|
22.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/41 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1648
tal-21 ta’ Awwissu 2023
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti karti fini miksijin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti
|
(1) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti karti fini miksijin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Wara investigazzjoni antisussidji, il-Kunsill impona wkoll, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 452/2011 (3), dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti karti fini miksijin li joriġinaw mir-RPĊ. |
|
(3) |
Il-miżuri anti-dumping ħadu l-forma ta’ rata ta’ dazju ad valorem li tvarja minn 8 % sa 35,1 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi speċifikati b’mod individwali, b’rata residwa ta’ dazju ta’ 27,1 % fil-pajjiż kollu għall-esportaturi l-oħra kollha. |
|
(4) |
Wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (4) (“ir-Regolament bażiku”), fit-3 ta’ Lulju 2017, il-Kunsill impona mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ permezz tar-Regolament (UE) 2017/1188 (5) (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(5) |
Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ għandhom rati li jvarjaw bejn 8 % u 35,1 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u rata ta’ dazju ta’ 27,1 % fuq il-kumpaniji l-oħrajn kollha mir-RPĊ. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(6) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti (6) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami tressqet fil-31 ta’ Marzu 2022 minn Arctic Paper Grycksbo AB, Burgo Group SpA, Fedrigoni SpA, Lecta Group u Sappi Europe SA (“l-applikanti”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerta karta fina miksija fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(7) |
It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(8) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-30 ta’ Ġunju 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti karti fini miksijin li joriġinaw mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Investigazzjoni separata kontra s-sussidji
|
(9) |
Permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (8) tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
1.5. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(10) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.6. Partijiet interessati
|
(11) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikanti, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lil produtturi esportaturi, importaturi u utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, kif ukoll lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(12) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.7. Kampjunar
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(a) Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(14) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tar-rappreżentattività f’termini tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2021. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 41 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u 37 % tal-bejgħ stmat tal-prodott simili fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u, għalhekk, il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
(b) Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(15) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza. |
|
(16) |
L-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba. |
(c) Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(17) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tieħu kampjun tal-produtturi esportaturi f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Madankollu, l-ebda produttur esportatur ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba. |
|
(19) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jaf ikunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Madankollu, ma ngħatat l-ebda tweġiba. |
1.8. Kwestjonarji, tweġibiet għall-kwestjonarji
|
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-GTĊ”). Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Fil-jum tal-bidu, l-istess kwestjonarji saru disponibbli online fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (9). Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lir-rikorrenti dwar id-data makroekonomika. Il-kwestjonarji saru disponibbli wkoll għall-importaturi mhux relatati u għall-utenti fuq l-istess sit web tad-DĠ Kummerċ (10). |
|
(22) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Barra minn hekk, ir-rikorrenti pprovdew lill-Kummissjoni b’data makroekonomika. Il-produtturi esportaturi ma pprovdewx tweġiba għall-kwestjonarju. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand l-importaturi mhux relatati. L-ebda wieħed mill-utenti ma pprovda tweġibiet għall-kwestjonarji. |
|
(23) |
Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jew mill-GTĊ, is-sejbiet rigward id-dumping u d-dannu saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lill-Unjoni Ewropea ġiet informata dwar dan. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.9. Żjarat ta’ verifika
|
(24) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa biex tiddetermina l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u tad-dannu kif ukoll l-interess tal-Unjoni. |
|
(25) |
Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.10. Divulgazzjoni
|
(26) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(27) |
Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(28) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri ċerta karta fina miksija (“CFP”) li hija karta jew kartun miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat (minbarra karta tat-tip kraft jew kartun tat-tip kraft), f’folji jew f’rombli, u b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u b’luminożità ta’ aktar minn 84 (imkejla skont l-ISO 2470-1). |
|
(29) |
Il-prodott taħt rieżami ma jinkludix:
|
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(30) |
Il-prodott ikkonċernat mill-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 00, ex 4810 14 00, ex 4810 19 00, ex 4810 22 00, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10 u ex 4810 99 80 (kodiċijiet TARIC 4810130020, 4810140020, 4810190020, 4810220020, 4810293020, 4810298020, 4810991020 u 4810998020). |
2.3. Prodott simili
|
(31) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(32) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma għalhekk meqjusin li huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(33) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ. |
|
(34) |
Kif issemma fil-premessa (23), l-ebda esportatur jew produttur miċ-Ċina ma kkoopera fl-investigazzjoni. Konsegwentement, u għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari informazzjoni fit-talba għal rieżami u data statistika mill-Eurostat, Global Trade Atlas (“GTA”) (12), l-Istitut Brażiljan tal-Ġeografija u l-Istatistika (13), il-Ministeru Brażiljan tal-Mini u l-Enerġija (14) u informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mis-sit web uffiċjali tal-kumpanija Brażiljana Sylvamo Ltda (15). |
3.2. Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
(35) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika turi li l-importazzjonijiet tas-CFP mir-RPĊ lejn l-Unjoni kienu inqas minn 200 tunnellata. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-kwantitajiet ma kinux rappreżentattivi minħabba li kienu jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Għalhekk, ma setgħet issir ebda analiżi sinifikanti tad-dumping abbażi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
3.3. Valur normali
3.3.1. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ.
|
(36) |
Fir-rigward tar-RPĊ, minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza għandha t-tendenza li turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(37) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni mill-partijiet interessati dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(38) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, għażlet provviżorjament lill-Indoneżja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-Indoneżja għamlet tranżizzjoni minn pajjiż b’introjtu medju superjuri għal pajjiż b’introjtu aktar baxx (16). Għalhekk il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se teżamina pajjiżi oħra possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(39) |
Fl-20 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ Nota dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li hija kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Sylvamo Ltda., produttur Brażiljan fil-pajjiż rappreżentattiv. L-applikanti biss ressqu kummenti u dawn huma indirizzati fit-taqsima 3.3.4 hawn taħt. |
|
(40) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “Fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”). |
|
(41) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.3.2. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
3.3.2.1. Introduzzjoni
|
(42) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(43) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw attenzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(44) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(45) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (“ir-Rapport”) (17), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u l-prodotti kimiċi). Ir-Rapport ġie miżjud mal-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu u l-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw, jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu. |
|
(46) |
It-talba, li tirreferi għar-Rapport u s-sejbiet tiegħu dwar id-distorsjonijiet tas-suq, indikat li l-osservazzjonijiet tar-Rapport dwar l-ipprezzar u l-allokazzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-art, l-enerġija, il-kapital u l-inputs materjali li qed jiġu influwenzati mill-Istat b’mod sinifikanti ħafna huma partikolarment veri għas-settur Ċiniż tas-CFP. |
|
(47) |
Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni, u l-Kummissjoni lanqas ma rċeviet kummenti minn produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(48) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
3.3.2.2. Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ
|
(49) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-fatturi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (18). Konsegwentement, l-istruttura kumplessiva tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda titlob b’mod espliċitu tali interventi. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża dwar il-proprjetà hija eżempju ewlieni: tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (19). |
|
(50) |
Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (Chinese Communist Party, “CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (20) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles. |
|
(51) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (21). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(52) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-taqsima 3.3.2.5 ta’ hawn taħt) (22). |
|
(53) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.3.2.8 ta’ hawn taħt) (23). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (24). |
|
(54) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (25). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (26). |
|
(55) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (27). |
3.3.2.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’livell sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur
|
(56) |
Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(57) |
Filwaqt li fl-industrija tal-karti miksijin il-grad ta’ sjieda tal-Istat ma jidhirx li huwa sinifikanti, il-GTĊ għandu ishma f’numru ta’ produtturi, bħal sehem fl-akbar intrapriża tal-manifattura tal-karta fiċ-Ċina, Shandong Chenming Paper Holding (28). Tabilħaqq, Chenming Paper Holding hija miżmuma minn Chenming holdings (15,2 %), min-naħa tagħha miżmuma (45,2 %) mill-entità tal-Istat Shandong Shouguang Jinxin Investment Development Holding Group Co., Ltd (29). Addizzjonalment, minħabba li l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anke f’kumpaniji privati (30), bis-CCP jasserixxi t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fil-kumpaniji effettivament tirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u taħt superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fir-RPĊ. |
|
(58) |
Dan jidher ukoll fil-livell tal-Assoċjazzjoni tal-Karti Ċiniża, l-assoċjazzjoni settorjali tal-industrija. Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, l-Assoċjazzjoni tal-Karti Ċiniża “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” u “taċċetta l-gwida tan-negozju, is-superviżjoni, il-ġestjoni mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni, u t-tmexxija tal-bini tal-partiti u mid-dipartimenti amministrattivi inkarigati mill-industrija” (31). |
|
(59) |
Konsegwentement, anke l-produtturi privati fis-settur tal-prodott taħt rieżami ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika kif stabbilit ukoll fit-taqsima 3.3.2.5 ta’ hawn taħt. |
3.3.2.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet
|
(60) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (32), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (33)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016, is-CCP qiegħed isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (34), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit (35). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (36). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(61) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era (“il-Linji Gwida”) (37), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-United Front fis-settur privat u nżidu b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-taqsima III.6 tgħid: “[i]rridu nżidu ulterjorment il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (38). |
|
(62) |
L-investigazzjoni kkonfermat li t-trikkib bejn il-karigi maniġerjali u s-sħubija fis-CCP / il-funzjonijiet fil-Partit huma komuni fl-industrija tal-karti miksijin. Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Shandong Chenming Paper Group Co., Ltd iżomm b’mod parallel il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-intrapriża (39). Artiklu fuq is-sit web ta’ Shandong Chenming Paper iddeskriva aktar l-impenn tal-grupp biex jimplimenta d-deċiżjonijiet meħuda matul l-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u “[biex] jimplimenta bis-sħiħ, b’mod preċiż u komprensiv il-kunċett ta’ żvilupp ġdid, jiffoka fuq in-negozju ewlieni, isaħħaħ l-industrija, jibqa’ impenjat u determinat, u jilħaq kisbiet kbar ġodda fit-triq lejn il-modernizzazzjoni tat-tip Ċiniż” (40). Matul laqgħa mal-President tal-Bord tad-Diretturi tal-Grupp, is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali assigura li “l-Kumitat tal-Partit Muniċipali u l-Gvern Muniċipali se jkomplu jottimizzaw l-ambjent tan-negozju, [...] jikkoordinaw u jsolvu d-diffikultajiet u l-problemi fil-produzzjoni u l-proċessi operattivi tal-intrapriżi fil-ħin, u jappoġġaw bis-sħiħ lil Chenming fl-istabbilizzazzjoni u ż-żieda tal-produzzjoni biex jinkiseb żvilupp saħansitra aħjar” (41). |
|
(63) |
Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-Grupp “esprima l-gratitudni tiegħu lill-Kumitat tal-Partit Muniċipali u l-Gvern Muniċipali għall-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp tal-kumpanija” u kkonferma li “l-kumpanija se taħtaf l-opportunitajiet u tikkoopera b’mod attiv mal-Kumitat tal-Partit Muniċipali u l-Gvern Muniċipali fir-rigward tat-tqassim u l-iżvilupp tal-industrija tal-foresti” (42). Tali Involviment huwa kkonfermat ukoll f’kumpaniji oħra fl-industrija tal-karta miksija. Il-President tal-Bord tad-Diretturi u l-Maniġer Ġenerali ta’ Shandong Sun Paper Co., Ltd pereżempju, li huwa wkoll is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (43), iddikjara li “Mingħajr ir-riforma u l-ftuħ tal-politika tal-Partit, ma jkun hemm l-ebda żvilupp ta’ Sun Paper; mingħajr l-appoġġ tal-Partit u tal-gvern, ma jkun hemm l-ebda glorja ta’ Sun Paper” (44). |
|
(64) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima 3.3.2.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (45). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, fis-settur tal-karti miksijin u f’industriji oħrajn, (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.3.2.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(65) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (46). |
|
(66) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott taħt rieżami. Bħala eżempju, it-teknoloġiji relatati mal-karti miksijin huma elenkati fost l-industriji mħeġġa fil-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija tal-2019 taċ-Ċina (47), li jindika l-intenzjonijiet tal-awtoritajiet li joħolqu ambjent regolatorju li jwassal għall-iżvilupp tas-settur, u li potenzjalment iwitti wkoll it-triq għall-aċċess tal-industrija għall-finanzjament. Addizzjonalment, il-Katalogu jispeċifika wkoll miri ewlenin tal-produzzjoni, pereżempju fir-rigward ta’ diversi forom ta’ polpa tal-injam (48), jirreferi għall-iżvilupp ta’ tagħmir avvanzat għall-produzzjoni tal-polpa u l-karti (49) u jsemmi diversi setturi tal-produzzjoni tal-karta u tal-polpa tal-injam li għandhom jiġu eliminati jekk il-kapaċitajiet annwali ma jintlaħqux (50). Barra minn hekk, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”) (51), jistieden lill-industrija biex “taċċellera t-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-intrapriżi f’industriji ewlenin bħall-industrija tal-kimika u l-produzzjoni tal-karta” (52). L-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-forestrija u tal-ħaxix (53) jenfasizza l-objettiv li “jiġu msaħħa l-industriji tradizzjonali għall-promozzjoni tal-ipproċessar profond tal-injam, [...] tkun sostnuta t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tas-setturi ekonomiċi bħall-foresti, l-ipproċessar tal-injam u tal-bambù, il-kimiki tal-forestrija, il-polpa u l-karta” (54) u “titħaffef l-eliminazzjoni ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni żejda, [...] tkun promossa t-trasformazzjoni teknoloġika u titjieb ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-enerġija u tal-materja prima” (55). |
|
(67) |
Barra minn hekk, il-politiki fil-livell nazzjonali rigward l-industrija tal-karta miksija huma implimentati f’livelli sottoċentrali permezz ta’ dokumenti ta’ ppjanar korrispondenti. L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong (56) dwar il-bini ta’ provinċja b’saħħitha għall-manifattura jgħid li “sa tmiem l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, [...] il-kobor tal-industriji tal-ħadid u tal-azzar, tal-metalli mhux ferrużi, tal-apparati domestiċi, tal-produzzjoni tal-karti, kif ukoll industriji oħrajn, se jkun fost l-aqwa tlieta fil-pajjiż” (57), filwaqt li jitlob appoġġ fiskali mtejjeb (58) u jiddikjara espliċitament li “d-dipartimenti ta’ amministrazzjoni tal-finanzi provinċjali, muniċipali u tal-kontej għandhom isaħħu l-koordinazzjoni ta’ fondi, u b’mod komprensiv jadottaw metodi bħal investiment fl-ekwità, skontijiet fuq l-imgħax ta’ self, u għotjiet u sussidji ex-post biex jiżdied l-appoġġ għall-industrija tal-manifattura” (59). Fil-pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Shandong għal provinċja b’saħħitha fil-manifattura avvanzata 2022–2025 (60), il-gvern lokali jiddikjara li “l-Grupp Żgħir ta’ Tmexxija tal-Provinċja għall-kostruzzjoni ta’ provinċja tal-manifattura b’saħħitha għandu jkollu rwol komprensiv u ta’ koordinazzjoni, u d-dipartimenti rilevanti direttament taħt l-awtorità tal-gvern provinċjali għandhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif xieraq. Il-membri responsabbli ewlenin tal-kumitati tal-Partit u tal-gvernijiet fil-livelli tal-bliet u tal-kontej għandhom jibbażaw fuq ir-riċerka u l-varar, u għandhom ikunu minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni.” (61) Il-pjan ta’ azzjoni għall-ogħla livell ta’ karbonju tal-provinċja ta’ Jiangsu applikabbli għall-industriji u għas-setturi ewlenin ta’ Jiangsu (62) fih ukoll struzzjonijiet biex “titħaffef it-trasformazzjoni u jkun hemm modernizzazzjoni f’industriji tradizzjonali [...] bħall-manifattura tal-karti” (63). Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħrajn, l-awtoritajiet Ċiniżi jidderieġu u jikkontrollaw kważi kull aspett tal-iżvilupp u tal-funzjonament tas-settur. |
|
(68) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku rigward l-industrija tal-karti miksijin. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.3.2.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà
|
(69) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin proprji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom numru ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (64). |
|
(70) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (65). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet regolarment ma jiġux irrispettati, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (66). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (67). |
|
(71) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott taħt rieżami huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-liġi tal-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anke fis-settur tal-forestrija u tal-produzzjoni tal-injam. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(72) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott taħt rieżami. |
3.3.2.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku: distorsjoni tal-ispiża tal-paga
|
(73) |
Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (68). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (69). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħra għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (70). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ. |
|
(74) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-karti miksijin ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.3.2.8. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(75) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (71), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (72) u, għal darba oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-GTĊ. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (73). Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (74). |
|
(76) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ (75), tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(77) |
Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (76). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (77). |
|
(78) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (78). |
|
(79) |
Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (79). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(80) |
It-tieni, il-kostijiet tat-teħid b’self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(81) |
It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self bir-rata normattiva tal-imgħax jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sal-aħħar tal-2018 (80). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titnaqqas” (81). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(82) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GTĊ li għażel numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(83) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha. |
|
(84) |
F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li, minbarra l-politiki pubbliċi msemmija hawn fuq li jappoġġaw l-industrija tal-karti miksijin, il-GTĊ jappoġġa finanzjarjament lill-kumpaniji fis-settur. Fir-rapport annwali 2022 ta’ Shandong Chenming Paper Holding, il-kumpanija telenka għadd ta’ għotjiet tal-gvern għall-2022, maqsumin fost l-erba’ proġetti li ġejjin:
|
3.3.2.9. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(85) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika tal-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.2.2 - 3.3.2.5 kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.2.6 - 3.3.2.8 u fil-Parti II tar-Rapport. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-karti miksijin jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(87) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
3.3.2.10. Konklużjoni
|
(88) |
L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.3.2.1. sa 3.3.2.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-prodott taħt rieżami, uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(89) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.3.3. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.3.1. Kummenti ġenerali
|
(90) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(91) |
Kif spjegat fil-premessa (39), fl-20 ta’ Frar 2023 il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, kif ukoll informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqis lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(92) |
Skont il-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. Il-Brażil huwa kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Barra minn hekk, il-Brażil ġie identifikat bħala pajjiż fejn il-prodott taħt rieżami qiegħed jiġi mmanifatturat b’data pubblika rilevanti li kienet faċilment disponibbli. |
|
(93) |
Fl-aħħar nett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza, tar-Regolament bażiku. |
3.3.3.2. Konklużjoni
|
(94) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u minħabba li l-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lill-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.3.4. Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(95) |
Fin-nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, kif mogħtija mill-applikant fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża informazzjoni mill-ILOSTAT (86) biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni fis-settur tal-manifattura, u t-tariffi pubbliċi tal-elettriku u l-gass mill-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (87). Sussegwentement, kif spjegat fil-premessa (98) hawn taħt, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística (88) bħala sors għall-istabbiliment tal-kostijiet lavorattivi. |
|
(96) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex tistabbilixxi l-ispejjeż SG&A u l-profitt, f’livell raġonevoli, hija kienet se tuża d-data finanzjarja minn produttur Brażiljan wieħed biss tal-prodott taħt rieżami, Sylvamo Ltda., kif stabbilit fil-premessa (100) hawn taħt. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiż rappreżentattiv identifikat. Madankollu, waslu kummenti mingħand l-applikanti dwar għadd ta’ punti diskussi fin-nota msemmija hawn fuq, li qed jiġu deskritti hawn taħt. |
|
(97) |
L-applikanti l-ewwel argumentaw li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti materji primi mingħajr kodiċijiet HS (materjali għall-mili, pigmenti-oħrajn, aġenti li jgħaqqdu-oħrajn, addittivi, oħrajn). Madankollu, il-fatt li dawn il-materji primi ma jidhrux fit-tabella tal-materji primi tan-nota dwar is-sorsi rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali, ma jfissirx li dawn ġew injorati. Dawn il-materji primi fil-fatt tqiesu fil-kalkoli tal-Kummissjoni bħala oġġetti konsumabbli. F’aktar dettall, fil-kuntest ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teħtieġ tistabbilixxi biss jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Minħabba li fil-premessa (122) hawn taħt instabet differenza (sinifikanti) fil-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami bejn il-valur normali maħdum għall-bejgħ lill-bqija tad-dinja u l-konklużjoni sussegwenti dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa twettaq determinazzjoni tad-dumping tal-prezzijiet fl-investigazzjoni preżenti. Barra minn hekk, il-materji primi inkwistjoni rrappreżentaw perċentwal żgħir tal-ispiża totali tal-produzzjoni. Għalhekk tqiesu bħala oġġetti konsumabbli, bl-użu tal-perċentwali tal-ispejjeż ipprovduti mill-applikant (li jammontaw għal madwar 7 %). |
|
(98) |
It-tieni, ir-rikorrent talab punti ta’ riferiment imfassla apposta għat-tipi differenti ta’ spejjeż tal-manodopera, li jiddistingwu bejn tipi differenti ta’ impjegati. Madankollu, l-applikant ma pprovdiex tali data dwar l-ispejjeż tal-manodopera għall-Brażil biex jiddistingwi bejn tipi differenti ta’ ħaddiema. Barra minn hekk, kieku l-Kummissjoni wettqet tali differenzjazzjoni fil-parametri referenzjarji tal-manodopera u minħabba s-sehem relattiv tal-ispejjeż tal-manodopera fl-ispiża totali tal-manifattura, il-bidla fid-differenza bejn il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tkun marġinali. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tikkalkula marġni tad-dumping preċiż iżda pjuttost li tistabbilixxi jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Madankollu, sabiex jiġu riflessi aħjar is-salarji fis-settur tal-manifattura għall-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni ddeċidiet li minflok l-ILOSTAT (kif imħabbar fin-Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali) tuża l-Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística (89) bħala sors għall-pagi ta’ kull xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura fuq medja ta’ sigħat fil-ġimgħa maħduma fil-Brażil għall-2021. |
|
(99) |
It-tielet, l-applikant talab li jitqiesu wkoll l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura (deprezzament tal-magni, manodopera indiretta, kostijiet tal-imballaġġ). Madankollu, kif spjegat fil-premessa (109) hawn taħt, il-Kummissjoni kienet diġà qieset dawn l-ispejjeż fil-kalkoli, bl-użu tal-perċentwali tal-ispejjeż ipprovduti fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
|
(100) |
Ir-raba’, l-applikant ikkritika l-fatt li l-Kummissjoni ma użatx fil-kalkoli tagħha l-profitt u l-SG&A tal-akbar produttur tal-karta fina miksija fil-Brażil imsejjaħ Suzano S.A. u li hija ħadet inkunsiderazzjoni biss produttur ieħor ta’ prodotti simili għall-prodott taħt rieżami, jiġifieri Sylvamo Ltda. Dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni qieset li l-profitt u l-SG&A kkombinati ta’ Suzano S.A. mhumiex rappreżentattivi ta’ dak li l-industrija tal-karta fina miksija tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq u għalhekk mhux raġonevoli. Konsegwentement, hija ddeċidiet li żżomm l-għażla inizjali tagħha li tuża biss Sylvamo Ltda. għall-kalkolu ta’ SG&A raġonevoli u perċentwali ta’ profitt. L-użu tad-data ta’ Suzano S.A. kien sempliċiment iżid aktar id-differenza stabbilita bejn il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi skont il-premessa (122). Kif spjegat fil-premessa (98) hawn fuq, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tikkalkula marġni tad-dumping preċiż iżda pjuttost li tistabbilixxi jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Konsegwentement, hija ċaħdet id-dikjarazzjoni. |
3.4. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.4.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(101) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti miġbura matul il-proċedura u wara l-analiżi tal-kummenti mill-partijiet interessati, il-fatturi ta’ produzzjoni u s-sorsi tagħhom li ġejjin ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni ta’ ċerta karta fina miksija
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.4.1.1. Materja Prima
|
(102) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv, kif huwa rrapportat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (93). |
|
(103) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa ta’ hawn fuq ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(104) |
Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni kif ukoll tan-natura ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Dawn l-aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġni tad-dumping. |
3.4.1.2. Manodopera
|
(105) |
Għall-manodopera diretta u indiretta, intużat statistika tal-kostijiet mill-Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística (94) biex jiġu ddeterminati l-pagi fil-Brażil. Il-Kummissjoni użat il-pagi ta’ kull xahar tal-ħaddiema fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Brażil fl-2021. Fuq din il-bażi, ġiet ikkalkulata rata fis-siegħa ta’ 59,57 RMB/siegħa. |
3.4.1.3. Elettriku
|
(106) |
Il-prezz tal-elettriku fil-Brażil huwa ppubblikat mill-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (95). Il-Kummissjoni użat id-data tal-2021 tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali u stabbiliet prezz fil-livell ta’ 919,96 RMB/MWh (li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). |
3.4.1.4. Gass naturali
|
(107) |
Sabiex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju għall-kostijiet tal-gass, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (96). Il-prezz użat hu l-prezz medju tal-2021 għal unità tal-gass għall-utenti industrijali fil-Brażil, li kien fil-livell ta’ 344,29 RMB/MWh (li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). |
3.4.1.5. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament
|
(108) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(109) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mhux distort tal-kost tal-manifattura sabiex jinkiseb il-valur mhux distort tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, skont il-mudell prodott. |
|
(110) |
Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-aktar data finanzjarja reċenti disponibbli tal-kumpanija Sylvamo Ltda (97). (is-sena finanzjarja 2021). |
3.4.2. Kalkolu tal-valur normali
|
(111) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(112) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. |
|
(113) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura (inklużi l-kostijiet tal-manodopera), l-SG&A u l-profitt kif innutat fil-premessi minn (109) u (110). Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikanti, u l-kostijiet lavorattivi ġew iddeterminati abbażi tal-informazzjoni meħuda mill-Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística (98). L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tal-valuri rrapportati fid-dikjarazzjoni finanzjarja tal-kumpanija Sylvamo Ltda. għas-sena 2021 fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija (99). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
|
(114) |
Fuq dik il-bażi, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq il-livell tal-prodott taħt rieżami, fuq bażi ex-works. Il-valur normali stabbilit fuq din il-bażi ammonta għal EUR 1 247,15/tunnellata. |
3.5. Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping
|
(115) |
Kif spjegat fil-premessa (34) l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni u l-Kummissjoni kellha tirrikorri għal informazzjoni statistika disponibbli biex tiddetermina jekk kienx hemm probabbiltà li d-dumping ikompli. |
|
(116) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni skont il-Eurostat, kienu ta’ 197 tunnellata biss, li jirrappreżentaw biss 0,008 % tal-konsum totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-volumi baxxi ma jipprovdux bażi affidabbli biżżejjed għal kontinwazzjoni ta’ analiżi tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni ffokat l-investigazzjoni tagħha fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.6. Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping
|
(117) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (115) u (116), il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jispiċċaw. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezz tal-esportazzjoni miċ-Ċina tal-karta fina miksija lejn il-bqija tad-dinja biex tiġi vvalutata l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda Ċiniżi, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.6.1. Il-paragun bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali
|
(118) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni użat id-data li tinsab fit-talba għal rieżami, li hija bbażata fuq Svan Data (100). |
|
(119) |
Fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi għajr l-UE, fit-talba għal rieżami ta’ skadenza l-applikant spjega li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu prinċipalment esportati taħt il-kodiċi tal-komodità Ċiniża 4810 19, u għalhekk il-Kummissjoni llimitat it-tqabbil ma’ dan il-kodiċi tal-komodità u użat din id-data bħala fatti disponibbli. |
|
(120) |
Sabiex tiddetermina l-prezz medju tal-esportazzjoni mill-fabbrika lejn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni użat il-prezz frank abbord lejn pajjiżi terzi kif imsemmi fil-premessa (118). Il-prezz frank abbord medju ponderat fil-livell tal-port Ċiniż ġie stabbilit għal EUR 781,22/tunnellata. Minn dan il-prezz, il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet tat-trasport intern kif irrapportat fit-talba għal rieżami (101). Fuq din il-bażi, il-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika ġie stabbilit għal EUR 755,22/tunnellata. |
|
(121) |
Sabiex tesprimi d-differenza bejn il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika bħala perċentwal tal-prezz tal-esportazzjoni għall-kost, assigurazzjoni u nol (CIF) korrispondenti, il-Kummissjoni kkalkolat ukoll il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell CIF miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi f’konformità mal-metodoloġija tat-talba għal rieżami ta’ skadenza. Skont din il-metodoloġija, il-kost tat-trasport tan-nol bil-baħar miżjud mal-prezz frank abbord lejn pajjiżi terzi kien ibbażat fuq il-prezzijiet tal-2019 peress li l-prezzijiet tal-2020 kienu affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 u b’hekk tqiesu bħala mhux rappreżentattivi. Fuq din il-bażi, il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell CIF miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi ġie stabbilit għal EUR 844,22/tunnellata. |
|
(122) |
Għalhekk, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, id-differenza bejn il-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika u l-valur normali kif ikkalkulat fit-Taqsima 3.4.2, espress bħala perċentwal tal-valur CIF korrispondenti kienet ta’ 58 %. |
3.6.2. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(123) |
Sabiex tanalizza l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u ta’ kwalunkwe produttur esportatur Ċiniż u, billi ma kienx hemm data affidabbli oħra, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba tagħhom għal rieżami, kif speċifikat fil-premessi ta’ hawn taħt, fir-rigward tas-CFP kif ukoll tal-industrija tal-Karta Ħielsa mill-Injam Miksija (CWF), is-settur aktar wiesa’ li għalih tappartjeni s-CFP. |
|
(124) |
Peress li d-data fis-CWF kienet aktar faċilment disponibbli, ir-rikorrenti użawha biex jikkalkulaw il-proporzjon tas-CFP taċ-ċifri tal-produzzjoni u tal-kapaċità. |
|
(125) |
Abbażi tat-talba tar-rikorrenti (102), fl-2021, id-domanda globali għas-CWF kienet ta’ madwar 17,3 miljun tunnellata u l-kapaċitajiet globali kienu ta’ madwar 20,7 miljun tunnellata. Id-domanda globali għas-CFP ġiet ikkalkulata mir-rikorrenti għal madwar 12,1 miljun tunnellata u kapaċitajiet ta’ madwar 14,5 miljun tunnellata. |
|
(126) |
Fl-2021, skont l-applikant, id-domanda fl-UE għall-karta CWF kienet ta’ madwar 3,2 miljun tunnellata u l-kapaċitajiet fl-UE tal-karta CWF kienu ta’ madwar 5 miljun tunnellata. Kif jissemma fil-premessi (140) u (154), id-domanda fl-UE għas-CFP ġiet ikkalkulata mill-Kummissjoni għal madwar 2,6 miljun tunnellata u l-kapaċitajiet fl-UE tas-CFP għal ftit aktar minn 4 miljun tunnellata. |
|
(127) |
Il-kapaċitajiet tas-CWF Ċiniżi tal-2021 kienu ta’ madwar 6,8 miljun tunnellata u d-domanda Ċiniża kienet ta’ 4,7 miljun tunnellata. Il-kapaċitajiet tas-CFP Ċiniżi kif ikkalkolati mill-applikanti kienu 4,8 miljun tunnellata u d-domanda domestika għall-prodott ikkonċernat kienet ta’ madwar 3,3 miljun tunnellata (103). |
|
(128) |
Għalhekk, iċ-Ċina kellha kapaċitajiet ta’ riżerva tas-CFP (104) ta’ mill-anqas 0,9 miljun tunnellata u kapaċitajiet żejda (105) ta’ madwar 1,5 miljun tunnellata fl-2021, ċifra li tikkorrispondi għal madwar 56 % tad-domanda totali għas-CFP tal-UE. Jekk wieħed iħares lejn is-CWF b’mod ġenerali, il-kapaċitajiet żejda Ċiniżi kienu aktar minn 2 miljun tunnellata fl-2021 (aktar minn 80 % tal-konsum tal-UE). Ma ġie osservat l-ebda tnaqqis fil-kapaċitajiet żejda (ara l-premessa (66)). Konsegwentement, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, jista’ jiġi preżunt li kapaċità ta’ riżerva saħansitra ogħla tista’ tiġi ridirezzjonata faċilment mis-CWF għall-produzzjoni tas-CFP u tinbiegħ fis-suq tal-Unjoni. |
|
(129) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti li jistgħu jużaw biex jipproduċu saħansitra aktar prodotti tas-CFP u li jistgħu jiġu esportati lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati. Il-Kummissjoni sabet ukoll li dan il-potenzjal ta’ esportazzjoni jista’ jiżdied bħala riżultat tat-tnaqqis mistenni fid-domanda globali u domestika fir-RPĊ, f’konformità mal-iżviluppi fl-aħħar 10 snin, kif deskritt fit-taqsima 5 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
3.6.3. Attrattività tas-suq tal-Unjoni
|
(130) |
Kif indikat fil-premessi (124) sa (127), l-investigazzjoni wriet li d-domanda tal-Unjoni għas-CFP baqgħet sinifikanti. Għalkemm il-konsum tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, is-suq tal-Unjoni għadu t-tieni l-akbar suq fid-dinja (wara s-suq Ċiniż) u jirrappreżenta madwar 20 % tal-konsum globali. Barra minn hekk, id-domanda domestika fir-RPĊ hija mbassra li se tonqos, u dan jissuġġerixxi inċentiv qawwi għall-produtturi Ċiniżi biex isibu swieq alternattivi li jistgħu jassorbu dawn il-kapaċitajiet żejda Ċiniżi. |
|
(131) |
Barra dan, diversi pajjiżi daħħlu fis-seħħ miżuri (106) għall-prodotti tal-karta kontra ċ-Ċina, inklużi l-Korea t’Isfel, l-Indja u l-Istati Uniti, kif imsemmi fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
|
(132) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari skont it-talba, il-Kummissjoni identifikat 27 pajjiż fejn l-esportaturi Ċiniżi biegħu l-prodott taħt rieżami waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet taħt il-prezzijiet fil-mira tal-industrija tal-Unjoni. L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn dawn il-pajjiżi kienu jirrappreżentaw madwar 10 % tal-esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi fil-volum. |
|
(133) |
Konsegwentement, minħabba l-kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti li nstabu, il-possibbiltà li tiżdied il-kapaċità ta’ riżerva billi wieħed jaqleb għall-karta fina miksija minn tipi oħra ta’ karta, l-aċċess limitat tal-produtturi tal-karta fina miksija Ċiniżi għas-swieq ta’ pajjiżi terzi importanti, il-prezz li bih il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jbigħu fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll it-tnaqqis previst fil-konsum domestiku fir-RPĊ, huwa probabbli li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jiġu ridirezzjonati lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping x’aktarx li jidħlu fl-Unjoni f’volumi ogħla u bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(134) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri jiġu revokati, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni. |
3.6.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping
|
(135) |
Fid-dawl tas-sejbiet imsemmijin fil-premessa (122), tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi mal-prezz fis-suq tal-pajjiż rappreżentattiv jappoġġa bil-qawwa probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
|
(136) |
Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-kapaċità tal-produzzjoni sinifikanti disponibbli fir-RPĊ, kif ukoll il-kapaċità żejda u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda fl-esportazzjonijiet ta’ CFP mir-RPĊ lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(137) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn 17-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ analiżi. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(138) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 3 700 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (14), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 41 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(139) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni u d-data tal-Eurostat. |
|
(140) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(141) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas b’5 % fl-2019, segwit minn tnaqqis qawwi ieħor ta’ 24 punt perċentwali fl-2020 marbut mat-tifqigħa tal-COVID-19. L-2021 kienet ikkaratterizzata minn żieda żgħira ta’ 4 punti perċentwali, għalkemm mhux biżżejjed biex terġa’ lura għal-livelli osservati qabel il-kriżi, li rriżulta fi tnaqqis globali fil-konsum tal-Unjoni ta’ 25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Jekk wieħed iħares lejn ix-xejra aktar fit-tul, il-konsum stmat tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien 44 % anqas minn dak li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali (4 572 057 tunnellata). It-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni jirrifletti t-tnaqqis fid-domanda għall-karti grafiċi b’mod ġenerali, li primarjament huwa r-riżultat tal-iżvilupp tal-media diġitali li qed tieħu post il-media tradizzjonali stampata. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(142) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni u d-data tal-Eurostat. Id-data tal-Eurostat qabel ġiet ivverifikata mal-informazzjoni disponibbli. |
|
(143) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej għall-esportaturi li bħalissa huma soġġetti għal dazji: Tabella 3 Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(144) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ kien negliġibbli. Fil-fatt, mill-impożizzjoni tal-miżuri fl-2011, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ niżlu għal livelli insinifikanti. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(145) |
Kif indikat fil-premessa hawn fuq, minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet ta’ CFP mir-RPĊ fl-Unjoni waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet ta’ dan il-bejgħ ma tqisux rappreżentattivi u ma setgħux jintużaw biex jinsiltu konklużjonijiet dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u dwar l-imġiba tal-produtturi esportaturi fir-rigward tal-ipprezzar. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina
|
(146) |
L-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina oriġinaw prinċipalment mill-Korea t’Isfel u mill-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(147) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-CFP minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(148) |
Għalkemm il-volum totali tal-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi għajr ir-RPĊ żdied matul il-perjodu kkunsidrat, dan baqa’ f’livell baxx ħafna, kif rifless fis-sehem mis-suq totali tagħhom, li żdied minn 0,22 % għal 0,95 % matul dan il-perjodu. Il-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għalhekk ma kkontribwewx għas-sitwazzjoni tad-dannu tal-UE. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(149) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom impatt fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni waqt il-perjodu kkunsidrat. |
|
(150) |
Kif imsemmi fil-premessa (138), intuża l-kampjunar għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(151) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, li tinsab fil-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta’ data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew ivverifikati u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(152) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti. |
|
(153) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(154) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(155) |
Il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni naqsu rispettivament b’25 % u b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-kapaċità tal-produzzjoni huwa xejra fit-tul marbuta mal-adattament tal-industrija għal domanda li qed tonqos relatata mad-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà tagħna. |
|
(156) |
Diġà qabel il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni kienu wettqu sforzi kbar ta’ ristrutturar bil-għan li jindirizzaw il-kapaċità żejda strutturali li tirriżulta mid-diġitalizzazzjoni u dawn l-isforzi komplew matul il-perjodu kkunsidrat. Kemm bħala riżultat tal-għeluq ta’ ċerti impjanti kif ukoll tal-konverżjoni ta’ impjanti oħra biex jipproduċu prodotti tal-karta għajr is-CFP, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tas-CFP tagħha b’madwar 1 400 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(157) |
Bit-tnaqqis kontinwu tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm l-użu tal-kapaċità tagħha relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Bl-eċċezzjoni tas-sena 2020, li għaliha l-użu tal-kapaċità kien aktar baxx meta mqabbel mas-snin preċedenti u ta’ wara, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni wara t-tifqigħa tal-COVID-19 fl-2020. |
|
(158) |
L-investigazzjoni stabbiliet li rata għolja ta’ użu tal-kapaċità hi fattur importanti fil-vijabilità fit-tul tal-industrija tal-karta minħabba l-investimenti għoljin fl-assi fissi u l-impatt li jirriżulta fuq il-kostijiet medji tal-manifattura. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(159) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(160) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas b’25 %. Dan naqas b’5 % bejn l-2018 u l-2019 u fl-2020, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-bejgħ naqas drastikament b’24 punt perċentwali addizzjonali. Fl-2021, kien hemm irkupru żgħir ta’ 4 punti perċentwali iżda mhux sal-livelli ta’ bejgħ osservati fl-2018. It-tnaqqis fil-bejgħ kien relatat mat-tnaqqis fid-domanda għall-prodott ikkonċernat, li jista’ jkun marbut mad-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà tagħna. |
|
(161) |
Peress li kważi ma kien hemm l-ebda importazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli għal madwar 99 %. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(162) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma rat l-ebda tkabbir fil-produzzjoni u fil-bejgħ. Għall-kuntrarju, dawn l-indikaturi ekonomiċi segwew mill-qrib ix-xejra ta’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(163) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(164) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-għadd ta’ impjegati naqas bi 22 %. Dan it-tnaqqis kien kostanti u regolari matul il-perjodu. Huwa jirrifletti l-isforzi ta’ ristrutturar aktar fit-tul imwettqa mill-industrija tal-Unjoni biex tindirizza l-kapaċità żejda strutturali, kif spjegat fil-premessa (156). |
|
(165) |
It-tnaqqis sostanzjali fil-forza tax-xogħol kien akkumpanjat minn tnaqqis komparabbli fil-produzzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-produttività, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata fis-sena, irreġistrat biss tnaqqis żgħir ta’ 4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2020, il-produttività naqset drastikament bi 19-il punt perċentwali minħabba t-tnaqqis f’daqqa fid-domanda kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. B’riżultat ta’ dan, il-produttività laħqet l-aktar livell baxx tagħha fl-2020. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġini ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti
|
(166) |
Kif spjegat fil-premessa (116), ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni affermattiva tad-daqs tal-marġni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jiġu revokati. |
|
(167) |
Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, l-industrija tal-Unjoni wriet sinjali ta’ rkupru mill-effetti ta’ dumping fil-passat. Matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kurrenti, ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ rkupru bħal dan, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċja sitwazzjoni diffiċli, fejn il-bżonn ta’ ristrutturar żdied mal-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(168) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(169) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u naqas biss b’1 %. Wara żieda żgħira ta’ 2 % fl-2019, il-prezzijiet naqsu bi 8 punti perċentwali fl-2020, is-sena tat-tifqigħa tal-COVID-19, meta domanda aktar baxxa niżżlet il-prezzijiet ’l isfel. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet reġgħu żdiedu b’5 punti perċentwali minħabba żieda fid-domanda. |
|
(170) |
Il-kost ta’ unità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas daqsxejn bi 2 % bejn l-2018 u l-2019. It-tnaqqis ulterjuri bi 3 punti perċentwali fl-2020 kien dovut għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija. Fl-2021, il-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija żdiedu b’mod sinifikanti, u dan wassal għal żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni bi 11-il punt perċentwali, li rriżulta f’żieda totali ta’ 6 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3.2. Kostijiet tal-manodopera
|
(171) |
Il-kostijiet tal-manodopera medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet tal-manodopera medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(172) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kienu stabbli matul il-perjodu 2018-2019. Dawn naqsu b’6 % fl-2020 meta mqabbla mal-2019. Dawn żdiedu immedjatament wara, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal livell ta’ 5 % ogħla milli fl-2018. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(173) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(174) |
L-istokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa konformi mat-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni. |
|
(175) |
F’termini ta’ perċentwal tal-produzzjoni, il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq kien ta’ madwar 3 % matul il-perjodu. |
4.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
|
(176) |
Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(177) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. L-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Bħala referenza, ta’ min jinnota li fl-investigazzjoni oriġinali, il-profitt fil-mira għall-industrija ġie stabbilit għal 8 % (107). Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset minn -3,6 % għal -9,5 %. L-2019 kienet, komparattivament, l-aħjar sena, meta l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni laħqet -0,8 %, minħabba kombinazzjoni ta’ kost aktar baxx tal-produzzjoni u prezzijiet tal-bejgħ b’saħħithom. Fl-2020, il-profittabilità naqset drastikament għal livell ta’ -5,6 %, biex kompliet tonqos fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal -9,5 %. |
|
(178) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus kien pożittiv u fil-biċċa l-kbira x-xejra tiegħu kienet tirrifletti l-evoluzzjoni tal-profittabilità, bl-2019 tkun l-aħjar sena. |
|
(179) |
Fid-dawl tat-tnaqqis fid-domanda għas-CFP kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma investietx f’kapaċità ġdida. L-investimenti li saru kienu ffukati fuq il-manutenzjoni, is-sostituzzjoni tal-kapital, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika, u fuq miżuri mmirati lejn ir-ristrutturar u l-konformità mal-istandards tal-protezzjoni ambjentali. |
|
(180) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod simili għall-profitt matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(181) |
Minħabba l-kost tad-dejn eżistenti, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni u d-domanda dejjem tonqos għas-CFP, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital baqgħet limitata matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(182) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-indikaturi tad-dannu wrew stampa negattiva. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni kienu qed jonqsu, il-bejgħ kien qed jonqos, u l-impjiegi kienu qed jonqsu. Il-profitt u r-redditu fuq l-investiment kienu negattivi matul il-perjodu kollu kkonċernat, bl-2020 u l-2021 ikunu l-agħar snin tal-perjodu. |
|
(183) |
Ix-xejriet negattivi fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ kienu r-riżultat tad-domanda dejjem tonqos għas-CFP kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, li kienet tirrikjedi li l-industrija tal-Unjoni tkompli bir-ristrutturar, inkluż billi tagħlaq ċerti impjanti tal-manifattura tal-karta u billi tikkonverti oħrajn għall-produzzjoni ta’ tipi oħra ta’ karta. |
|
(184) |
Id-domanda futura għas-CFP hija mistennija li tonqos u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se tibqa’ diffiċli, b’aktar tnaqqis fil-produzzjoni u fil-kapaċità tal-produzzjoni li se jkollu jseħħ. |
|
(185) |
Il-miżuri fis-seħħ żguraw il-protezzjoni għall-industrija tal-Unjoni, u dan ippermettielha żżomm sehem mis-suq għoli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tas-CFP b’mod suffiċjenti ’l fuq mil-livelli li jkopru l-kostijiet biex tiġġenera profitt. Dan kien dovut fl-2018-2019 għaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima (speċjalment il-polpa) u d-diffikultà li ż-żieda fil-prezzijiet tiġi mgħoddija lill-klijenti tal-industrija tal-Unjoni. Fl-2020, it-tnaqqis fid-domanda u fil-prezzijiet marbut mal-pandemija tal-COVID-19 affettwa lill-industrija tal-Unjoni, li rreġistrat telf sinifikanti. L-2021 kienet ikkaratterizzata minn żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija, li wassal għal żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ta’ 11 % u deterjorament ulterjuri tal-linji tal-qiegħ. Barra minn hekk, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kellha tirristruttura l-attivitajiet tagħha u l-kapaċità tal-produzzjoni tnaqqset b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan ġie b’kost addizzjonali. |
|
(186) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, id-dannu lill-industrija tal-Unjoni li ġie osservat matul dan il-perjodu ma setax ikun ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. Huwa kien ikkawżat prinċipalment mit-tnaqqis fid-domanda għas-CFP u mill-kostijiet għoljin tar-ristrutturar relatati, li t-tnejn kellhom effett sinifikanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
5. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(187) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (186) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll fil-premessa (186) li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax ikun ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri kurrenti jitħallew jiskadu. |
|
(188) |
Kif issemma fil-premessa (130), is-suq tal-Unjoni huwa t-tieni l-akbar suq tas-CFP fid-dinja. Fil-fatt, id-daqs globali tiegħu u l-eżistenza ta’ xerrejja kbar tas-CFP jagħmluh attraenti ħafna għall-produtturi Ċiniżi tas-CFP, minħabba li kunsinni kbar bħal dawn jippermettulhom jużaw il-kapaċità ta’ produzzjoni żejda tagħhom, li min-naħa tagħha tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni ta’ unità tagħhom. Għaldaqstant, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, minħabba l-benefiċċji ekonomiċi tal-użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni żejda fir-RPĊ, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi joffru s-CFP bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni, u dan jagħmel pressjoni fuq il-prezzijiet u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(189) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi sabiex tiddetermina l-effetti tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(190) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, intużat id-data li tinsab fit-talba għal rieżami, li hija bbażata fuq Svan Data (108), u, minħabba raġunijiet spjegati fil-premessa (119), intużat b’mod partikolari data dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi relatati mal-kodiċi tal-komoditajiet 4810 19. |
|
(191) |
Għall-finijiet ta’ tqabbil, il-Kummissjoni ddeterminat il-prezzijiet li ġejjin:
|
|
(192) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-bejgħ medju ponderat tal-industrija tal-Unjoni mitlub lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, aġġustat għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, mal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni, aġġustati għal prezz totali sal-konsenja tal-Unjoni matul il-PIR. It-tqabbil tal-prezzijiet ibbażat fuq id-data stabbilita fil-premessa (191) wera li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn tmien pajjiżi terzi kienu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 1 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fil-volum. Dan il-perċentwal żgħir huwa dovut għall-prezzijiet baxxi tas-CFP fl-Unjoni. |
|
(193) |
It-tieni, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk il-prezzijiet ponderati tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni, aġġustati għal prezz totali sal-konsenja tal-Unjoni waqqgħux il-prezz tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbel mal-prezz immirat tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq id-data fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. L-analiżi identifikat 27 pajjiż terz fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi biegħu l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz immirat medju tal-industrija tal-Unjoni. L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn dawn il-pajjiżi kienu jirrappreżentaw madwar 10 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn pajjiżi terzi oħra fil-volum. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (131), is-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma esklużi għall-esportazzjonijiet Ċiniżi minħabba d-dazji tagħhom fis-seħħ. |
|
(194) |
Bħala konklużjoni, l-analiżi wriet – abbażi tal-fatti disponibbli - li l-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz immirat tal-Unjoni. Fid-dawl tal-kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina, ġie nnotat ukoll li volumi kbar ta’ CFP jistgħu potenzjalment jiġu prodotti biex jinbiegħu fis-suq tal-UE. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Ċiniżi jkunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet u b’hekk jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(195) |
L-investigazzjoni wriet ukoll (ara l-premessi (182)-(186)), li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu u kienet vulnerabbli. Ġie nnotat ukoll li l-industrija bħalissa qed tirristruttura ruħha kif rifless fit-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, b’xi kumpaniji rrikonvertew xi wħud mil-linji tal-produzzjoni tagħhom biex jipproduċu tipi oħra ta’ karta. |
|
(196) |
L-investigazzjoni kkonfermat ukoll is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali li r-rata għolja ta’ użu tal-kapaċità hi fattur importanti fil-vijabbiltà fit-tul tal-produtturi tal-karta minħabba li l-proċess tal-produzzjoni jeħtieġ ħafna kapital. Kwalunkwe rikorrenza tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u tal-pressjoni li tirriżulta fuq il-prezzijiet iċċaħħad lill-industrija tal-Unjoni mill-fluss tal-flus meħtieġ biex tiffinanzja l-isforzi ta’ ristrutturar biex tadatta għat-tnaqqis fid-domanda dinjija għas-CFP. Hija timmina wkoll l-effetti pożittivi tal-isforzi ta’ ristrutturar tal-passat u twassal għal deterjorament ulterjuri tal-indikaturi kollha tad-dannu. |
|
(197) |
Fuq din il-bażi, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(198) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx b’mod ċar kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi mhux relatati, tal-kummerċjanti u tal-utenti. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(199) |
L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu u kienet f’sitwazzjoni vulnerabbli. L-isfidi maħluqa mit-tnaqqis kontinwu fid-domanda għas-CFP se jeħtieġu pjanijiet ta’ ristrutturar kontinwi, inkluż l-għeluq ta’ impjanti tal-manifattura tal-karta u l-konverżjoni ta’ oħrajn għall-produzzjoni ta’ tipi oħra ta’ karta. |
|
(200) |
Bil-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tikseb prezzijiet tas-CFP ogħla mil-livelli li jkopru l-kostijiet u tiġġenera l-introjtu meħtieġ biex tiffinanzja l-isforzi tar-ristrutturar tagħha u taġġusta għall-isfidi maħluqa mid-domanda dejjem tonqos għas-CFP. |
|
(201) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ se tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
|
(202) |
Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn importaturi u kummerċjanti mhux relatati. Abbażi tal-fatt li matul il-perjodu kkunsidrat ma kien hemm kważi l-ebda importazzjoni ta’ CFP mir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ma jirrappreżentawx proporzjon kbir tal-attivitajiet kummerċjali ta’ importaturi u kummerċjanti mhux relatati u li ma kien hemm l-ebda fattur li jissuġġerixxi li dawn jiġu affettwati b’mod sproporzjonat jekk jinżammu l-miżuri. |
6.3. Interess tal-utenti
|
(203) |
L-ebda utent individwali ma kkoopera u ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni rċeviet żewġ sottomissjonijiet bil-miktub, waħda minn Unitedprint.com, utent tal-Unjoni tas-CFP u waħda minn assoċjazzjoni tal-industrija tal-istampar, Intergraf (113) (appoġġata mill-Assoċjazzjoni Rjali Olandiża tal-Istampar u l-Industriji Alleati). |
|
(205) |
Is-sottomissjoni ta’ Intergraf spjegat li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbati minħabba s-sostituzzjoni tal-media stampata bil-media diġitali, kif ukoll mill-importazzjonijiet massivi ta’ prodotti stampati, b’mod partikolari mir-RPĊ. Skont Intergraf, il-miżuri anti-dumping u antisussidji jimminaw il-kompetittività tal-istampaturi tal-Unjoni, li ma hijiex protetta minn miżuri kummerċjali simili u trid tirrispetta standards ambjentali stretti. |
|
(206) |
Intergraf sostniet li aktar minn EUR 700 miljun ta’ karta stampata jiġu esportati miċ-Ċina lejn l-UE kull sena. Dan jinkludi varjetà kbira ta’ prodotti tal-istampar li ma humiex stampati fuq is-CFP. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta liema parti tal-prodotti importati mir-RPĊ kienet stampata fuq is-CFP u liema parti kienet stampata fuq tipi oħra ta’ karta. |
|
(207) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-biċċa l-kbira tal-prodotti li jiġu stampati fuq is-CFP huma prodotti “sensittivi għaż-żmien”, bħal rivisti, fuljetti, posta diretta u inserzjonijiet li huma anqas suxxettibbli li jiġu importati mir-RPĊ minħabba ż-żmien meħtieġ għat-trasport. L-informazzjoni sottomessa mill-applikant f’dan ir-rieżami kkonfermat li s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali kienu għadhom validi. |
|
(208) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li filwaqt li hu probabbli li ċertu materjal stampat ikun stampat fuq karta fina miksija barra mill-Unjoni minħabba d-dazji anti-dumping u kumpensatorji, l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-istampar tal-Unjoni hu limitat. |
|
(209) |
Intergraf semmiet ukoll in-nuqqas ta’ provvisti tas-CFP u ż-żieda kbira fil-prezzijiet, speċjalment minn nofs l-2021. Dan ġie nnotat ukoll fis-sottomissjoni minn Unitedprint.com. Bl-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-volumi rispettivi tal-provvista u tad-domanda u għalhekk l-allegat żbilanċ fis-suq. Il-Kummissjoni ma setgħetx tevalwa wkoll jekk iż-żieda msemmija fil-prezzijiet setgħetx tiġi mgħoddija lill-klijenti tagħhom jew le. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li fl-2021, f’kuntest ta’ wara l-COVID-19, kien hemm nuqqasijiet f’għadd ta’ swieq tal-materja prima. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(210) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tas-CFP li toriġina miċ-Ċina. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(211) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar ir-rikorrenza ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar is-CFP miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu. |
|
(212) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jenħtieġ li jkunu suġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(213) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija neċessarja sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(214) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(215) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina miċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(216) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (114). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(217) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. |
|
(218) |
Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjoni mingħand l-industrija tal-UE li kompliet tissostanzja s-sejbiet tal-Kummissjoni li l-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jbigħu bi prezzijiet taħt il-prezzijiet mira tal-Unjoni. Għaldaqstant, ma tqiesx meħtieġ li jiġi emendat it-test tar-Regolament preżenti. |
|
(219) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (115) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(220) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv qed jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija, li hija karta jew kartun miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat (minbarra karta tat-tip kraft jew kartun tat-tip kraft), f’folji jew f’rombli, u b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u b’luminożità ta’ aktar minn 84 (imkejla skont l-ISO 2470-1), li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 00, ex 4810 14 00, ex 4810 19 00, ex 4810 22 00, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10 u ex 4810 99 80 (kodiċijiet TARIC 4810130020, 4810140020, 4810190020, 4810220020, 4810293020, 4810298020, 4810991020 u 4810998020) u li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Id-dazju anti-dumping definittiv ma jikkonċernax rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed. Ir-rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO, ISO 3783:2006, dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tiċrit — il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta l-kejl isir b’mod trażversali għall-karta (cross direction, CD) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta l-kejl isir fid-direzzjoni tal-magna (machine direction, MD). Id-dazju anti-dumping definittiv ma jikkonċernax ukoll il-karta u l-kartonċin b’aktar minn saff wieħed.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, Zhenjiang City, Jiangsu Province, PRC; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, Suzhou City, Jiangsu Province, PRC |
8 |
B001 |
|
Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, Shouguang City, Shandong Province, PRC; Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, Shouguang City, Shandong Province, PRC |
35,1 |
B013 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
27,1 |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi preżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti bl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1647 (116) jiġu modifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 jiżdiedu bl-istess proporzjon, fil-limiti tal-marġni effettiv ta’ dumping ikkonstatat jew il-marġni ta’ dannu stabbilit bħala xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom iwasslu wkoll għall-valutazzjoni tal-marġini ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1188 tat-3 ta’ Lulju 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(6) ĠU C 280, 25.8.2015, p. 7.
(7) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2616
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93). Dan ir-Regolament ġie kodifikat bir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
(9) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2616
(10) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2616
(11) Filwaqt li l-produzzjoni qed issir fl-Awstrija, il-kwartieri ġenerali tal-grupp jinsabu fi Brussell, il-Belġju. Iż-żjara ta’ verifika saret fil-kwartieri ġenerali.
(12) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm
(13) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques
(14) Il-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (Boletim mensal de energia 2021) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/petroleo-gas-natural-e-biocombustiveis/publicacoes-1/boletim-mensal-de-acompanhamento-da-industria-de-gas-natural/2021/12-boletim-de-acompanhamento-da-industria-de-gas-natural-dezembro-de-2021.pdf
(15) Sylvamo 2021-Annual-Report.pdf
(16) Klassifikazzjonijiet ġodda tal-pajjiżi tal-Bank Dinji skont il-livell tal-introjtu: 2021-2022.
(17) Commission Staff Working Document on Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the purposes of Trade Defence Investigations, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD 483 final/2.
(18) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 6-7.
(19) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10.
(20) Disponibbli fuq: Constitution of the People’s Republic of China (npc.gov.cn) (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(21) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.
(22) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(23) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120-121.
(24) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 122-135.
(25) Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 167-168.
(26) Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(27) Rapport – Kapitolu 2, p. 15-16, Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Rapport – Kapitolu 5, p. 108-9.
(28) Disponibbli fuq: http://www.chinapaper.net/news/show-70464.html (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(29) Disponibbli fuq: https://aiqicha.baidu.com/company_detail_29610125830115 u https://aiqicha.baidu.com/company_detail_79823144545100 (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(30) Ara pereżempju l-Art. 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tad-Dritt Soċjetarju taċ-Ċina jew il-Linji Gwida dwar it-tisħiħ tal-ħidma ta’ Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida maħruġin mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP fl-2020.
(31) Disponibbli fuq: http://www.chinappi.org/associ_rule.html (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(32) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 100-1.
(33) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 26.
(34) Ara pereżempju: Blanchette, J. — Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru. 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.
(35) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 31-2.
(36) Disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(37) Disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(38) Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(39) Disponibbli fuq: http://www.chenmingpaper.com/about/dszjj.aspx (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(40) Disponibbli fuq: http://www.chenmingpaper.com/about/djgzxx.aspx?id=17455 (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(41) Disponibbli fuq: https://www.zhanjiang.gov.cn/yaowen/content/post_1620284.html (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(42) Ibid.
(43) Disponibbli fuq: https://dzrb.dzng.com/articleContent/37_1087334.html (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(44) Ibid.
(45) Rapport – Kapitoli 14.1 sa 14.3.
(46) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(47) Ara t-Taqsima I.19 tal-Katalogu ta’ Gwida, disponibbli fuq: www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(48) Ibid.
(49) Ibid.
(50) Ara t-Taqsima III.12 tal-Katalogu ta’ Gwida, disponibbli fuq: www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(51) Disponibbli fuq: http://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2023).
(52) Ibid.
(53) Disponibbli fuq: https://www.forestry.gov.cn/html/ghzj/ghzj_1609/20210831153731850408848/file/20210831154858339457752.pdf (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2023).
(54) Ibid.
(55) Ibid.
(56) Disponibbli fuq: http://www.shandong.gov.cn/art/2021/9/7/art_97902_429688.html (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2023).
(57) Ibid.
(58) Ibid.
(59) Ibid.
(60) Disponibbli fuq: http://www.shandong.gov.cn/art/2022/11/11/art_107851_121997.html (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2023).
(61) Ibid.
(62) Disponibbli fuq: https://gxt.jiangsu.gov.cn/art/2023/1/17/art_6278_10729235.html (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2023).
(63) Ibid.
(64) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 138-149.
(65) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 216.
(66) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 213-215.
(67) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 209-211.
(68) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 332-337.
(69) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 336.
(70) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 337-341.
(71) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 114-117.
(72) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 119.
(73) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.
(74) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(75) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 tal-24 ta’ Frar 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-premessi 71-75, ĠU L 65/1, 25.2.2021, u: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-premessi 151-188, ĠU L 458/344, 22.12.2021.
(76) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni (CBIRC) tat-28 ta’ Awwissu 2020: Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020-2022), disponibbli fuq: http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri. Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”
(77) Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(78) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI Resolving China’s Corporate Debt Problem, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(79) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(80) Ara OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq:
https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(81) Ara: http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fit-22 ta’ Marzu 2023).
(82) Disponibbli fuq: http://www.chenmingpaper.com/Uploadfile/pdf/20220901105117731.pdf (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2023).
(83) Disponibbli fuq: http://www.cninfo.com.cn/new/disclosure/detail?plate=szse&orgId=9900001223&stockCode=002078&announcementId=1212942863&announcementTime=2022-04-15%2018:00 (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2023).
(84) https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income
(85) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp ekonomiku, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.
(86) https://www.ilo.org/shinyapps/bulkexplorer37/?lang=en&segment=indicator&id=HOW_2LSS_SEX_RT_A
(87) Il-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (Boletim mensal de energia 2021) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/spe/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2021/portugues/12-boletim-mensal-de-energia-dezembro-2021/view
(88) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques
(89) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques
(90) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm
(91) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques
(92) Il-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (Boletim mensal de energia 2021) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/spe/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2021/portugues/12-boletim-mensal-de-energia-dezembro-2021/view
(93) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw biex ikun determinat il-valur normali.
(94) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques
(95) Il-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (Boletim mensal de energia 2021) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/spe/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2021/portugues/12-boletim-mensal-de-energia-dezembro-2021/view
(96) Il-Ministeru Brażiljan tal-Minjieri u l-Enerġija (Boletim mensal de energia 2021) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/petroleo-gas-natural-e-biocombustiveis/publicacoes-1/boletim-mensal-de-acompanhamento-da-industria-de-gas-natural/2021/12-boletim-de-acompanhamento-da-industria-de-gas-natural-dezembro-de-2021.pdf
(97) Sylvamo 2021-Annual-Report.pdf
(98) L-Istitut Brażiljan tal-Ġeografija u l-Istatistika
(99) Sylvamo 2021-Annual-Report.pdf
(100) Svan data hija konsulenza ta’ riċerka dwar is-suq (https://svandata.com/)
(101) Ara t-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-Anness 28.
(102) Ara t-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-Anness 7, ir-rapporti dwar il-kapaċitajiet u d-domanda għas-CWF ta’ RISI.
(103) Ara t-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-Anness 7, ir-rapporti dwar il-kapaċitajiet u d-domanda għas-CWF ta’ RISI.
(104) Il-kapaċitajiet ta’ riżerva huma kkunsidrati bħala d-differenza bejn il-kapaċitajiet eżistenti tas-CFP Ċiniżi, id-domanda Ċiniża għas-CFP u l-esportazzjonijiet tas-CFP Ċiniżi mit-talba (ara l-Anness 8, Svan data).
(105) Il-kapaċitajiet żejda huma kkunsidrati bħala d-differenza bejn il-kapaċitajiet eżistenti tas-CFP Ċiniżi u d-domanda domestika Ċiniża għas-CFP.
(106) Ara l-Anness 10 tat-talba tar-rikorrenti.
(107) Il-premessa 158 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011.
(108) Svan data hija konsulenza ta’ riċerka dwar is-suq (https://svandata.com/)
(109) Ibbażat fuq data mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
(110) Fuq il-bażi ta’ ibid. Il-profitt fil-mira żdied mal-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.
(111) Matul il-PIR, il-kostijiet tal-merkanzija kienu f’livelli għoljin b’mod anormali. Għalhekk, il-Kummissjoni użat il-kostijiet tal-merkanzija tal-2019 biex tikkalkula l-prezzijiet totali teoretiċi sal-konsenja Ċiniżi. F’konformità mad-data mit-talba għal rieżami ta’ skadenza (l-Anness 28), il-kostijiet tal-merkanzija miċ-Ċina lejn l-UE bħala medja fl-2019 kienu jammontaw għal EUR 63 għal kull tunnellata u l-kost tal-ġestjoni doganali kien jammonta għal EUR 8 għal kull tunnellata.
(112) Data mit-talba. Il-prezz totali sal-konsenja tal-UE ġie kkalkulat bħala l-prezzijiet FOB Ċiniżi li magħhom żdiedu l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-ġestjoni doganali.
(113) Intergraf tirrappreżenta 21 federazzjoni nazzjonali tal-istampar. L-istampaturi Ewropej irrappreżentati minn Intergraf huma utenti tas-CFP u potenzjalment importaturi tas-CFP miċ-Ċina.
(114) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(115) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(116) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1647 tal-21 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).