet li huma msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) tagħha u li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li huwa possibbli li jiġi previst li tip partikolari ta’ pjan li jissodisfa l-kundizzjoni kwalitattiva prevista fl-Artikolu 13a(1) tal-BauGB ma jkunx jista’ <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jikkawża effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent sa fejn din il-kundizzjoni tkun ta’ natura li tiggarantixxi li dan il-pjan jikkorispondi mal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva, li għalihom tirreferi t-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tagħha, jidher madankollu li din il-kundizzjoni tiċċaħħad mill-effettività meta tingħaqad ma’ dispożizzjoni bħalma hija dik tal-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-BauGB.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Billi żżomm fis-seħħ il-pjanijiet tal-iżvilupp li, għall-finijiet tad-direttiva bħal dik trasposta fil-liġi nazzjonali, jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, din id-dispożizzjoni tal-BauGB tippermetti b’mod definittiv lill-muniċipalitajiet li jippreparaw dawn il-pjanijiet mingħajr ma jagħmlu evalwazzjoni ambjentali, sakemm dawn josservaw il-kundizzjoni kwantitattiva stabbilita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13a(1) tal-BauGB u sakemm dawn ma jikkonfliġġux mar-raġunijiet ta’ esklużjoni stabbiliti fir-raba’ u l-ħames sentenzi tal-istess artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex iggarantit b’mod suffiċjenti skont il-liġi li l-muniċipalità tħares f’kull ipoteżi l-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva, kriterji li tagħhom il-leġiżlatur nazzjonali ried jiżgura l-osservanza, kif turi l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ żvilupp intern fil-leġiżlazzjoni intiża li tagħmel użu mill-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Artikolu 3(5) tad-direttiva jagħtih.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li dispożizzjoni nazzjonali bħall-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) tal-BauGB, adottata fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-Artikolu 3(5) tad-direttiva, għandha l-effett ta’ eżenzjoni minn evalwazzjoni ambjentali ta’ pjanijiet tal-iżvilupp li ma kellhomx ikunu hekk eżentati, u dan imur kontra l-għan tad-direttiva u, b’mod iktar partikolari, tal-Artikolu 3(1), (4) u (5) tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn dan, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, meta pjan, fis-sens tad-direttiva, kellu, qabel l-adozzjoni tiegħu, jiġi suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent skont ir-rekwiżiti tad-direttiva, il-qrati nazzjonali li quddiemhom titressaq azzjoni intiża li tannulla dan il-pjan għandhom l-obbligu li jieħdu l-miżuri kollha ġenerali jew partikolari sabiex jipprovdu rimedju għan-nuqqas ta’ tali evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne, iċċitata iktar ’il fuq, punti 44 sa 46).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-kawża prinċipali, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tapplika, fil-kuntest tal-ġurisprudenza tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u li tiżgura l-effett sħiħ tagħhom billi ma tapplikax kull dispożizzjoni tal-BauGB, b’mod partikolari l-punt 1 tal-Artikolu 214(2a) ta’ dan il-kodiċi, li twassal lil dik il-qorti li tagħti deċiżjoni li tmur kontra d-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE>, Simmenthal, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="106/77" PAGE.ECR="629" YEAR="1978">106/77, Ġabra p. 629</REF.DOC.ECR>, punt 24, u tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, Åkerberg Fransson, C-617/10, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, għad-domanda li saret għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 3(4) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-ksur ta’ kundizzjoni kwalitattiva, imposta mil-liġi ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva biex teżenta l-adozzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ tip partikolari minn evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva, ma għandu ebda effett fuq il-validità ta’ dan il-pjan.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent moqri flimkien mal-Artikolu 3(4) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-ksur ta’ kundizzjoni kwalitattiva, imposta mil-liġi ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva biex teżenta l-adozzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ tip partikolari minn evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva, ma għandu ebda effett fuq il-validità ta’ dan il-pjan.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>