RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali (il-“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”)
1.INTRODUZZJONI
Ir-Regolament (UE) 2016/429 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali (il-“Liġi dwar is-Saħħa tal-annimali”)()ġie adottat fl-2016. Dan ir-Regolament daħal fis-seħħ fil-21 ta’ April 2016 u beda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Ir-Regolament jissostitwixxi l-korp kollu ta’ leġiżlazzjoni armonizzata bis-sħiħ dwar is-saħħa tal-annimali (39 Direttiva u Regolament) u jipprevedi qafas regolatorju aktar sempliċi u flessibbli filwaqt li jiżgura approċċ aktar ibbażat fuq ir-riskju biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, it-tħejjija mtejba għall-mard, kif ukoll prevenzjoni u kontroll imtejba għall-mard trażmissibbli elenkat.
Barra minn hekk, huwa jiċċara r-rwol tal-atturi differenti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u jiftaħ possibbiltajiet biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-bdiewa, għal operaturi oħrajn u għall-awtoritajiet kompetenti mingħajr ma jiġi kompromess l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni. Barra minn hekk, jipprovdi għodod aktar xierqa għall-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi (eż. mard emerġenti) jew biex jiġu indirizzati riskji speċifiċi (eż. ir-reżistenza antimikrobika) u jikkontribwixxi għal anqas telf ekonomiku minħabba t-tifqigħat tal-mard.
Skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta għadd kbir ta’ atti ta’ implimentazzjoni u delegati. Huwa jimponi wkoll fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tirrapporta lill-koleġiżlatur dwar l-eżerċizzju tas-setgħat delegati li jkun fih.
2.BAŻI LEGALI
Dan ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 264(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. Skont din id-dispożizzjoni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati dwar il-kwistjonijiet elenkati fih hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-20 ta’ April 2016 u l-Kummissjoni hija mitluba tħejji rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Ir-rapport preċedenti ġie ppubblikat fit-12 ta’ Frar 2021().
Skont l-Artikolu 264(3), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(5), 5(2) 5(4), 14(3), 16(2), 18(3), 20(3), 29, 31(5), 32(2), 37(5), 39, 41(3), 42(6), 47(1), 48(3), 53(2), 54(3), 55(2), 58(2), 63, 64(4), 67, 68(2), 68(3), 70(3), 72(2), 73(3), 74(4), 76(5), 77(2), 87(3), 94(3), 97(2), 101(3), 106(1), 109(2), 118(1), 118(2), 119(1), 122(1), 122(2), 125(2), 131(1), 132(2), 135, 136(2), 137(2), 138(3), 139(4), 140, 144(1), 146(1), 147, 149(4), 151(3), 154(1), 156(1), 160(1), 160(2), 161(6), 162(3), 162(4), 163(5), 164(2), 165(3), 166(3), 167(5), 168(3), 169(5), 176(4), 181(2), 185(5), 189(1), 192(2), 197(3), 200(3), 201(3), 202(3), 203(2), 204(3), 205(2), 211(1), 213(1), 214, 216(4), 218(3), 221(1), 222(3), 223(6), 224(3), 228(1), 230(3), 234(2), 237(4), 239(2), 240(2), 241(2), 242(2), 245(3), 246(3), 249(3), 252(1), 254, 263, 271(2), 272(2), 279(2), u 280(4) tar-Regolament (UE) 2016/429.
L-Artikolu 264(3) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi li d-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi tal-istess tul, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu, filwaqt li l-Artikolu 264(4) jiddikjara li d-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
3.EŻERĊITAR TAD-DELEGA
Il-Kummissjoni eżerċitat id-delega abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 mill-2018 ’il quddiem u fasslet rapport dwar is-setgħat eżerċitati għall-perjodu mill-2016 sal-2021 fl-2021 ().
Dan huwa t-tieni rapport dwar is-setgħat eżerċitati skont ir-regolament imsemmi u jkopri l-perjodu ta’ ħames snin mill-aħħar rapport, mill-2021 ’il quddiem.
Matul il-perjodu tar-rapportar, il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat delegati tagħha, billi adottat l-atti delegati li ġejjin:
·Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/139 tas-16 ta’ Novembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġestjoni, il-ħżin u r-riforniment tal-istokkijiet tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi, u rigward ir-rekwiżiti tal-bijosigurtà, tal-bijosikurezza u tal-bijokonteniment għat-tħaddim ta’ dawk il-banek ();
·Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat ();
·Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2623 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-approvazzjoni u għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri ().
S’issa l-Kummissjoni użat 85 mill-110 setgħat mogħtija lilha biex tadotta atti delegati kif previst fir-Regolament (UE) 2016/429.
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-atti addizzjonali adottati mill-pubblikazzjoni tar-rapport preċedenti u s-setgħat rilevanti fir-Regolament (UE) 2016/429.
|
Att Delegat
|
Setgħat mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/429
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/139 tas-16 ta’ Novembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġestjoni, il-ħżin u r-riforniment tal-istokkijiet tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi, u rigward ir-rekwiżiti tal-bijosigurtà, tal-bijosikurezza u tal-bijokonteniment għat-tħaddim ta’ dawk il-banek
|
L-Artikolu 48(3)
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat
|
L-Artikolu 47(1)
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2623 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-approvazzjoni u għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri
|
L-Artikolu 37(5)
|
Barra minn hekk, diversi Regolamenti Delegati adottati qabel l-2021 u inklużi fir-rapport preċedenti, ġew emendati kif ġej:
|
Regolament Delegat:
|
Emendat bi:
|
Setgħat mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/429
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis ()
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1625 tal-25 ta’ Awwissu 2020 ()
|
L-Artikoli 118(1), 118(2)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2168 tal-21 ta’ Settembru 2021 ()
|
L-Artikoli 94(3),97(2),118(1), 118(2), 122(2)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/590 tat-12 ta’ Jannar 2023 ()
|
L-Artikoli 3(5), 87(3), 94(3), 97(2), 101(3), 106(1), 118(1), 118(2), 119(1), 122(2), 271(2), 279(2)
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686
tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma ()
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/880 tal-5 ta’ Marzu 2021 ()
|
L-Artikoli 122(1), 122(2), 160(1), 160(2) 162(3), 162(4), 163(5), 164(2), 165(3), 279(2)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/647 tat-13 ta’ Jannar 2023 ()
|
L-Artikoli 160(1), 160(2), 162(4) u 164(2)
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat ()
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1140 tal-5 ta’ Mejju 2021 ()
|
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 67, l-Artikolu 272(2)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/751 tat-30 ta’ Jannar 2023 ()
|
L-Artikolu 67
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis ()
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1706 tal-14 ta’ Lulju 2021 ()
|
L-Artikoli 131(1), 135, 136(2), 140, 144(1), 147, 156(1)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/118 tat-23 ta’ Settembru 2022 ()
|
L-Artikoli 140(b), 149(4)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2515 tat-8 ta’ Settembru 2023 ()
|
L-Artikoli 131(1), punti (c) u (d), 132(2), 140(b), 144(1), punti (a) u (b), l-Artikolu 146(1), Artikolu 149(4)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/3160 tad-9 ta’ Ottubru 2024 ()
|
L-Artikolu 131(1), il-punti (c) u (d),
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti ()
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/881 tat-23 ta’ Marzu 2021 ()
|
il-frażi introduttorja u l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 29, il-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 31(5), il-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 32(2), il-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(6)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1570 tat-23 ta’ Mejju 2023 ()
|
L-Artikolu 42(6)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1798 tal-10 ta’ Lulju 2023 ()
|
L-Artikoli 29, il-punti (a) u (d), 37 (5), 39, 41 (3)
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali ()
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1703 tat-13 ta’ Lulju 2021 ()
|
L-Artikoli 234(2), 237(4), 239(2)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1705 tal-14 ta’ Lulju 2021 ()
|
L-Artikoli 234(2), 237(4), 239(2), 279(2)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/54 tal-21 ta’ Ottubru 2021 ()
|
L-Artikolu 239(2)
|
|
|
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/119 tad-9 ta’ Novembru 2022 ()
|
L-Artikoli 3(5), 234(2), 237(4), 239(2)
|
Ċerti setgħat mogtħija mir-Regolament (UE) 2016/429 għadhom ma ntużawx sal-lum, għar-raġunijiet spjegati hawn taħt.
·Is-setgħat mogħtija mill-Artikolu 14(3) dwar il-kompiti li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw lill-veterinarji għajr il-veterinarji uffiċjali u mill-Artikolu 16(2) dwar il-miżuri ta’ sikurezza fil-laboratorji, s’issa għadhom ma ntużawx. Il-Kummissjoni qed tkompli tivvaluta l-ħtieġa li tħejji atti speċifiċi relatati ma’ dawn iż-żewġ setgħat.
·Is-setgħat mogħtija mill-Artikoli 18(3) u 20(3) relatati man-notifika u r-rappurtar tal-mard s’issa għadhom ma ntużawx. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-ħtieġa li taġixxi f’dan ir-rigward fid-dawl tal-esperjenza dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli l-ġodda. L-istess jgħodd għas-setgħat mogħtija mill-Artikolu 151(3) dwar id-dokumenti ta’ awtodikjarazzjoni għall-annimali terrestri u mill-Artikolu 167(5) fir-rigward tad-derogi mill-obbligu taċ-ċertifikazzjoni għall-movimenti ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.
·Is-setgħa mogħtija mill-Artikolu 109(2) dwar ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni f’bażi tad-data kompjuterizzata tal-annimali terrestri miżmuma ta’ speċijiet ta’ annimali għajr dawk stabbiliti fir-regolament bażiku, s’issa għadha ma ntużatx. Madankollu, din trid tiġi estiża biex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bażi tad-data kompjuterizzata għal dawk l-ispeċijiet ta’ annimali jekk, jew meta, ikun hemm tali ħtieġa fil-futur. F’konformità ma’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tevalwa kontinwament il-ħtieġa li tipproċedi bit-tħejjija ta’ att delegat biex tistabbilixxi tali rekwiżiti.
·Is-setgħat mogħtija mill-Artikolu 138(3) u 139(4) fir-rigward tar-regoli għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għal ċerti movimenti ta’ annimali terrestri, s’issa għadhom ma ntużawx. Japplikaw kundizzjonijiet simili għas-setgħat mogħtija mill-Artikoli 200 u 204 dwar ċerti tipi ta’ movimenti tal-annimali akkwatiċi u l-Artikolu 214 fir-rigward taċ-regoli għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għal tipi speċifiċi ta’ movimenti tal-annimali akkwatiċi. Il-Kummissjoni se tevalwa kontinwament il-ħtieġa li taġixxi f’dan ir-rigward fid-dawl tal-esperjenza dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli l-ġodda.
·Is-setgħa mogħtija mill-Artikolu 228 li tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal “annimali oħrajn”, jiġifieri annimali li la huma annimali terrestri u lanqas akkwatiċi, s’issa għadha ma ntużatx. Il-Kummissjoni s’issa għadha ma ħaditx azzjoni, iżda mistennija tkun f’pożizzjoni li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għal tali annimali (eż. ir-rettili, l-anfibji) meta r-riskju għas-saħħa involut ikun jirrikjedi regoli aktar dettaljati jew speċifiċi dwar it-traċċabbiltà, il-prevenzjoni jew il-kontroll tal-mard għal tali speċijiet.
·Is-setgħa mogħtija mill-Artikolu 230(3) fir-rigward tal-limitazzjoni tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jfasslu listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma jistgħu jippermettu d-dħul ta’ ċerti komoditajiet fl-Unjoni fin-nuqqas tal-listi li għandhom jitfasslu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, s’issa għadha ma ntużatx. Il-listi ta’ pajjiżi terzi għall-komoditajiet kollha mhumiex imfassla fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-evoluzzjoni tal-listi u tivvaluta l-ħtieġa li r-regoli jiġu adottati abbażi ta’ din is-setgħa. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa prudenti li din is-setgħa tinżamm għall-futur.
·Is-setgħat mogħtija mill-Artikoli 240 sa 242 jagħtu setgħat lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi fil-livell tal-Unjoni miżuri protettivi u preventivi speċifiċi, inkluż il-bijosigurtà, relatati mad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti u mezzi tat-trasport. Dawn is-setgħat huma importanti peress li jipprevedu l-possibbiltà li tali regoli jiġu żviluppati fil-futur sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard tal-annimali fl-UE u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-bijosigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE.
·Att delegat dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi bl-użu tas-setgħat tal-Parti VI (l-Artikoli 245 sa 254) tar-Regolament (UE) 2016/429 qed jiġi żviluppat u l-adozzjoni tiegħu hija ppjanata għall-2025.
·Is-setgħa mogħtija mill-Artikolu 263 biex jiġi emendat l-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429 ma ntużatx matul il-perjodu tar-rappurtar, peress li ma kienx hemm bidliet tassonomiċi li jagħtu r-raġuni għal tali emenda. Tali bidliet tassonomiċi jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin u l-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn tirreaġixxi bix-xieraq u tintroduċi l-emendi meħtieġa.
4.KONKLUŻJONI
Minħabba l-fatt li r-Regolament (UE) 2016/429 ilu fis-seħħ mill-21 ta’ April 2021 u li s-setgħat s’issa ntużaw b’mod estensiv u għall-benefiċċju tal-Istati Membri u tas-setturi tal-agrikoltura u tal-akkwakultura fl-Unjoni, il-Kummissjoni tara l-ħtieġa li testendi s-setgħat kollha għall-adozzjoni ta’ atti delegati kif previst f’dak ir-Regolament lil hinn mill-perjodu attwali ta’ ħames snin. Il-possibbiltà li jiġu żviluppati regoli abbażi tas-setgħat għadha importanti sabiex tingħata l-flessibbiltà meħtieġa fl-implimentazzjoni tar-regoli, is-simplifikazzjoni u l-iċċarar tagħhom, biex dawn jiġu aġġustati regolarment għall-aktar standards xjentifiċi riċenti u biex il-Kummissjoni tingħata l-possibbiltà li taġixxi fl-oqsma fejn għadha ma ħaditx azzjoni, iżda fejn jista’ jkun hemm bżonn li tagħmel dan fil-futur.