7.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1168

tas-6 ta’ Awwissu 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 fir-rigward ta’ illuminazzjoni esterna esterna li tuża dijodi li jemettu d-dawl f’karozzi tal-passiġġieri li kapaċi jaħdmu b’ċerti fjuwils alternattivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Novembru 2019, il-manifatturi FCA Italy S.p.A, Jaguar Land Rover LTD, OPEL Automobile GmbH-PSA, Automobiles Citroen, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA, Renault, Škoda Auto a.s and Ford-Werke GmbH (“ir-rikjedenti”) ressqu flimkien talba b’mod konġunt skont l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) biex tiġi emendata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 (3) sabiex id-dawl estern ta’ barra li juża dijodi li jemettu d-dawl (LED) approvat bħala teknoloġija innovattiva skont dik id-Deċiżjoni jkopri d-dawl fil-karozzi tal-passiġġieri li kapaċi jaħdmu fuq ċerti fjuwils alternattivi.

(2)

B’mod partikolari, l-applikanti talbu li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 tkopri d-dawl effiċjenti ta’ fuq barra li juża l-LED fil-karozzi tal-passiġġieri li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), gass naturali kkompressat (CNG) jew etanol (E85) u li ċerti fatturi fil-metodoloġija tal-ittestjar biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 jiġu aġġustati skont dan.

(3)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 kif ukoll il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (6).

(4)

Fid-dawl tal-użu dejjem jiżdied tal-LPG u s-CNG f’karozzi ġodda tal-passiġġieri, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-iffrankar ta’ CO2 li jirriżulta mill-użu ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja li tuża LEDs f’vetturi li kapaċi jaħdmu fuq tali fjuwils għandu jitqies bħala ffrankar ta’ CO2 attribwit għal teknoloġija innovattiva.

(5)

Fir-rigward ta’ karozzi li jaħdmu bl-LPG u s-CNG, soġġetti għaż-żieda ta’ xi fatturi speċifiċi għall-fjuwil, il-metodoloġija tal-ittestjar kif stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 hija meqjusa xierqa għad-determinazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 minn dawl LED fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’dawk il-fjuwils.

(6)

Fir-rigward ta’ E85, minħabba d-disponibbiltà limitata tiegħu fis-suq tal-Unjoni kollha kemm hi, dan il-fjuwil jeħtieġ li ma jiġix distint mill-petrol għall-iskopijiet tal-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Il-manifattur jista’ japplika għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ffrankar ta’ CO2 minn wieħed jew aktar mid-dawl LED ta’ barra maħsub għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna M1 jew f’vetturi elettriċi ibridi b’magna ta’ kombustjoni interna M1 (NOVC-HEV) li jikkonformaw mal-punt 3 tal-paragrafu 5.3.2 tal-Anness 8 tar-Regolament Nru 101 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi vetturi bħal dawn li jistgħu jaħdmu fuq gass likwifikat miż-żejt (LPG), gass naturali kkompressat (CNG) jew E85 minbarra petrol jew diżil, jew taħlita ta’ dawk il-karburanti, u sakemm il-vetturi jkunu mgħammra b’waħda jew kombinazzjoni ta’ dawn id-dwal LED:”

(b)

fit-tieni subparagrafu, ir-referenza għall-Artikolu 9(1) tinbidel bi “l-Artikolu 9(1)(a)”;

(2)

Fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

“3.   Meta d-dwal LED ta’ barra tal-vettura effiċjenti jkunu installati f’vettura li taħdem bil-bi-fuel jew flex-fuel, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 kif ġej:

(a)

għal vettura bi-fuel li tuża l-petrol u l-fjuwils gassużi, il-valur tal-iffrankar tas- CO2 fir-rigward tal-LPG jew tas-CNG;

(b)

għal vettura flex-fuel li tuża l-petrol u l-E85, il-valur ta’ ffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-petrol.

4.   L-iffrankar tas-CO2 iċċertifikat irreġistrat skont ir-referenza għall-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 19 jista’ jitqies biss għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi tal-manifatturi sal-31 ta; Diċembru 2020.”

(3)

lLAnness huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-entrata CF hija sostitwita b’dan li ġej:

“CF — Il-fattur ta’ konverżjoni kif iddefinit fit-Tabella 3.”;

(ii)

l-entrata VPe hija sostitwita b’dan li ġej:

“VPe — Konsum tal-enerġija effettiva kif speċifikat fit-Tabella 2.”;

(b)

fil-punt 6, l-entrata VPe, inkluża t-Tabella 2, u l-entrata CF, inkluża t-Tabella 3, huma sostitwiti b’dan li ġej:

‘VPe: Il-konsum tal-potenza effettiva kif iddefinit fit-Tabella 2

Tabella 2

Konsum tal-potenza effettiva

Tip ta’ magna

Konsum tal-potenza effettiva (VPe) [l/kWh]

Petrol/E85

0,264

Petrol/E85 Turbo

0,280

Diżil

0,220

LPG

0,342

LPG Turbo

0,363

 

Konsum tal-potenza effettiva (Vpe) [m3/kWh]

CNG (G20)

0,259

CNG (G20) Turbo

0,275

CF: Fattur ta’ konverżjoni kif definit fit-Tabella 3

Tabella 3

Fattur tal-konverżjoni tal-fjuwil (CF)

Tip ta’ fjuwil

Fattur ta’ konverżjoni (CF) [[gCO2/l]

Petrol/E85

2 330

Diżil

2 640

LPG

1 629

 

Il-fattur ta’ konverżjoni (CF) [gCO2/m3]

CNG (G20)

1 795 ’

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(6)  https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf