<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-348/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0348</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:300">EU:C:2012:300</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20120522">22.5.2012</DATE> — KAWŻA C-348/09</P><P>I.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 28(3)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ tkeċċija</KEYWORD><KEYWORD>Kundanna kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-348/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090820">20 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">P. I.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues (Relatur), K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, U. Lõhmus, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Levits, A. Ó Caoimh, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, A. Arabadjiev u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120110">10 ta’ Jannar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal I., minn G. L. Pagliaro u A. Caramazza, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Vang, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn M. Linntam, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Irlandiż, minn D. O’Hagan u J. Kenny, bħala aġenti, assistiti minn D. Conlan Smyth, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Maidani u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46, u Rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="35" NO.OJ="229" DATE.PUB="2004">ĠU L 229, p. 35</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="34" NO.OJ="197" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 197, p. 34</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn I., ta’ nazzjonalità Taljana, u l-Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid (il-Ġermanja) dwar id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tikkonstata t-telf tad-dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ I. fuq it-territorju tal-Ġermanja u tordnalu biex jitlaq mill-Ġermanja, u fin-nuqqas ta’ dan li jiġi ddeportat lejn l-Italja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2004/38</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-premessi 23 u 24 tad-Direttiva 2004/38:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>23)</NO.P><TXT>It-tkeċċija taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-familji tagħhom minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika hi miżura li tista’ tweġġa’ serjament persuni li, wara li utilizzaw id-drittijiet u l-libertajiet konferiti lilhom mit-Trattat, ġenwinament integraw rwieħhom fl-Istat Membru ospitanti. L-iskop ta’ dawn il-miżuri għandu għalhekk ikun limitat skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, waqt li jkun ikkunsidrat il-grad ta’ integrazzjoni tal-persuni kkonċernati, it-tul tar-residenza tagħhom fl-Istat Membru ospitanti, l-età tagħhom, il-kondizzjonijiet ta’ saħħa, tas-sitwazzjoni familjari u ekonomika u r-rabtiet mal-pajjiż ta’ oriġini.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Għalhekk, aktar ma tkun kbira l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom fl-Istat Membru ospitanti, aktar għandha tkun kbira l-protezzjoni kontra tkeċċija. F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, fejn hemm raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika, għandha tittieħed miżura ta’ tkeċċija kontra ċ-ċittadini ta’ l-Unjoni li għexu għal diversi snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, b’mod partikolari meta jkunu twieldu u għexu hemm matul il-ħajja kollha tagħhom. B’addizzjoni, dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom japplikaw ukoll għal miżura ta’ tkeċċija meħuda kontra minorenni, sabiex jiġu protetti r-rabtiet tagħhom mal-familja, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, ta’ l-<DATE ISO="19891120">20 ta’ Novembru 1989</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment u residenza taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza, minħabba politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika. Dawn ir-raġunijiet m’għandhomx jiġu nvokati għal skopijiet ekonomiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika għandhom ikunu skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità u għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-kondotta personali ta’ l-individwu kkonċernat. Kundanni kriminali preċedenti m’għandhomx minnhom infushom jikkostitwixxu raġuni biex jittieħdu dawn il-miżuri.</ALINEA><ALINEA>Il-kondotta personali ta’ l-individwu kkonċernat għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, attwali u serja biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fondamentali tas-soċjetà. Ġustifikazzjonijiet li huma iżolati mill-partikolaritajiet tal-każ jew li jiddependu fuq konsiderazzjonijiet ta’ prevenzjoni ġenerali m’għandhomx jiġu aċċettati.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-istess direttiva huwa miktub kif ġej:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ tkeċċija minħabba politika pubblika jew sigurtà pubblika, l-Istat Membru ospitanti għandu jqis l-konsiderazzjonijiet bħat-tul tar-residenza ta’ l-individwu kkonċernat fit-territorju tiegħu, l-età, l-istat ta’ saħħa, is-sitwazzjoni familjari u dik ekonomika, integrazzjoni soċjali u kulturali fl-Istat Membru ospitanti u l-limitu tar-rabtiet tiegħu mal-pajjiż ta’ oriġini.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ospitanti ma jistax jieħu deċiżjoni ta’ tkeċċija kontra ċittadini ta’ l-Unjoni jew il-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza, li għandhom id-dritt ta’ residenza permanenti fit-territorju tiegħu, ħlief minħabba raġunijiet serji ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Deċiżjoni ta’ tkeċċija m’għandhiex tittieħed kontra ċittadini ta’ l-Unjoni, ħlief meta d-deċiżjoni hi bbażata fuq raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika, kif imfissra mill-Istati Membri, jekk dawn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għexu fl-Istat Membru ospitanti għall-għaxar snin preċedenti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huma minorenni, ħlief jekk it-tkeċċija hi neċessarja għall-aħjar interessi tat-tifel/tifla, kif previst mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-<DATE ISO="19891120">20 ta’ Novembru 1989</DATE>.”</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2004/38 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ospitanti m’għandux joħroġ ordnijiet ta’ tkeċċija bħala penali jew konsegwenza legali ta’ piena ta’ ħabs, sakemm dawn m’humiex skond il-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 27, 28 u 29.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ordni ta’ tkeċċija, kif prevista fil-paragrafu 1, tiġi mposta aktar minn sentejn wara li nħarġet, l-Istat Membru għandu jikkontrolla jekk l-individwu kkonċernat hux ta’ theddida, ġenwinament u attwalment, għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika u għandu jevalwa jekk kienx hemm xi tibdil materjali fiċ-ċirkostanzi minn meta nħarġet l-ordni ta’ tkeċċija.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2011/93/UE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/93/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="335" DATE.PUB="2011">ĠU L 335, p. 1</REF.DOC.OJ>), għandha l-għan li tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-abbuż sesswali u<?PAGE NO="4"?> l-isfruttament sesswali tat-tfal, il-pedopornografija u solleċitazzjoni tat-tfal għal finijiet sesswali. Hija tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet komuni biex issaħħaħ il-prevenzjoni ta’ dan it-tip ta’ kriminalità u l-protezzjoni tal-vittmi tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Liġi dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni (Gesetz über die allgemeine Freizügigkeit von Unionsbürgern), tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1950), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mil-liġi li tirrigwarda emenda tal-liġi dwar il-pulizija Federali u liġijiet oħra (Gesetz zur Änderung des Bundespolizeigesetzes und anderer Gesetze), tas-<DATE ISO="20080226">26 ta’ Frar 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 215) tipprovdi fl-Artikolu 6:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(1)</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), it-telf tad-dritt imsemmi fl-Artikolu 2(1) jista’ jiġi kkonstatat, l-attestazzjoni tad-dritt ta’ residenza tad-dritt Komunitarju jew ta’ residenza permanenti tiġi rrevokata biss għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika (Artikoli 39(3) u 46(1) tat-Trattat […]). Id-dħul fuq it-territorju jista’ wkoll jiġi rrifjutat għar-raġunijiet ċċitati iktar ’il fuq. Raġuni ta’ saħħa pubblika tista’ tiġi kkonstatata biss jekk il-marda tkun bdiet matul it-tliet xhur qabel id-dħul.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sempliċi kundanna kriminali ma hijiex biżżejjed waħidha sabiex tiġġustifika d-deċiżjonijiet jew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Huma biss il-kundanni kriminali li ma jkunux għadhom tħassru mir-reġistru ċentrali li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, u unikament sakemm iċ-ċirkustanzi li jifformaw il-bażi ta’ dawn il-kundanni jkunu xhieda ta’ aġir personali li jirrappreżenta theddida reali għall-ordni pubbliku. Għandha tkun theddida reali u serja biżżejjed li tolqot interess fundamentali tas-soċjetà.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 1, għandu b’mod partikolari jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju Ġermaniż, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħitha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha f’dan it-territorju, kif ukoll il-qawwa tar-rabtiet tagħha mal-Istat ta’ oriġini tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Wara li jinkiseb id-dritt ta’ residenza permanenti, konstatazzjoni skont il-paragrafu 1 tista’ ssir biss għal raġunijiet serji.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li għexu fit-territorju Federali matul l-aħħar għaxar snin u fir-rigward tal-minuri, il-konstatazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ ssir biss minħabba raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika. Din ir-regola ma tapplikax għal minuri meta t-telf tad-dritt ta’ residenza huwa meħtieġ fl-interess tat-tfal. Jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika biss fil-każ li l-persuna kkonċernata tkun ġiet ikkundannata minħabba reat jew reati mwettqa intenzjonalment għal piena ta’ privatizzazzjoni tal-libertà jew għal piena minħabba att kriminali minn minuri ta’ mhux inqas minn ħames snin li tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> jew tkun ġiet imposta detenzjoni preventiva matul l-aħħar kundanna definittiva tagħha, fil-każ li tkun involuta s-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew meta l-persuna kkonċernata tippreżenta theddida terroristika.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>I. twieled fl-Italja, fit-<DATE ISO="19650903">3 ta’ Settembru 1965</DATE>, u ilu joqgħod fil-Ġermanja mis-sena 1987. L-ewwel permess ta’ residenza tiegħu kien intbagħatlu fix-xahar ta’April 1987 u kien imġedded regolarment. Huwa għażeb u ma għandux tfal. Huwa qatt ma spiċċa l-iskola jew xi taħriġ vokazzjonali u fil-Ġermanja<?PAGE NO="5"?> ħadem biss b’mod temporanju. I. għandu ħamest aħwa, ftit minnhom joqogħdu l-Ġermanja, u oħrajn l-Italja. Sa mill-arrest tiegħu, fix-xahar ta’ Jannar 2006, ommu tgħix parzjalment fil-Ġermanja u parzjalment fl-Italja</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20060516">16 ta’ Mejju 2006</DATE>, li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fit-<DATE ISO="20061028">28 ta’ Ottubru 2006</DATE>, il-Landgericht Köln (Tribunal reġjonali ta’ Köln) ikkundanna lil I. għal priġunerija ta’ seba’ snin u sitt xhur għal abbuż sesswali, aggressjoni sesswali u stupru fuq minuri. Il-fatt li bbażaw din il-kundanna seħħew matul is-snin 1990 sa 2001. Mill-1992, I. ġiegħel, kważi kull ġimgħa, il-vittma tiegħu jkollha rapporti sesswali miegħu jew twettaq atti sesswali oħrajn billi jirrikorrri għal forza u billi jheddiha li joqtol lil ommha jew lil ħuha. Dan il-ksur twettaq fuq it-tifla tas-sieħba tiegħu ta’ dak iż-żmien, li kellha 8 snin fil-bidu tal-fatti. I. ilu l-ħabs mill-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE> u jispiċċa l-priġunerija tiegħu fid-<DATE ISO="20130709">9 ta’ Lulju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE>, l-Oberbürgermeisterin der Stadt Remscheid, li kienet il-konvenuta fil-kawża prinċipali, ikkonstatat it-telf tad-dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ I. fit-territorju Ġermaniż u ordnat l-eżekuzzjoni immedjata ta’ din il-miżura billi ordnatlu biex jitlaq mit-territorju, u fin-nuqqas ta’ dan jiġi ddeportat lejn l-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali tirrileva li I. kien uża enerġija kunsiderevoli fl-atti tiegħu u kkawża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>tbatija infinita<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> lill-vittma tiegħu billi abbużaha għal snin sħaħ. Ma jistax jiġi eskluż li, f’ċirkustanzi simili, huwa jerġa’ joffendi b’atti tal-istess natura jew simili għal dawk li huwa wettaq qabel l-arrest tiegħu, minħabba b’mod partikolari l-perijodu twil li matulu r-reat twettaq kif ukoll minħabba l-fatt li l-awtur tiegħu ma żviluppa qatt sens ta’ ħtija. L-interessi denji ta’ protezzjoni ta’ I. ttieħdu madankollu inkunsiderazzjoni u huwa ma kienx partikolarment integra ruħu ekonomikament jew soċjalment fis-soċjetà Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, I. ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tas-<DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE> u talab li l-eżekuzzjoni tagħha tiġi sospiża. B’sentenza tal-<DATE ISO="20080714">14 ta’ Lulju 2008</DATE>, il-Verwaltungsgericht Düsseldorf (Tribunal amministrattiv ta’ Düsseldorf) irrifjuta dan ir-rikors billi qies b’mod partikolari li l-fatt li kienu ġġustifikaw il-kundanna juru aġir personali li ġab il-biża ta’ theddida attwali, reali u serja biżżejjed għal interess fundamentali tas-soċjetà, jiġifieri l-protezzjoni tat-tfajliet u tan-nisa kontra l-aggressjonijiet sesswali u l-istupri. I. uża enerġija kriminali kunsiderevoli, fir-rigward b’mod partikolari tal-perijodu li matulu twettqu l-atti, l-età tal-vittma u tal-miżuri użati sabiex dawn ma jiġux żvelati, billi heddet regolament il-vittma tiegħu u billi organizza l-iżolament tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>I. appella kontra l-imsemmija sentenza quddiem l-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, wara li stabbilit mill-ġdid l-effett sospensiv tar-rikors, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, imsemmi fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva [2004/38], ikopri biss theddid għas-sigurtà interna u esterna ta’ Stat, fis-sens tal-eżistenza kontinwa tal-Istat bl-istituzzjonijiet u s-servizzi pubbliċi importanti tiegħu, tas-sopravivenza tal-popolazzjoni, tar-relazzjonijiet esterni u tal-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-punt 56 tas-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20101123">23 ta’ Novembru 2010</DATE>, Tsakouridis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/09" PAGE.ECR="I-11979" YEAR="2010">C-145/09, Ġabra p. I-11979</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> li tista’ tiġġustifika miżura ta’ tkeċċija ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun irrisjeda fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’risposta għal domanda bil-miktub magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja wara d-deċiżjoni tas-sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq, il-qorti tar-rinviju indikat li kien għad baqa’ dubji, fil-kawża prinċipali, rigward il-kwistjoni dwar jekk u, skont il-każ, taħt liema kundizzjonijiet, il-ġlieda kontra tipi ta’ kriminalità oħrajn differenti minn dik fi grupp organizzat marbut mad-drogi tistax ukoll tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>raġuni imperattiva ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fis-sens tal-Artikolu 28(3), iċċitat iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tistaqsi, b’mod partikolari jekk huwiex possibbli li jitkeċċew mill-Istat Membru ospitanti ċittadini tal-Unjoni li, mingħajr ma jifformaw parti minn grupp jew minn kwalunkwe struttura oħra kriminali, wettqu ksur penali estremament gravi li jippreġudika l-interessi ġuridikament protetti, bħall-awtonomija sesswali, il-ħajja, il-libertà jew l-integrità fiżika, u meta jeżisti riskju għoli li huma jerġgħu joffendu billi jwettqu ksur ieħor ta’ natura simili.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna s-sigurtà pubblika, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din tkopri kemm is-sigurtà interna u esterna ta’ Stat Membru (sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, mill-formulazzjoni u mill-istruttura tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 jirriżulta li, billi ssottometta kull miżura ta’ tkeċċija fl-ipoteżi msemmija f’din id-dispożizzjoni għall-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>raġunijiet imperattivi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ta’ sigurtà pubblika, kunċett li huwa konsiderevolment iktar strett minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>raġunijiet gravi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestament kellu l-intenzjoni li jillimita l-miżuri bbażati fuq l-imsemmi paragrafu 3 għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kif huwa stabbilit fil-premessa 24 tal-imsemmija direttiva (sentenza Tsakouridis, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jippresupponi mhux biss l-eżistenza ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika, iżda, barra minn hekk, li tali preġudizzju għandu grad ta’ gravità partikolarment għoli, rifless fl-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>raġunijiet imperattivi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (sentenza Tsakouridis, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Jeħtieġ jitfakkar ukoll li d-dritt tal-Unjoni ma jimponix fuq l-Istati Membri skala uniformi ta’ valuri għal dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-aġir li jista’ jitqies bħala kuntrarju għas-sigurtà pubblika (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE>, Jany <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-268/99" PAGE.ECR="I-8615" YEAR="2001">C-268/99, Ġabra p. I-8615</REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, ir-raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>imfissra mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Jekk, essenzjalment, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jistabbilixxu, b’mod konformi mal-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn żmien għal ieħor, ir-rekwiżiti tal-ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika, b’mod partikolari, bħala ġustifikazzjoni għal deroga għall-prinċipju fundamentali ta’ moviment liberu tal-persuni, dawn ir-rekwiżiti għandhom jinftiehmu b’mod strett, b’tali mod li l-portata tagħhom ma tistax tiġi ddeterminata unilateralment minn kull wieħed mill-Istati Membri mingħajr kontroll mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Jipa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-33/07" PAGE.ECR="I-5157" YEAR="2008">C-33/07, Ġabra p. I-5157</REF.DOC.ECR>, punt 23; tas-<DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>, Gaydarov, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-430/10" PAGE.ECR="I-11637" YEAR="2011">C-430/10, Ġabra p. I-11637</REF.DOC.ECR>, punt 23, u Aladzhov, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/10" PAGE.ECR="I-11659" YEAR="2011">C-434/10, Ġabra p. I-11659</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk ksur bħal dak imwettaq minn I. jistax jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 83(1) TFUE, l-isfruttament sesswali tat-tfal jifforma parti minn oqsma ta’ kriminalità partikolarment gravi ta’ dimensjoni transkonfinali li jeżiġu l-intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Billi tesprimi l-imsemmi għan, il-premessa 1 tad-Direttiva 2011/93 tenfasizza li l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal jikkostitwixxu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari tad-drittijiet tat-tfal għall-protezzjoni u għall-kura meħtieġa għall-benesseri tagħhom, kif previsti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-<DATE ISO="19891120">20 ta’ Novembru 1989</DATE> u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-gravità ta’ dan it-tip ta’ ksur jirriżulta wkoll mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/93, li jipprovdi, fil-paragrafu 4 tiegħu, li l-parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali ma’ tfal li ma jkunux laħqu l-età ta’ kunsens sesswali għandha tkun punibbli b’piena massima ta’ mill-inqas ħames snin priġunerija, kif<?PAGE NO="7"?> ukoll, skont il-paragrafu 5(i) tal-istess artikolu l-parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali mat-tfal, fejn isir abbuż minn pożizzjoni rikonoxxuta ta’ fiduċja, awtorità jew influwenza fuq it-tfal għandha tkun punibbli b’piena massima ta’ mill-inqas tmien snin priġunerija. Skont l-istess paragrafu 5(iii), din il-piena għandha tkun ta’ għaxar snin minn tal-inqas f’każ li jsir użu ta’ ġegħil, ta’ forza jew ta’ theddid. Skont l-Artikolu 9(b) u (g) tal-istess direttiva, għandhom jitqiesu bħala aggravanti ċ-ċirkustanzi fejn ir-reat twettaq minn membru tal-familja tat-tfal, persuna li tkun tgħix mat-tfal jew persuna li tkun abbużat mill-pożizzjoni rikonoxxuta ta’ fiduċja jew awtorità tagħha u ċ-ċirkustanza fejn ir-reat ikun involva vjolenza serja jew ikkaġuna ħsara serja għat-tfal.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jqisu li ksur penali bħal dak li jinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) jikkostitwixxi preġudizzju partikolarment gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà, li jista’ jirrappreżenta theddida diretta għat-trankwillità u għas-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni, u, għaldaqstant, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jista’ jiġġustifika miżura ta’ tkeċċija skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, bil-kundizzjoni li l-mod kif tali ksur twettaq jippreżenta karatteristiċi partikolarment gravi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ eżami individwali tal-każ speċifiku li hija tkun adita bih.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-eventwali konstatazzjoni mill-qorti tar-rinviju, skont il-valuri proprji tal-ordinament ġuridiku tagħha, li l-ksur bħal dak imwettaq minn I. jippreżenta theddida diretta għat-trankwillità u għas-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni, ma għandux neċessarjament iwassal għat-tkeċċija tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/38 jissuġġetta kull miżura ta’ tkeċċija għall-fatt li l-aġir tal-persuna kkonċernata jippreżenta theddida reali u attwali għal interess fundamentali tas-soċjetà jew tal-Istat Membru ospitanti, konstatazzjoni li timplika, b’mod ġenerali, fi ħdan l-individwu kkonċernat, l-eżistenza ta’ tendenza li jżomm dan l-aġir fil-futur.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiżdied li, meta miżura ta’ tkeċċija mit-territorju hija adottata bħala piena jew bħala miżura aċċessorja għal piena ta’ detenzjoni, iżda hija eżegwita iktar tard minn sentejn wara li tkun ġiet adottata, l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2004/38 jimponi fuq l-Istati Membri li jivverifikaw l-attwalità u r-realtà tat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tippreżenta l-persuna kkonċernata, u li jevalwaw jekk sarx tibdil materjali tal-fatti mill-mument li fih ġiet adottata d-deċiżjoni ta’ tkeċċija.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif ukoll jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2004/38, qabel tiġi adottata deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika, l-Istat Membru ospitanti għandu jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari t-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata fuq it-territorju tiegħu, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħa tagħha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha fl-Istat Membru ospitanti u l-intensità tar-rabtiet tagħha mal-pajjiż ta’ oriġini tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda għandha tkun li l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu li ksur penali bħala dak li jinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) jikkostitwixxi preġudizzju partikolarment gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà, li jista’ jirrappreżenta theddida diretta għat-trankwillità u għas-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni, u, għaldaqstant, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jista’ jiġġustifika miżura ta’ tkeċċija skont l-imsemmi Artikolu 28(3), bil-kundizzjoni li l-mod kif tali ksur twettaq jippreżenta karatteristiċi partikolarment gravi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ eżami individwali tal-każ speċifiku li hija tkun adita bih.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Kull miżura ta’ tkeċċija hija suġġetta għall-fatt li l-aġir tal-persuna kkonċernata jippreżenta theddida reali u attwali għal interess fundamentali tas-soċjetà jew tal-Istat Membru ospitanti, konstatazzjoni li timplika, b’mod ġenerali, fi ħdan l-individwu kkonċernat, l-eżistenza ta’ tendenza li jżomm dan l-aġir fil-futur. Qabel tiġi adottata deċiżjoni ta’ tkeċċija, l-Istat Membru ospitanti għandu jieħu<?PAGE NO="8"?> inkunsiderazzjoni b’mod partikolari t-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata fuq it-territorju tiegħu, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħa tagħha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha f’dan l-Istat u l-intensità tar-rabtiet tagħha mal-pajjiż ta’ oriġini tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><P>35 Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</P></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu li ksur penali bħala dak li jinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(1) jikkostitwixxi preġudizzju partikolarment gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà, li jista’ jirrappreżenta theddida diretta għat-trankwillità u għas-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni, u, għaldaqstant, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jista’ jiġġustifika miżura ta’ tkeċċija skont l-imsemmi Artikolu 28(3), bil-kundizzjoni li l-mod kif tali ksur twettaq jippreżenta karatteristiċi partikolarment gravi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ eżami individwali tal-każ speċifiku li hija tkun adita bih.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kull miżura ta’ tkeċċija hija suġġetta għall-fatt li l-aġir tal-persuna kkonċernata jippreżenta theddida reali u attwali għal interess fundamentali tas-soċjetà jew tal-Istat Membru ospitanti, konstatazzjoni li timplika, b’mod ġenerali, fi ħdan l-individwu kkonċernat, l-eżistenza ta’ tendenza li jżomm dan l-aġir fil-futur. Qabel tiġi adottata deċiżjoni ta’ tkeċċija, l-Istat Membru ospitanti għandu jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari t-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata fuq it-territorju tiegħu, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħa tagħha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha f’dan l-Istat u l-intensità tar-rabtiet tagħha mal-pajjiż ta’ oriġini tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>