28.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/262


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2324

tat-23 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex tkun tinkludi teknoloġiji ta’ aċċess addizzjonali u miżuri għall-operat ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2022) 8321)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju għall-politika tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE (2) tippermetti l-operat ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni Ewropea b’teknoloġiji GSM, UMTS u LTE u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli għas-servizzi MCA.

(2)

Iż-żieda tal-konnettività 5G fuq l-inġenji tal-ajru ttejjeb is-servizzi ta’ komunikazzjoni għall-passiġġieri waqt l-ivvjaġġar, filwaqt li tħaddem l-aħħar teknoloġija disponibbli u tiżgura użu effiċjenti tal-ispettru. Dan jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-konnettività kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv — Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (3) u kif aġġornata bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali” (4).

(3)

Barra minn hekk, il-qafas regolatorju attwali jeħtieġ l-operat ta’ unità ta’ kontroll tan-network (NCU) bħala parti mit-tagħmir fuq l-inġenji tal-ajru li jipprevjeni li t-terminals mobbli abbord l-inġenji tal-ajru jippruvaw jirreġistraw ma’ networks ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri UMTS.

(4)

Fl-14 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Ewropea tat mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex twettaq studji tekniċi dwar l-użu potenzjali tat-teknoloġija 5G u dwar l-użu fakultattiv tal-unità ta’ kontroll tan-network fuq l-inġenji tal-ajru abilitati mill-MCA.

(5)

Bi tweġiba għal dak il-mandat, fil-5 ta’ Novembru 2021 is-CEPT adottat ir-Rapport 81 tagħha, li jipprevedi kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-operat ta’ konnettività 5G b’sistema tal-antenni mhux attivi (non-AAS) għall-MCA fil-banda tal-frekwenzi 1800 MHz (1710-1785 MHz u 1805-1880 MHz) u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ unità ta’ kontroll tan-network fl-MCA.

(6)

Ir-Rapport 81 tas-CEPT ikkonkluda li l-użu tal-NCU fl-operazzjonijiet tal-MCA fil-porzjon downlink tal-banda 900 MHz (925-960 MHz) għall-prevenzjoni tal-konnessjoni ma’ networks 3G tal-UMTS ibbażati fl-art jenħtieġ li għalissa jibqa’ obbligatorju. Ikkonkluda wkoll li l-użu tal-NCU fl-operazzjonijiet tal-MCA fil-porzjon tad-downlink 3G tal-banda tal-frekwenzi terrestri akkoppjata ta’ 2 GHz (2110-2170 MHz) jista’ jsir fakultattiv fil-futur qrib. Minħabba żviluppi tekniċi ġodda, ma kienx għad hemm bżonn li bl-NCU tiġi evitata l-konnessjoni tat-terminals mobbli man-networks mobbli terrestri li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1800 MHz tal-UMTS.

(7)

Ir-Rapport 81 tas-CEPT ma rrapporta l-ebda interferenza (eż. żieda fit-tagħbija tas-sinjali, degradazzjoni tal-kapaċità) li jġarrbu l-operaturi tan-networks mobbli fin-networks tal-UMTS terrestri tagħhom li jużaw il-banda tal-frekwenzi 900 MHz jew il-banda tal-frekwenzi terrestri akkoppjata 2 GHz minn terminals mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (irrispettivament minn jekk l-inġenju tal-ajru jkunx mgħammar b’sistema MCA li tinkludi NCU jew le). Skont ir-Rapport 81, dan in-nuqqas ta’ rappurtar kien attribwit b’mod partikolari għall-kumplessità tal-impatt u tal-kejl ta’ dak l-impatt.

(8)

Jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq id-diffikultà li tiġi vvalutata l-interferenza mit-telefowns ċellulari fuq l-inġenji tal-ajru mgħammra bl-MCA man-networks fl-art tal-UMTS 3G u n-nuqqas ta’ evidenza relatata fir-Rapport 81 tas-CEPT rigward il-ħtieġa tal-użu tal-NCU għan-networks 3G tal-UMTS. Madankollu, wara r-Rapport 81 tas-CEPT, filwaqt li qieset bosta kontributi u żviluppi addizzjonali, is-CEPT iddeċidiet li l-użu ta’ NCU abbord inġenju tal-ajru mgħammar bl-MCA fid-900 MHz u fil-baned tal-frekwenzi terrestri akkoppjati ta’ 2 GHz jenħtieġ li ma jibqax obbligatorju mill-1 ta’ Jannar 2026, bi qbil tal-pass attwali tal-aġġornamenti tan-networks għal 4G u 5G, u t-tneħħija gradwali tan-networks 3G (5).

(9)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCA jenħtieġ li jibqgħu jiġu rieżaminati biex ikun żgurat li jibqgħu jaqblu kontinwament mal-progress teknoloġiku u l-iżviluppi tas-suq.

(10)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/294/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ sat-30 ta’ Ġunju 2023, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-baned tal-frekwenzi non-AAS tal-5G indikati fit-Tabella 1 tal-Anness disponibbli għas-servizzi MCA fuq bażi mingħajr interferenza u mingħajr protezzjoni, diment li dawn is-servizzi jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).

(3)  COM(2016) 587.

(4)  COM(2021) 118.

(5)  Bl-emenda għad-Deċiżjoni ECC (06)07 adottata fl-1/7/2022, wara konsultazzjoni pubblika mis-CEPT.


ANNESS

1.   Baned tal-frekwenzi u sistemi permessi għas-Servizzi MCA

Tabella 1

Tip

Frekwenza

Sistema

GSM 1 800

1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink)

GSM konformi mal-istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

UMTS 2 100 (FDD)

1 920 -1 980 MHz (uplink) 2 110 -2 170 MHz (downlink)

UMTS konformi mal-istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

LTE 1 800 (FDD)

1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink)

LTE konformi mal-istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

5G NR non-AAS

1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink)

5G NR non-AAS konformi mal-istandards 5G NR kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-24 u EN 301 908-25, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

2.   Prevenzjoni tal-konnessjoni ta’ terminals mobbli ma’ networks fl-art

(a)

Sal-1 ta’ Jannar 2026, it-terminals mobbli riċeventi fil-baned tal-frekwenzi u s-sistemi elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma’ networks mobbli tal-UMTS fl-art:

—

billi fis-sistema MCA tiddaħħal unità ta’ kontroll tan-network (NCU), li żżid il-livell tan-noise floor fil-kabina fil-baned riċeventi mobbli, u/jew

—

bil-protezzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru biex ikompli jitnaqqas is-sinjal li jidħol u joħroġ mill-qafas tiegħu.

Tabella 2

Baned tal-frekwenzi (MHz)

Sistemi fl-art

925 -960 MHz

UMTS

2 110 -2 170 MHz

UMTS

Wara din id-data, l-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu li jkomplu jimplimentaw NCU fil-baned tal-frekwenzi u fis-sistemi elenkati fit-Tabella 2.

(b)

Minbarra d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu a), l-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw NCU għal sistemi terrestri li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-baned tal-frekwenzi elenkati fit-Tabella 3.

Tabella 3

Baned tal-frekwenzi (MHz)

460 -470 MHz

791 -821 MHz

925 -960 MHz

1 805 -1 880 MHz

2 110 -2 170 MHz

2 620 -2 690 MHz

2 570 -2 620 MHz

3.   Parametri tekniċi

(a)

Limiti tal-potenza isotropika rradjata ekwivalenti (EIRP), barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU/Stazzjon Bażi (BS) tal-inġenju tal-ajru

Tabella 4

Għoli ’l fuq mill-art (m)

EIRP massimu barra l-inġenju tal-ajru f’dBm/(wisa’ tal-banda tal-kanal)

NCU (1)

GSM u LTE BS tal-inġenju tal-ajru

5G NR non-AAS BS tal-inġenju tal-ajru

UMTS BS u NCU tal-inġenju tal-ajru

Banda: 900 MHz

Banda: 1 800 MHz

Banda: 1 800 MHz

Banda: 2 100 MHz

Wisa’ tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz

Wisa’ tal-banda tal-kanal = 200 kHz (2)

Wisa’ tal-banda tal-kanal = 5 MHz (3)

Wisa’ tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz

3 000

–6,2

–13,0

10

1,0

4 000

–3,7

–10,5

13

3,5

5 000

–1,7

–8,5

15

5,4

6 000

–0,1

–6,9

16

7,0

7 000

1,2

–5,6

18

8,3

8 000

2,3

–4,4

19

9,5

(b)

Limiti tal-EIRP barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mit-terminal mobbli operat abbord

Tabella 5

Għoli ’l fuq mill-art (m)

EIRP massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli GSM f’dBm/200 kHz

EIRP massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE f’dBm/5 MHz (4)

EIRP massima, barra mill-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE u 5G NR f’dBm/5 MHz (5)  (6)  (7)

EIRP massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli UMTS f’dBm/3,84 MHz

(m)

GSM 1 800 MHz

LTE 1 800 MHz

LTE u 5G NR 1 800 MHz

UMTS 2 100 MHz

3 000

–3,3

1,7

0

3,1

4 000

–1,1

3,9

2

5,6

5 000

0,5

5

4

7

6 000

1,8

5

6

7

7 000

2,9

5

7

7

8 000

3,8

5

8

7

(c)

Limiti tal-EIRP barra l-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU, f’baned tal-frekwenzi rilevanti oħra

Meta l-operaturi tal-MCA jiddeċiedu li jużaw NCU biex jevitaw li t-terminals mobbli jippruvaw jirreġistraw ma’ networks mobbli non-UMTS fl-art fil-baned tal-frekwenzi elenkati fit-Tabella 3, il-valuri massimi indikati fit-Tabella 6 japplikaw għall-EIRP totali barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU, flimkien mal-valuri msemmija fit-Tabella 4.

Tabella 6

Għoli ’l fuq mill-art (m)

EIRP massima barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU

460 -470 MHz

791 -821 MHz

1 805 -1 880 MHz

2 570 -2 690 MHz

dBm/1,25 MHz

dBm/10 MHz

dBm/200 kHz

dBm/4,75 MHz

3 000

–17,0

–0,87

–13,0

1,9

4 000

–14,5

1,63

–10,5

4,4

5 000

–12,6

3,57

–8,5

6,3

6 000

–11,0

5,15

–6,9

7,9

7 000

–9,6

6,49

–5,6

9,3

8 000

–8,5

7,65

–4,4

10,4

(d)

Rekwiżiti operattivi

(1)

L-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA waqt l-operat irid ikun 3 000 metru.

(2)

Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli GSM li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 0 dBm/200 kHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.

(3)

Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli LTE li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/5 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.

(4)

Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli UMTS li jittrażmetti fil-banda 2 100 MHz għal valur nominali ta’ -6 dBm/3,84 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta’ utenti ma għandux jaqbeż l-20.

(5)

Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli 5G NR li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/kanal f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.


(1)  L-Istazzjon Bażi BS tal-inġenju tal-ajru mhux qed jopera b’900 MHz, iżda hemm bżonn NCU biex ikun evitat li t-terminals li jużaw kanali tal-MCA oħra jikkonnettjaw man-networks terrestri UMTS ta’ 900 MHz.

(2)  Għall-wisa’ tal-banda tal-kanal għajr il-200 kHz, għandha tiżdied korrezzjoni, li tiġi kkalkulata bil-formula 10 × log10 (wisa’ tal-banda tal-kanal/200 kHz) dB, mal-valuri tal-EIRP.

(3)  Għall-wisa’ tal-banda tal-kanal għajr il-5 MHz, għandha tiżdied korrezzjoni, li tiġi kkalkulata bil-formula 10 × log10 (wisa’ tal-banda tal-kanal/5 MHz) dB, mal-valuri tal-EIRP.

(4)  Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għall-operat tas-sistemi MCA installati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(5)  Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għall-operat tas-sistemi MCA installati wara l-31 ta’ Diċembru 2022.

(6)  Għall-wisa’ tal-banda tal-kanal minbarra 5 MHz, għandha tiżdied korrezzjoni, ikkalkulata bil-formula 10 × log10 (wisa’ tal-banda tal-kanal/5 MHz) dB, mal-valuri tal-EIRP.

(7)  L-EIRP hi speċifikata għal kull kanal irrispettivament mill-wisa’ tal-banda tal-kanal użata peress li jistgħu jitħaddmu diversi terminali mobbli.