|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6208 |
16.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-10 ta’ Ottubru 2024
li testendi l-mandat ta' Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol
(C/2024/6208)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 54(3) sa (5) u l-Artikolu 55 tiegħu,
Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità li ngħatat is-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol tad-19 ta' Marzu 2024,
Billi:
|
(1) |
Is-Sur Jean-Philippe LECOUFFE inħatar Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/602 (2). Il-mandat tas-Sur Jean-Philippe LECOUFFE ser jiskadi fit-30 ta' April 2025. |
|
(2) |
Il-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol jinħatru għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġi estiż darba f'konformità mal-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) 2016/794. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta' Mejju 2017 tistipula l-proċedura għall-estensjoni tal-mandat tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol. |
|
(4) |
Il-Bord ta' Amministrazzjoni informa lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jipproponi lill-Kunsill li l-mandat tas-Sur Jean-Philippe LECOUFFE jiġi estiż, filwaqt li qies il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2016/794. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Settembru 2024, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew (“il-Kumitat LIBE”) ta opinjoni pożittiva dwar l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Jean-Philippe LECOUFFE bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol f’konformità mal-Artikolu 54(2), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2016/794. |
|
(6) |
Il-Bord ta' Amministrazzjoni ppreżenta opinjoni lill-Kunsill fejn ippropona li l-mandat tas-Sur Jean-Philippe LECOUFFE jiġi estiż u li l-grad tiegħu jiġi riklassifikat bħala grad AD15. |
|
(7) |
Abbażi tal-proposta ppreżentata mill-Bord ta' Amministrazzjoni u b’kont meħud tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, jenħtieġ li l-mandat tas-Sur Jean-Philippe LECOUFFE bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol jiġi estiż u li l-grad tiegħu jiġi riklassifikat bħala grad AD15, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Jean-Philippe LECOUFFE bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol huwa estiż mill-1 ta' Mejju 2025 sat-30 ta' April 2029 fil-grad AD 15.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-10 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
PINTÉR S.
(1) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/602 tat-8 ta’ April 2021 dwar il-ħatra ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol (ĠU C 127 14.4.2021, p. 42).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6208/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)