|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/577 |
3.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11409 — ELIA / GLENTRA / ENERGYRE / ENERGYRE GIGA PROJECTS USA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/577)
1.
Fil-11 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Elia Group SA/NV (“Elia”, il-Belġju), ikkontrollata minn Publi-T SC (il-Belġju), |
|
— |
Glentra Capital P/S (“Glentra”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Henrik Tordrup u Novo Holdings A/S (id-Danimarka), |
|
— |
energyRe Holdings, LLC (“energyRe Holdings”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Yukon Holdings, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
energyRe Giga-Projects USA Holdings, LLC (“energyRe Giga-Projects”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata indirettament minn energyRe Holdings. |
Elia, Glentra, u energyRe Holdings se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ energyRe Giga-Projects.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Elia hija proprjetarja ta’ Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-elettriċità wieħed fil-Belġju u ieħor fil-Ġermanja u tħaddem l-interkonnettur tat-trażmissjoni tal-elettriċità taħt il-baħar li jgħaqqad il-Belġju mal-Gran Brittanja, |
|
— |
Glentra hija ditta ta’ investiment iffukata fuq kumpaniji li jaċċelleraw it-tranżizzjoni tal-enerġija, |
|
— |
energyRe Holdings hija l-kumpanija azzjonista aħħarija tal-grupp energyRe, li hija proprjetarja ta’ portafoll ta’ assi ta’ infrastruttura nadifa (inklużi l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, ir-riħ fuq l-art, l-enerġija solari, il-ħżin, it-trażmissjoni, u l-assi fuq skala tal-utilitajiet) fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża energyRe Giga-Projects jinkludu t-twettiq ta’ proġetti għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-Istati Uniti tal-Amerka.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11409 — ELIA / GLENTRA / ENERGYRE / ENERGYRE GIGA PROJECTS USA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussell |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/577/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)