<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1201109101.case.xml"><NO.CASE>C-465/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0465</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>11095</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11134</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>40</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20071213">13.12.2007</DATE> — KAWŻA C-465/05</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs L-ITALJA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20071213">13 ta' Diċembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża 0465/05,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu skond l-Artikolu 226 KE, imressaq fit-<DATE ISO="20051223">23 ta' Diċembru 2005</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,</HT> irrappreżentata minn E. Traversa u E. Montaguti, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana,</HT> irrappreżentata minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn D. Del Gaizo, avvocato dello Stato, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-11096"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, L. Bay Larsen, K. Schiemann, JL Makarczyk (Relatur), u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Registratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' l-<DATE ISO="20070614">14 ta' Gunju 2007</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li tinqata l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar- riko rs tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Gustizzja tikkonstata li, billi pprovdiet li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-attività ta' għassies privat tista' tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta' fedeltà lir-Repubblika Taljana;</P></ITEM><?PAGE NO="I-11097"?><ITEM><P>l-attività ta' għassies privat tista' tigi eżercitata biss fuq għoti ta' awtorizzazzjoni tal-Prefett (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Prefett<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>);</P></ITEM><ITEM><P>l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validita territorjali u li l-għoti tagħha hija suggetta ghat-teħid in kunsiderazzjoni tan-numru u d-daqs ta' l-impriżi ta' sigurtà privata li diġà jaħdmu fit-territorju in kwistjoni;</P></ITEM><ITEM><P>l-impriżi ta' sigurtà privata għandhu jkollhom sede ta' l-attività ekonomika tagħhom f'kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>l-persunal ta' dawn impriżi għandhu jkun awtorizzat individwalment sabiex jeżerċita l-attività ta' sigurtà;</P></ITEM><ITEM><P>l-impriżi ta' sigurtà privata ghandhu jkollhom numru ta' impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati;</P></ITEM><ITEM><P>l-impriżi ta' sigurtà privata għandhom jiddepożitaw garanzija fil-bank ta' depożiti u ta' self lokali, u</P></ITEM><ITEM><P>il-prezzijiet tas-servizzi ta' sigurtà privata huma stabbiliti skond l-awtorizzazzjoni tal-Prefett skond marġni ta' varjazzjoni stabbilita bil-quddiem,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE.</P></NP><?PAGE NO="I-11098"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 134 tat-Test Uniku tal-Liġijiet dwar is-Sigurtà Pubblika (Testo Unico delle Leggi di Pubblica Sicurezza), approvai mid-Digriet Irjali Nru 773 tat-<DATE ISO="19310618">18 ta' Ġunju 1931</DATE> (GURI Nru 146, tas-<DATE ISO="19310626">26 ta' Ġunju 1931</DATE>) kif emendat (iktar 'il quddiem it-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Test Uniku<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Fin-nuqqas ta' liċenzja mogħtija mill-Prefett, huwa pprojbit lill-korpi jew lil individwi li jipprovdu servizzi ta' sorveljanza jew ta' għassa ta' proprjetà mobbli jew immobbli, li jagħmlu investigazzjonijiet jew riċerki jew li jiġbru informazzjoni għan-nom ta' individwi.</P><P>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11, ma tistax tingħata liċenzja lillpersuni li m'għandhomx iċ-ċittadinanza Taljana jew dik ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, illi huma inkapaċi jew li kienu s-suġġetti ta' kundanna għal delitt li twettaq b'mod doluż.</P><P>Iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jiksbu l-liċenzja sabiex jipprovdu servizzi ta' sorveljanza jew ta' għassa ta' proprjetà mobbli jew immobbli blistess kundizzjonijiet taċ-ċittadini Taljani.</P><P>Il-liċenzja ma tistax tingħata għal operazzjonijiet li jimplikaw l-eżerċizzju tas-setgħa pubblika jew is-setgħa ta' restrizzjoni tal-libertà individwali.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11099"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond ir-raba' sas-sitt subparagrafi ta' l-Artikolu 135 tat-Test Uniku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>[...] id-diretturi ċċitati iktar 'il fuq huma obbligati li jwaħħlu, fil-postijiet ta' l-uffiċċju tagħhom, b'mod permanenti u li jidher b'mod ċar, tabella ta' l-operazzjonijiet li huma jwettqu, flimkien mat-tariffa korrispondenti tas-servizzi.</P><P>Ma jistgħux iwettqu operazzjonijiet oħrajn barra dawk indikati fit-tabella jew jirċievu hlasijiet ogħla minn dawk imsemmija fit-tariffa jew iwettqu jew jaċċettaw kummissjonijiet flimkien jew permezz ta' l-intermedju ta' persuni li m'għandhomx il-karta ta' l-identità jew dokument iehor li għandu ritratt, li joħroġ millamministrazzjoni ta' l-Istat</P><P>It-tabella ta' l-operazzjonijiet għandha titressaq quddiem il-Prefett<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond it-tieni subparargafu ta' l-Artikolu 136 tat-Test Uniku, il-liċenzja tista' tiġi miċħuda b'kunsiderazzjoni tan-numru jew tad-daqs ta' l-impriżi li diġà qed joperaw.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 137 tat-Test Uniku jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>L-għoti tal-liċenzja huwa suġġett għad-depożitu fil-bank ta' depoziti u self ta' garanzija, fejn l-ammont huwa stabbilit mill-Prefett</P><P>[...]</P><?PAGE NO="I-11100"?><P>Fil-każ ta' nuqqas, il-Prefett jiddeċiedi b'digriet jekk is-somma ggarantita tmurx koliha jew in parti lit-Teżor pubbliku.</P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 138 tat-Test Uniku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>L-għassiesa privati għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>ikollhom iċ-ċittadinanza Taljana jew ta' Stat Membru ta l-Unjoni Ewropea;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>ikollhom l-età legali u jkunu f'pożizzjoni regolari skond il-liġi rigward il-lieva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>ikunu jafu jaqraw u jiktbu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>ma jkunux instabu hatja ta' xi reat kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>għandhom id-drittijiet ċivili u politiċi koliha tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>ikollhom karta ta identita;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-11101"?><ITEM><NP><NO.P>7<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>li jkunu rreġistrati ma' skema tas-sigurtà soċjali u ma' l-iskema ta' l-inċidenti fuq ix-xogħol.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-ħatra ta' għassiesa individwali għandha tiġi approvata mill-Prefett.</P><P>Kull għassies privat li ħa l-ġurament, li huwa ċittadin ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea jista jikseb il-permess li jġorr arma skond id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 527 tat-<DATE ISO="19921230">30 ta' Diċembru 1992</DATE> u r-regoli ta' eżekuzzjoni adottati biddigriet Nru 635 tal-Ministru ta' l-Intern tat-<DATE ISO="19961030">30 ta' Ottubru 1996</DATE>. [...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 250 tad-Digriet Irjali Nru 635, tas-<DATE ISO="19400506">6 Mejju 1940</DATE>, dwar ir-regoli ta' eżekuzzjoni tat-Test Uniku, kif emendat mill-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 478 tat-<DATE ISO="19461223">23 ta' Diċembru 1946</DATE> (iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>regoli ta' eżekuzzjoni<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Wara li ġie kkonstatat li l-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 138 tal-liġi huma ssodisfatti, il-Prefett jagħti d-digriet ta' approvazzjoni lill-għassiesa privati.</P><P>Wara li jkunu kisbu l-approvazzjoni, l-għassiesa privati jieħdu ġurament quddiem il-Pretur skond il-formola li ġejja:</P><P><QUOT.S LEVEL="2"><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="2018"/>Jiena naħlef fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana u lejn il-Kap ta' l-Istat, li nħares fedelment il-liġijiiet ta' l-Istati u li neżerċita l-ħidmiet li ngħataw lili b'diliġenza, b'kuxjenza, u unikament fl-interess pubbliku.<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="2019"/></P></QUOT.S></P><?PAGE NO="I-11102"?><P>Il-Pretur jiċċertifika, abbażi tad-digriet tal-Prefett, l-għoti ta' ġurament</P><P>L-għassies privat huwa ammess li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu wara li jieħu l-ġurament<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 252 tar-regoli ta' eżekuzzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' liġijiet partikolari, meta l-proprjetà li l-għassies privati għandhom jissorveljaw tinsab fit-territorju ta' provinċji oħrajn, huma meħtieġ digriet ta' approvazzjoni tal-Prefett ta' kull provinċja.</P><P>L-għoti tal-ġurament iseħħ quddiem wieħed mill-Preturi fil-post li fih tkun tinsab il-proprjetà li għandha tiġi ssorveljata.<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 257 ta' l-istess Regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>L-applikazzjoni għall-ksib tal-liċenzja prevista fl-Artikolu 134 tal-liġi ikollha lindikazzjoni tad-distrett jew distretti li fihom l-impriża għandha l-intenzjoni li teżerċita l-attività tagħha, it-tariffa pprattikata għall-operazzjonijiet speċifiċi u għal-ħlas regolari, tabella ta' l-impjegati għassiesa fis-servizz, tal-ħlasijiet li jingħatawl-hom, il-ġurnata ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa, miżuri ta' sigurtà soċjali fil-każ ta' mard, ħinijiet tax-xogħol u l-arranġamenti koliha ta' l-għoti tas-servizz.</P><?PAGE NO="I-11103"?><P>L-applikazzjoni għandu jkollha magħha id-dokument li jistabbilixxi l-assigurazzjoni ta' l-għassiesa kontra l-inċidenti fuq ix-xogħol u kontra l-mard u x-xjuhija.</P><P>Minbarra dan, meta jkun hemm impriża illi għandha l-intenzjoni li tagħmel investigazzjonijiet jew riċerki għan-nom ta' individwi privati, fl-applikazzjoni għandhom jiġu ppreċiżati l-operazzjonijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni hija mitluba u li magħha għandhom jiġu mehmuża d-dokumenti li jistabbilixxu lkwalifiki meħtieġa.</P><P>L-att ta' awtorizzazzjoni għandu jkollu l-indikazzjonijiet previsti mill-applikazzjoni u l-approvazzjoni tat-tariffi, tat-tabella ta' l-impjegati, tal-ħlasijiet, tas-siegħat tax-xogħol u tal-miżuri ta' sigurtà soċjali f każ ta' mard.</P><P>Kull varjazzjoni jew emenda fl-operazzjoni ta' l-impriża għanda tiġi awtorizzata mill-Prefett.<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-atti amministrattivi meħuda skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jiġi rrilevat illi numru ta' awtorizzazzjonijiet tal-Prefett mogħtija sabiex jiġu eżerċitati attivitajiet ta' sigurtà privata jipprovdu li l-impriżi għandhu jkollhom numru ta' impjegati minimu u /jew massimu ta' għassiesa privati.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Minbarra dan, jirriżulta minn ċirkolari tal-Ministeru ta' l-Intern li l-impriżi ma jistgħux jeżerċitaw l-attivatitajiet tagħhom barra miż-żona territorjali tal-Prefettura li tat l-awtorizzazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11104"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>li-proċedura prekontenzjuża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B'ittra tal-<DATE ISO="20020405">5 ta' April 2002</DATE>, il-Kummissjoni intimat lir-Repubblika Taljana sabiex tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali in kwistjoni mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta' stabbiliment</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara r-risposti pprovduti fis-<DATE ISO="20020606">6 ta' Ġunju 2002</DATE> mir-Repubblika Taljana, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lil dan l-Istat Membru, fl-<DATE ISO="20041214">14 ta' Diċembru 2004</DATE>, fejn talbitu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu ma l-imsemmija opinjoni fi żmien xahrejn, li jibda jiddekorri minn meta jirċeviha. Proroga ta' dan itterminu, li ntalbet mir-Repubblika Taljana, ġiet miċħuda mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress illi ma kinitx sodisfatta bir-risposti mogħtija mir-Repubblika Taljana, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>In sostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tinvoka tmien ilmenti, li jikkonċernaw, fis-sustanza, il-kundizzjonijiet mitluba mil-leġiżlazzjoni Taljana għall-eżerċizzju ta' attività ta' sigurtà privata fl-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar illi, għalkemm huwa veru li, fsettur mhux armonizzai kompletament fuq livell Komunitarju, li huwa dak li jikkonċerna sservizzi ta' sigurtà privata, kif wara kollox aċċettaw kemm ir-Repubblika Taljana u l-<?PAGE NO="I-11105"?>Kummissjoni Ewropea matul is-seduta, l-Istati Membri jżommu, fil-prinċipju, il-kompetenzi sabiex jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' l-attivitajiet f'dan is-settur, xorta jibqa' l-fatt li huma għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f'dan il-qasam filwaqt li jirrispettaw il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat KE (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20060126">26 ta' Jannar 2006</DATE>, II-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-514/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-963">C-514/03, Ġabra p. I-963, punt 23</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikoli 43 KE u 49 KE jimponu t-tneħħija ta' restrizzjonijiet għal-libertà ta' stabbiliment u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Għandhom jiġu kkunsidrati bħala restrizzjonijiet ta' dan it-tip il-miżuri koliha li jipprojbixxu, jostakolaw jew jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju ta' dawn il-libertajiet (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20020115">15 ta' Jannar 2002</DATE>, IIKummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-305">C-439/99, Ġabra p. I-305, punt 22</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="20041005">5 ta' Ottubru 2004</DATE>, CaixaBank France, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-8961">C-442/02, Ġabra p. I-8961, punt 11</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20060330">30 ta' Marzu 2006</DATE>, Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2941">C-451/03, Ġabra p. I-2941, punt 31</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="20061026">26 ta' Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-65/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-10341">C-65/05, Ġabra p. I-10341, punt 48</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-miżuri nazzjonali li jirrestrinġu l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat jistgħu jiġu ġġustifikati biss jekk jissodisfaw erba' kundizzjonijiet: huma applikabbli b'mod li mhuwiex diskriminatorju, huma bbażati fuq raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali, huma adatti sabiex jiggarantixxu t-twettiq ta' l-għan li jkunu qed jippruvaw jilħqu u ma jeċċedux dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq tali għan (ara s-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20000704">4 ta' Lulju 2000</DATE>, Haim, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-424/97" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-5123">C-424/97, Ġabra p. I-5123, punt 57</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta' dawn il-prinċipji illi għandu jsir l-eżami ta' l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11106"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel ilment ibbaiat fuq il-ksur ta' l-Artikoli 43 KE u 49 KE minhabba l-obbligu li jittiehed ġurament</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni illi l-obbligu għall-għassiesa privati li jieħdu ġurament ta' lealtà lejn ir-Repubblika Taljana, previst fl-Artikolu 250 tar-regoli ta' eżekuzzjoni, ibbażat indirettament fuq iċ-ċittadinanza, jikkostitwixxi, għall-operaturi ta' Stati Membri oħrajn li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà privata, ostakolu mhux iġġustifikat kemm għall-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Minbarra dan, skond il-Kummissjoni, l-imsemmi obbligu ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ġġustifikat u proprozjonat fir-rigward ta' l-għan mixtieq, jiġifieri li jiġi assigurat harsien aħjar ta' l-ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana tafferma li l-attivitajiet in kwistjoni, imsemmija fit-Test Uniku, jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika skond l-Artikoli 45 KE u 55 KE u, għalhekk, huma esklużi mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu III tat-Tielet parti tat-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B'hekk, ir-Repubblika Taljana ssostni li l-impriżi li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà privata jiedħu sehem, f'diversi ċirkustanzi, b'mod dirett u immedjat, fl-eżerċiżżju ta' l-awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Hija ssostni, f'dan ir-rigward, illi dawn l-attivatijiet ta' sigurtà jagħtu, min-natura tagħhom, kontribuzzjoni kbira lis-sigurtà pubblika, per eżempju fil-qasam tassorveljanza armata fir-rigward ta' istituti finanzjarji u ta' skörta ta' vetturi li jġorru flus.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11107"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru jsostni wkoll illi r-rapporti bil-miktub ta' għassiesa privati li ħadu l-ġurament, matul l-eżerċizzju ta' l-attività tagħhom, għandhom forza probatorja msaħħa meta mqabbla ma dik relatara ma dikjarazzjonijiet ta' persuni individwi. Dan iżid ukoll illi dawn l-għassiesa jistgħu jagħmlu arresti meta jkun qed jiġi kommess reat.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>B'risposta għal dan l-argument, il-Kummissjoni tenfasizza illi l-Artikoli 45 KE u 55 KE, bħala dispożizzjonijiet li jidderogaw għal-libertajiet fundamentali, għandhom ikunu suġġetti għal interpetazzjoni restrittiva, skond il-ġurisprduenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skond il-Kummissjoni, l-elementi mressqa mir-Repubblika Taljana mhumiex ta' natura li jiġġustifikaw analizi differenti minn dik li wasslet lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi, b'mod kostanti, illi l-attivitajiet ta' għassa jew ta' sigurtà privata ma jikkostitwixxux normalment sehem dirett u speċifiku fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Indipendentement mill-evokazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' l- Artikoli 45 KE u 55 KE, ir-Repubblika Taljana sssemmi wkoll il-motivi ta' difiża li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Hija ssostni illi l-obbligu li jittieħed ġurament jista' jiġi kkritikat mill-Kummissjoni biss fir-rigward tar-restrizzjonijiet li hija tagħmel għall-moviment liberu tal-ħadddiema u mhux abbażi ta' l-Artikoli 43 KE u 49 KE, safejn l-għassiesa privati jkunu neċessarjament impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minbarra dan, hija ssostni illi t-tehid ta' ġurament, li ma tikkostitwixxix operazzjoni oġġettivament diffidi, tiggarantixxi l-eżerċizzju korrett ta' funzjonijiet delikati li l-għassiesa għandhom iwettqu fil-qasam tas-sigurtà u li huma rregolati mil-liġijiet ta l-Istat b'mod imperattiv, tenfasizza r-rabta ta' kawża li teżisti bejn il-ġurament u t-tisħiħ tal-ħarsien preventiv ta' l-ordni pubbliku.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11108"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Gustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi marbuta ma l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 45 KE u 55 KE, l-ewwel nett għandu jiġi werifikat jekk dawn id-dispożizzjonijiet effettivament japplikawx għal dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Gustizzja li d-deroga prevista f dawn l-Artikoli għandha tkun ristretta għall-attivitajiet li, meħuda flimkien, jikkostitwixxu parteċipazzjoni diretta u speċifika fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19981029">29 ta Ottubru 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-114/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-6717">C-114/97, Ġabra p. I-6717, punt 35</REF.DOC.ECR>; tad-<DATE ISO="20000309">9 ta Marzu 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-355/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-1221">C-355/98, Ġabra p. I-1221, punt 25</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="20010531">31 ta Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-283/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-4363">C-283/99, Ġabra p. I-4363, punt 20</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-attività ta' impriżi ta' l-għassa jew ta' sigurtà privata normalment ma tikkostitwixxix sehem dirett u speċifiku fl-eżerċizzju ta l-awtorità pubblika (ara s-sentenzi ċċitati Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, punt 26, u tal-<DATE ISO="20010531">31 ta Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fii-punt 22 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20010531">31 ta Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Gustizzja ddeċidiet illi d-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 55 tat-Trattat KE (li sar l-ewwel subpargrafu ta l-Artikolu 45 KE), ma japplikax f'dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi evalwat, jekk l-elementi msemmija mir-Repubblika Taljana f'dan ir-rikors, relatati mal-kontenut attwali tat-Test Uniku u mar-regoli ta' eżekuzzjoni, jistgħux iwasslu għal evalwazzjoni differenti tas-sitwazzjoni fl-Italja minn dawk li taw lok għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 33 u 34 ta' din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11109"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 134 tat-Test Uniku, il-korpi li jintervjenu fil-qasam tas-sigurtà privata jipprovdu, bħala prinċipju, attivitajiet ta' sorveljanza jew ta' għassa ta' proprjetà mobbli jew immobbli, ta' tiftix jew ta' investigazzjonijiet għan-nom ta individwi.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalkemm l-impriżi ta' sigurtà privata jistgħu, kif ikkonfermat ukoll ir-Repubblika Taljana matul is-seduta, f'ċerti ċirkustanzi u b'mod eċċezzjonali, jissejħu sabiex jgħinu lill-aġenti pubbliċi responsabbli li jassiguraw is-sigurtà pubblika, per eżempju fil-qasam tal-ġarr ta' flus jew b'mod partikolari s-sorveljanza ta' ċerti postijiet pubbliċi, ma ntweriex minn dan l-Istat Membru li dan jinvolvi l-eżerċizzju ta awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Wara kollox, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet illi s-sempliċi kontribuzzjoni għaż-żamma tas-sigurtà pubblika, li kull individwu jista' jiġi msejjaħ jagħmel, ma tikkostitwixxix tali eżerċizzju (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="19981029">29 ta' Ottubru 1998</DATE>, II-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minbarra dan, l-Artikolu 134 tat-Test Uniku jistabbilixxi limitu strett għall-eżerċizzju ta' l-attivitajiet ta' sorveljanza, jiġifieri li dawn ma jistgħu qatt jimplikaw l-eżerċizzju ta' setgħa pubblika jew is-setgħa ta' restrizzjoni tal-libertà individwali. B'hekk l-impriżi ta' sigurtà m'għandhomx setgħa ta' restrizzjoni ta' libertà.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax jiġi validament sostnut mir-Repubblika Taljana li l-impriżi ta' sigurtà privata, fil-kuntest ta' l-attivatijiet tagħhom, iwettqu operazzjonijiet ta' żamma ta' ordni pubbliku li jidher li jixbaħ l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11110"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Minbarra dan, rigward l-argumentazzjoni dwar forza probatorja marbuta marrapporti magħmula mill-għassiesa privati li ħadu l-ġurament, għandu jiġi rrilevat illi, kif ġie barra minn hekk irrikonoxxut mir-Repubblika Taljana stess, dawn l-imsemmija rapporti ma jikkostitwixxux prova mhux konfutabbli,, b'kuntrast ma' dawk li jsiru fl-eżerċizzju sħiħ ta' l-awtorità pubblika, b'mod partikolari mill-aġenti ta' pulizija ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, rigward l-argument marbut mal-possibbiltà, għal għassiesa privati li ħadu l-ġurament, li jipproċedu għal arresti meta jkun qed jiġi kommess reat, dan diġà ġie invokat mir-Repubblika Taljana fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<DATE ISO="20010531">31 ta' Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq. Il-Qorti ddeċidiet, f'din l-okkażjoni, fil-punt 21 tas-sentenza mogħtija fl-imsemmija kawża illi l-għassiesa hawnhekk m'għandhom ebda awtorità iktar minn individwu ieħor. Din il-konklużjom għandha tinżamm fil-kuntest tar-rikors preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li intqal iktar 'il fuq illi fl-Italja l-impriżi ta' sigurtà privata ma jiħdux sehem, fl-istat ta' leġiżlazzjoni applikabbli, direttament u b'mod speċifiku, fl-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, peress li l-attivitajiet ta' sigurtà privata li huma jipprovdu ma jistgħux jiġu assimilati mal-missjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-servizzi tas-sigurtà pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>B'konsegwenza, id-derogi previsti fl-Artikoli 45 KE u 55 KE mhumiex applikabbli f'din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Sussegwentement, f'dak li jirrigwarda speċifikament ir-rekwiżiti magħmula fl-Artikolu 250 tar-regoli ta' eżekuzzjoni, jirriżulta mil-leġiżlazzjoni Talajana illi, sabiex jipprovdu servizzi ta' sigurtà privata, l-impriżi jistgħu jirrikorru biss għal għassiesa li jkunu ħadu ġurament ta' lealtà lejn ir-Repubblika Taljana u lejn il-Kap ta' l-Istat, quddiem il-Prefett, fil-lingwa Taljana.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11111"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għalkemm dawn ir-regoli japplikaw b'mod identiku kemm għall-operaturi stabbiliti fl-Italja kif ukoll għal dawk li ġejjin minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju Taljan, huma jikkostitwixxu madankollu, għal kull operatur li mhuwiex stabbilit fl-Italja, ostakolu għall-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tiegħu f'dan l-Istat Membru li jaffettwa l-aċċess tiegħu għas-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-operaturi stabbiliti fi provinċja Taljana għandhom iktar faċilitajiet minn dawk li ġejjin minn Stati Membri oħrajn u li jixtiequ jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fl-Italja, sabiex ikollhom il-persunal li jaċċetta li jieħu l-ġurament meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Taljana. Huwa b'hekk ċar illi tali wiegħda solenni ta' lealtà lejn ir-Repubblika Taljana u lejn il-kap ta' l-Istat, minhabba t-tifsira simbolika tagħha, tirċievi iktar faċilment il-kunsens ta' ċittadini ta' dan l-Istat Membru jew ta' persuni li huma diġà stabbiliti fl-imsemmi Stat. L-operaturi barranin huma, b'konsegwenza, imqiegħda f'sitwazzjoni żvantaġġuża meta mqabbla ma' l-operaturi Taljani stabbiliti fl-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, it-teħid tal-ġurament ikkontestat, hekk kif impost fuq l-impjegati ta' impriżi ta' sigurtà privata, jikkostitwixxi, għall-operaturi mhux stabbiliti fl-Italija, ostakolu għal-liberta li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-motiv invokat sussidjarjanient mir-Repubblika Taljana sabiex tiġġustifika l-ostakolu hawnhekk ikkonstatat għal-libertajiet iggarantiti mill-Artikoli 43 KE u 49 KE u intiż għal-ħarsien ta' l-ordni pubbliku, għandu jiġi mfakkar li l-kunċett ta' ordni pubbliku jippreżumi theddida reali u biżżejjed gravi li tolqot interess fundamentali tas-soċjetà. Bhad-derogi koliha għal prinċipju fundamentali tat-Trattat, l-eċċezzjoni ta' ordni pubbliku għandha tiġi interpretata b'mod restrittiv (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar 'il fuq, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11112"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi kkunsidrat illi l-impriżi ta' sigurtà privata stabbiliti fi Stati Membri barra r-Repubblika Taljana jistgħu joħolqu, permezz ta' l-eżerċizzju taddritt tagħhom ta' liberta ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li jużaw persunal li ma jkunx ta' ġurament ta' lealtà lejn ir-Repubblika Taljana u lejn il-Kap ta' l-Istat, theddida reali u serja għal interess fundamentali tas-soċjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li ntqal iktar 'il fuq illi r-rekwiżit għat-teħid ta' ġurament li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni Taljana jmur kontra l-Artikoli 43 KE u 49 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>B'hekk l-ewwel motiv invokat mill-Kummissjoni in sostenn tar-rikors tagħha huwa fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni Iment ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 49 KE minħabba l-obbligu li tinżamm liċenzja ta' validità territorjali</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, l-obbligu li wieħed jikseb awtorizzazzjoni minn qabel li hija valida fuq parti speċifika tat-territorju Taljan, skond l-Artikolu 134 tat-Test Uniku, għal sempliċi prestazzjonijiet okkażjonali ta' servizzi ta' sigurtà privata, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skond l-Artikolu 49 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Dawn ir-restrizzjonijiet huma ġġustifikati biss safejn dawn jissodisfaw raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali u fejn, b'mod partikolari, dan l-interess ġenerali mhuwiex imhares mir-regoli li għalihom minn jipprovdi s-servizzi huwa diġà suġġett fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11113"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni, b'mod prinċipali, l-applikazzjoni tad-derogi previsti għall-Artikoli 45 KE u 55 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>B'mod sussidjarju, hija ssostni li, safejn is-settur ta' l-attività in kwistjoni mhuwiex armonizzat u fejn ebda sistema ta' rikonoxximent reċiproká ma tapplika għalih, l-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru ospitanti żżomm is-setgħa li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni interna l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Taljana żżid illi, jibqa' l-fatt li f kull każ, sabiex tevalwa jekk l-awtorizzazzjoni tistax tingħata jew le, l-amministrazzjoni kompetenti għandha tikkunsidra, fil-prassi tagħha, obbligi li għalihom min jipprovdi s-servizzi huwa diġà suġġett fl-Istat ta' origini tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza kostanti, leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju talprovvista ta' servizzi fit-territorju nazzjonali minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor għall-għoti ta' awtorizzazzjoni amministrattiva, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skond l-Artikolu 49 KE (ara, b'mod partikolari, issentenzi tad-<DATE ISO="19940809">9 ta' Awwissu 1994</DATE>, Vander Elst, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-3803">C-43/93, Ġabra p. I-3803, punt 15</REF.DOC.ECR>; IIKummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar 'il fuq, punt 35; tas-<DATE ISO="20041007">7 ta' Ottubru 2004</DATE>, II-Kummissjoni vs L-Olanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/03" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-9289">C-189/03, Ġabra p. I-9289, punt 17</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-134/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-6251">C-134/05, Ġabra p. I-6251, punt 23</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-limitu tal-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' l-awtorizzazzjoni li tobbliga li min jipprovdi s-servizzi, skond l-Artikolu 136 tat-Test Uniku, li jitlob<?PAGE NO="I-11114"?> awtorizzazzjoni f'kull provinċja fejn għandu l-intenzjoni li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu, filwaqt li jiġi mfakkar li l-Italja hija maqsuma f'103 provinċji, jikkomplika iktar l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20020321">21 ta' Marzu 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-298/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-3129">C-298/99, Ġabra p. I-3129, punt 64</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li leġiżlazzjoni bħal dik fil-kawża preżenti tikser, bħala prinċipju, l-Artikolu 49 KE u, għaldaqstant, hija pprojbita minn dan l-Artikolu, ħlief jekk hija ġġustifikata, b'mod partikolari, minħabba raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali u barra minn hekk bla hsara li tkun proporzjonata fir-rigward ta' l-għan segwit (ara, f dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu l-ewwel nett jiġi rrilevat li r-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni jew ta' liċenzja minn qabel għall-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' sigurtà privata fih innifsu jista' jissodisfa l-ħtieġa ta' harsien ta' l-ordni pubbliku, fir-rigward tan-natura speċifika ta' limsemmija attivatijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, hija ġurisprudenza kostanti li ostakolu bhal dan jista' jkun iġġustifikat biss safejn l-interess ġenerali invokat ma jkunx diġà ssalvagwardjat mir-regoli li għalihom il-persuna li tipprovdi s-servizz hija suġġetta fl-Istat Membru fejn hija stabbilita (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20060126">26 ta' Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>B'hekk, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala meħtieġa sabiex tilhaq l-għan segwit, miżura stabbilita minn Stat Membru li, fis-sustanza, tirrepeti l-kontrolli li jkunu diġà saru fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit min jipprovdi s-servizz.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11115"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F'dan il-każ, il-leġiżlazzjoni Taljana, billi ma tipprovdix li, għal ksib ta' liċenzja, jitqiesu l-obbligi li għalihom min jipprovdi servizzi fuq il-fruntiera huwa diġà suġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mil-leġiżlatur in kwistjoni li jiġi asssigurat kontroll str ett fuq l-attivitajiet in kwistjoni (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar 'il fuq, punt 38; tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-5645">C-171/02, Ġabra p. I-5645, punt 60</REF.DOC.ECR>; Il-Kummissjoni vs L-Olanda, iċċitata iktar 'il fuq, punt 18, u tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-argument tar-Repubbika Taljana li teżisti prassi amministrattiva li biha, meta hija tiddeċiedi fuq it-talbiet ta' awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tieħu in kunsiderazzjoni l-obbligi previsti fl-Istat Membru ta' origini, għandu jiġi rrilevat li l-prova ta' din il-prassi ma tressqitx. F'kull każ, hija ġurisprudenza kostanti li prassi sempliċi amministrattiva, li min-natura tagħha tiġi mmodifikata skond irrieda ta' l-amministrazzjoni u ma tingħatax pubbliċità adegwata, m'għandhiex tiġi kkunsidrata li tikkostitwixxi l-implementazzjoni valida ta' l-obbligi tat-Trattat (ara, b'mod partikolari, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Olanda, iċċitata iktar 'il fuq, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif ġie deċiż ukoll fil-punt 44 ta' din is-sentenza, id-derogi previsti fl-Artikoli 45 KE u 55 KE ma japplikawx hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni lment ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 49 KE minħabba l-obbligu ta' liċenzja territorjali huwa fondat, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni espressa fil-leġiżlazzjoni Taljana li timponi t-teħid in kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti previsti fl-Istat Membru ta' stabbiliment</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11116"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet ilment ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikoli 43 KE u 49 KE minhabba t-territorjalità tal-liċenzja u t-tehid in kunsiderazzjoni għall-finijiet ta' l-għoti ta' limsemmija liċenzja tan-numru u tad-daqs ta' l-impriżi li diġà joperaw fit-territorju in kwistjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Jirriżulta, hekk kif ingħad fii-punt 59 ta' din is-sentenza, mill-Artikolu 136 tat-Test Uniku illi l-fatt li wieħed ikollu liċenzja jippermetti li tiġi teżerċita attività ta' sigurtà privata fit-territorju li għalih ingħatat biss.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa l-Prefett li għandu jevalwa jekk huwiex opportun li jingħataw liċenzji meta jittiehed in kunsiderazzjoni n-numru u d-daqs ta' l-imprizi li diga joperaw fit-territorju in kwistjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu restrizzjoni inġusti-fikata u sproporzjonata tal-libertà ta' stabbiliment u, mill-istess fatt tal-liċenzja, għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Minbarra dan, hija ssostni li l-Prefett, meta jevalwa r-riskju li jista jkun hemm għall-ordni pubbliku minhabba l-preżenza ta' numru eċċessiv ta' impriżi li jahdmu filqasam tas-sigurta privata fuq territorju partikolari, huwa johloq sitwazzjoni ta' inċertezza legali għall-operatur li ġej minn Stat Membru iehor, filwaqt li żżid illi minbarra dan ma tressqitx il-prova ta' theddida serja u reali għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11117"?><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni li tali restrizzjoni territorjali ma tmurx kontra l-Artikolu 43 KE u hija direttament marbuta ma l-evalwazzjoni dwar il-harsien ta' l-ordni pubbliku illi jikkondizzjona l-ħruġ tal-liċenzja mingħand il-Prefett. Din l-evalwazzjoni hija neċessarjanient ibbażata fuq ċirkustanzi ta' portata purament territorjali, bħal ma huwa l-għarfien tal-kriminalità organizzata fit-territorju partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija ssostni illi għandu jiġi mħares li l-impriżi ta' sigurtà privata ma jissostitwixxux l-awtorità pubblika.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ma tikkontestax illi l-limitu territorjali tal-liċenzja jikkostitwixxi restrizzjoni kemm għal-libertà ta' l-istabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punt 17 ta' din is-sentenza. Hija tinvoka prinċipalment, għad-difiża tagħha, il-ħarsien ta' l-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika, fejn tenfassiza, f dan ir-rigward, illi lattivitajiet ta' sugurta privata għandhom jiġu implementati mingħajr l-infiltrazzjoni ta' organizzazzjonijiet kriminali ta' natura lokali.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raġunijiet ta' ordni pubbliku invokati mir-Repubblika Taljana sabiex tiġġustifka tali restrizzjoni, u fir-rigward tal-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja kif imfakkara fil-punt 49 ta' din is-sentenza, jekk nippreżupponu li r-riskju ta' infiltrazzjoni ta' l-imsemmija organizzazzjonijiet jista' jiġi aċċettat, ir-Repubblika Taljana la ssostni u lanqas tistabbilixxi li s-sistema tal-liċenzji territorjali hija l-unika wahda adatta sabiex tneħħi dan ir-riskju u li tiggarantixxi ż-żamma ta' l-ordni pubbliku.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11118"?><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ma wrietx li huwa neċessarju, sabiex ma tiġix kompromessa limplementazzjoni ta' kontroll effettiv ta' attivitajiet ta' sigurtà privata, li tingħata awtorizzazzjoni għal kull żona provinċjali fejn impriza ta' Stat Membru ieħor għandha l-intenzjoni li tiżvolġi l-imsemmija attivitajiet fid-dawl tal-libertà ta' listabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, peress li huwa mfakkar illi, fihom infushom, dawn l-attivatijiet mhumiex ta' natura li joħolqu tfixkil ta' l-ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, miżuri anqas restrittivi minn dawk adottati mir-Repubblika Taljana, per eżempju li jsiru kontrolli amministrattivi regolari, kif ukoll il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn qabel mhux limitata territorjalment, jistgħu jassiguraw riżultati simili u jiggarantixxu l-kontroll ta' l-attivatijiet ta' sigurtà privata. Din l-awtorizzazzjoni tista' barra minn hekk tiġi sospiża jew titneħħa f'każ ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligi li għandhom l-impriżi ta' sigurtà privata jew jekk jikkawżaw tfixkil fl-ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-argument skond liema huwa meħtieġ li ma jiġix permess lil numru eċċessiv ta' impriżi barranin li jistabbilixxu ruħhom sabiex jeżerċitaw attivtitajiet ta' sigurtà privata jew li joffru s-servizzi tagħhom fis-suq Taljan ta' sigurtà privata sabiex l-imsemmija impriżi ma jihdux post l-awtorità pubblika, ma jistax jiġi aċċettat, finnuqqas b'mod partikolari ta' identità bejn l-attivitajiet in kwistjoni u dawk li jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika, kif intqal ukoll fuq dan fil-punt 40 ta' din issentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>B'konsegwenza, ir-restrizzjonijiet tal-libertà ta' stabbiliment u I-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni kkritikata mhumiex iġġustifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tielet ilment ibbażat fuq ksur ta' l-Artikoli 43 KE u 49 KE minħabba tterritorjalita tal-liċenzja huwa fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11119"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba' Iment ibbaiat fuq ksur ta' l-Artikolu 49 KE minhabba l-obbligu li jkun hemm sede ta' attività ekonomika f'kuli provinċja fejn l-attivitajiet ta' sigurtà privata huma eżerċitati</P></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-implementazzjoni tat-Test Uniku u mir-regoli ta' eżekuzzjoni li hemm l-obbligu, għall-impriżi ta' sigurtà privata, li jkollhom sede ta' l-attività ekonomika f kull waħda mill-provinċji li fihom huma għandhom l-intenzjoni li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-obbligu preċedenti huwa restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li mhuwiex iġġustifkat minħabba raġuni imperattiva ta' interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana, illi ma tikkontestax il-prassi tal-Prefett in kwistjoni kif ukoll ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi illi hija toħloq, issostni illi l-obbligu li jkun hemm tali sede ta' attività ekonomika jew ta' uffiċċji huwa intiż li jassigura, b'mod partikolari, livell ta' viċinanza raġonevoli bejn iż-żona ta' operazzjoni ta' l-għassiesa privati li hadu l-ġurament u l-eżerċizzju tar- responsab-biltà ta' tmexxija, ta' kmand u tal-kontroll ta' min għandu l-liċenzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar, qabel kollox, li hija ġurisprudenza kostanti li l-kundizzjoni skond liema impriża ta' għassa għandu jkollha s-sede ta' l-attività ekonomika tagħha<?PAGE NO="I-11120"?> fl-Istat Membru fejn jiġi pprovdut is-servizz tikser direttament il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fejn tagħmel impossibbli l-provvista, fl-imsemmi Stat, ta' servizzi minn persuni li jipprovdu servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, punt 27, kif ukoll tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Mhuwiex ikkontestat li l-prattika in kwistjoni f'din il-kawża tikkostitwixxi ostkolu, fil-prinċipju pprojbit, għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantiti mill-Artikolu 49 KE, kif minbarra dan tirrikonoxxi wkoll ir-Repubblika Taljana.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Issa, tali restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma tistax tkun iġġustifikata fin-nuqqas ta' risposta għar-rekwiżiti mfakkra fii-punt 18 ta' din is-sentenza, safejn il-kundizzjoni dwar is-sede ta' l-attività ekonomika ma tistax tiġi kkunsidrata neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq illi huwa li jiġi assigurat kontrol effettiv fuq l-attività ta' sigurtà privata.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kontroll ta' attivitajiet tas-sigurtà privata bl-ebda mod ma huwa kkondizzjonat mill-eżistenza ta' sede ta' attività ekonomika f'kull waħda mill-provinċji ta' l-imsemmi Stat li fihom l-impriżi għandhom l-intenzjoni li jwettqu lattivaijiet tagħhom skond il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sistema ta' awtorizzazzjoni u l-obbligi li jirriżultaw minn hekk, bla hsara, kif intqal fii-punt 62 ta' din is-sentenza, illi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġi rrispettati sabiex tinkiseb l-imsemmija awtorizzazzjoni ma jirrepetux il-kundizzjonijiet ekwivalenti li huma diġà ssodisfati minn min jipprovdi s-servizzi fuq il-fruntiera fl-Istat Membru ta' stabilliment, huma f'dan ir-rigward suffiċjenti sabiex jintlaħaq l-għan ta' kontroll ta' l-attività ta' sigurtà privata (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20040311">11 ta' Marzu 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-496/01" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2351">C-496/01, Ġabra p. I-2351, punt 71</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat għalhekk illi, meta obbligai lil min jipprovdi servizzi li jkollhom sede ta' attività ekonomika f'kull waħda mill-provinċji fejn jiġu eżerċitati l-attivitajiet ta' sigurtà privata, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11121"?><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-raba lment għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-hames ilment ibbażatfuq il-ksur ta' l-Artikolu 49 KE minhabba l-obbligu ta' awtorizzazzjoni tal-persunal ta' l-impriżi tas-sigurtà privata</P></TI></TITLE><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 138 tat-Test Uniku, l-eżerċizzju ta' l-attività ta' għassies privat li jieħu ġurament huwa suġġett għal ċertu numru ta' kundizzjonijiet Minbarra dan, il-ħatra ta' għassiesa privati għandha tiġi approvata mill-Prefett.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, li tiddaħħal din l-awtorizzazzjoni għall-persunal ta' l-impriżi ta' sigurtà privata stabbiliti fi Stati Membri oħrajn imur kontra l-Artikolu 49 KE safejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tiħux in kunsiderazzjoni l-kontrolli li għalihom kull għassies privat li ħa l-ġurament huwa suġġett fl-Istat Membru ta' origini.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana tiddikjara illi dan l-ilment jista jiġi eżaminat biss mill-angolu tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Minbarra dan, hija tafferma mill-ġdid id-difiża li hija diġà ppreżentat abbażi ta' l-Artikolu 55 KE dwar is-sehem tal-persuni interessati għall-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11122"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kundizzjoni skond liema l-membri talpersunal ta' impriża ta' sigurtà privata għandhom jiksbu awtorizzazzjoni speċifika ġdida fl-Istat Membru ospitanti tikkostitwixxi restrizzjoni li mhijiex iġġustifikata għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' din l-impriża skond l-Artikolu 49 KE, safejn hija ma tiħux kunsiderazzjoni tal-kontrolli u l-verifiki diġà effettwati fl-Istat Membru ta' origini (sentenzi ċċitati iktar 'il fuq, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, punt 66, IIKummissjoni vs L-Olanda, punt 30, u tas-<DATE ISO="20060126">26 ta' Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Madankollu, dan huwa l-każ fir-rigward tat-Test Uniku. Għalhekk, safejn largument tar-Repubblika Taljana dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 55 KE mhuwiex rilevanti, kif intwera qabel, il-ħames ilment huwa wkoll fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq is-sitt ilment ibbażat fuq ksur ta' l-Artikoli 43 KE u 49 KE minhabba l-ijfissar tal-kundizzjonijiet dwar in-numru ta' impiegati</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, l-Artikolu 257 tar-regoli ta' eżekuzzjoni jipprovdi l-kundizzjoni ta' numru ta' impjegati minimu u/jew massimu ta' għassiesa privati li hadu l-ġurament għal kuli impriża ta' sigurtà privata.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tirreferi għat-tliet awtorizzazzjonijiet Prefettorali, mogħtija mill-Prefetti ta' provinċji differenti, li jsemmu n-numru ta' għassiesa impjegati minn impriżi ta' sigurtà privata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11123"?><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Hija tqis illi restrizzjoni iebsa ħafna hija ta' piż fuq il-ġestjoni ta' l-impriżi tas- sigurtà privata, safejn minn naha, in-numru eżatt ta' impjegati f'kull sede provinċjali huwa element indispensabbli ta' l-applikazzjoni għal liċenzja u, fejn, min-naħa l-oħra, ittibdil kollu fin-numru ta' impjegati għandu jiġi awtorizzat mill-Prefett. Tali restrizzjoni tikkostitwixxi ostakolu inġustifikat u sproporzjonat kemm għall-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni li l-uniku obbligu magħmul mit-testi huwa dwar il-ħtieġa li tiġi kkomunikata lill-Prefett il-kompożizzjoni ta' l-impjegati, sabiex l-awtorità tas-sigurtà pubblika tkun tista tiġi infurmata bin-numru ta' persuni armati li jipprovdu servizzi fit-territorju partikolari, u dan bil-għan li jitwettqu l-kontrolli meħtieġa.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Hija żżid illi l-awtorizzazzjonijiet Prefettorali, ippreżentati bħala eżempji mill-Kummissjoni, jieħdu in kunsiderazzjoni biss in-numru ta' impjegati ddikjarati minn min huwa responsabbli mill-impriża ta' sigurtà privata stess u ma jimponux, minnhom infushom, xi obbligu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Huwa paċifiku illi, skond l-Artikolu 257 tar-regoli ta' eżekuzzjoni, kull varjazzjoni jew tibdil fl-operazzjoni ta' l-impriża, b'mod partikolari tibdil fin-numru ta' għassiesa impjegati, għandha tittressaq għall-għarfien tal-Prefett u għandha tiġi awtorizzata minnu. L-awtorizzazzjoni Prefettorali meħtieġa għall-eżerċizzju ta' l-attivitajiet ta sigurtà privata hija b'hekk mogħtija, b'mod partikolari, fir-rigward tai-lista ta' impjegati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11124"?><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Tali rekwiżit jista indirettament iwassal li jiġu pprojbiti żieda jew tnaqqis tan-numru ta' persuni impjegati mill-impriżi ta' sigurtà privata.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Dan huwa ta' natura li jaffettwa l-aċċess ta' operaturi barranin fis-suq Taljan misservizzi ta' sigurtà privata. Fil-fatt rigward il-limitazzjonijiet li saru hawn għas-setgħat ta' organizzazzjoni u ta' tmexxija ta' l-operatur ekonomiku u l-konsegwenzi tagħhom f'termini ta' spejjeż, l-impriżi ta' sigurtà privata barranin jistgħu jiġu dissważi milli jistabbilixxu stabbilimenti sekondarji jew fergħat fl-Italja jew li joffru s-servizzi tagħhom fis-suq Taljan.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-motiv imqajjem mir-Repubblika Taljana sabiex jiġġustifika l-ostakolu għal-libertajiet iggarantiti mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, għandu jiġi kkonstatat li l-obbligu li jkun suġġett għal awtorizzazzjoni prefettorali kull tibdil floperat ta' l-impriża, ma jistax mill-ewwel jiġi kkunsidrat bħala mhux xieraq sabiex jintlaħaq l-għan ta' effettività tal-kontroll ta' l-attivitajiet ikkonċernati assenjat lilhom (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Repubblika Taljana ma ressqitx il-prova b'mod suffiċjenti skond iddritt li l-kontroll ta' l-iffissar tan-numru ta' impjegati meħtieġ mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sitt ilment għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11125"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq is-seba' Iment ibbaiat fuq il-ksur ta' l-Artikoli 43 KE u 49 KE minhabba l-obbligu li tiġi ppreżentata garamija fil-bank ta' depoziti u ta' self.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 137 tat-Test Uniku, l-impriżi ta' sigurtà privata għandhom jippreżentaw garanzija fil-bank ta' depoziti u self li l-ammont tagħha huwa stabbilit mill-Prefett, fit-taqsima tat-teżor provinċjali ta' l-Istat favur il-bank ta' depoziti u ta' self f kull waħda mill-provinċji fejn huma awtorizzati li jeżerċitaw l-attivtajiet tagħhom. Din il-garanzija għandha tippermetti li jiġi assigurat il-ħlas ta' eventwali sanzjonijiet amministrattivi fil-każ ta' inosservanza tal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-liċenzja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, din il-kundizzjoni timponi piż ekonomiku addizzjonali fuq l-impriżi li m'għandhomx is-sede prinċipali tagħhom fl-Italja, safejn il-liġi Taljana ma tieħux in kunsiderazzjoni l-obbligu identiku li jista' diġà jeżisti fl-Istat Membru ta' origini.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana tosserva illi peress li I-attività ta' għassies privat ma kinitx suġġetta għal armonizzazzjoni Komunitarja, tista tiġi kkunsidrata każ b'każ biss, il-possibbiltà li l-impriża stabbilita fi Stat Membru setgħet diġà ppreżentat, fl-Istat Membru ta' origini, garanziji suffiċjenti ma istituzzjonijiet finanzjarji analogi għall-bank Taljan ta' depoziti u ta' self.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11126"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet fil-qasam tas-sigurtà privata, illi l-obbligu li wieħed jiddepożita garanzija ma' bank ta' depoziti u ta' self jista' jfixkel jew jirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment u dak tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE, safejn dan jagħmel l-għoti talprovvista ta' servizzi jew il-kostituzzjoni ta' impriża sussidjarja jew stabbiliment sekondarju iktar oneruż għall-intrapriżi ta' sigurtà privata stabbiliti fi Stati Membri oħra milli għal dawk stabbiliti fl-Istat Membru ta' destinazzjoni (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20060126">26 ta' Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Għandu jiġi rilevat illi, f'dan il-każ, l-obbligu li tiġi ddepożitata garanzija għandha tiġi ripetuta f'kull provinċja fejn l-impriża tixtieq teżerċita l-attivitajiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Ostakolu bħal dan jista' jiġi ġġustifikat biss safejn l-interess ġenerali invokat, jiġifieri li jkun hemm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet Taljani ammonti li jiggarantixxu l-eżekuzzjoni ta' l-obbligi koliha ta' dritt pubbliku li hemm fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, mhuwiex ukoll imħares mir-regoli li għalihom min jipprovdi s-servizz ikun suġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-leġiżlazzjoni Taljana in kwistjoni tirrikjedi d-depożitu ta' garanziji mingħajr ma tieħu kunsiderazzjoni ta' garanzija li hija possibbilment diġà kkostitwita fl-Istat Membru ta' origini.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11127"?><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Madankollu, jirriżulta mill-osservazzjonijiet tar-Repubblika Taljana illi l-awtoritajiet prefettorali kompetenti jieħdu in konsiderazzjoni, fil-prassi tagħhom, il-garanziji ddepożitati f'organizzazzjonijiet finanzjarji ta' l-Istati Membri l-ohra li huma analogi għal dawk tal-bank ta' depozitu u ta' self.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>B'din il-prassi, ir-Repubblika Taljana tirrikonoxxi, hija stess, illi d-depożitu ta' garanzija ġdida f kull wahda mill-pro vinċji fejn l-operatur, li ġej minn Stati Membri oħrajn, għandu l-intenzjoni li jeżerċita l-attivtitajiet tiegħu skond il-libertà ta' listabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi mhuwiex neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>F'dawn il-kundizzjonijiet, is-seba lment huwa fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tmien ilment ibbażatfuq il-ksur ta' l-Artikolu 49 KE minhabba l-impożizzjoni ta' kontroll amministrattiv tal-prezzijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 257 tar-regoli ta' eżekuzzjoni, il-Prefett huwa inkarigat li japprova t-tariffi applikati mill-impriżi għal kull provvista ta' sigurtà privata. Kull tibdil ta' dawn it-tariffi għandu jiġi awtorizzat fl-istess kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Barra minn hekk jirriżulta miċ-ċirkulari Nru 559/C. 4770.10089. D tat-<DATE ISO="19991108">8 ta Novembru 1999</DATE> illi l-Prefetti jistabbilixxu tariffa legali għal kull tip ta' servizz kif ukoll rata ta' varjazzjoni għal kull wiehed, li hija espressa f perċentwali, fil-limiti li fihom kuli impriża hija hielsa li tagħżel it-tariffa tagħha stess għal kull servizz.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11128"?><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Il-Prefetti għandhom jassiguraw ruħhom illi t-tariffi proposti huma konformi ma' dan il-marġni qabel ma japprovawhom. Jekk dan il-marġni ma jiġix irrispettat, dawk li huma responsabbli mill-impriżi għandhom jiġġustifkaw l-iffissar ta' dawn it-tariffi mhux konformi, sabiex il-Prefetti jkunu jistgħu jiwerifikaw jekk l-impriżi jistgħux jaħdmu fuq din il-bażi. Jekk din l-aħħar kundizzjoni ma tistax tiġi stabbilita b'ċertezza, it-tariffi mhumiex approvati u, konsegwentement, il-liċenzja ma tkunx tista' tinħareġ.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis illi din il-leġiżlazzjoni mhijiex kompatibbli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. B'kunsiderazzjoni tal-kontroll tal-prezzijiet hekk applikati, it-tariffi applikati fl-Italja jimpedixxu lil min jipprovdi servizzi li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor li jippreżenta ruħhu fis-suq Taljan jew li joffri s-servizzi tiegħu għal prezzijiet iktar vantaġġużi minn dawk ipprattikati mill-kompetituri tiegħu fl-Italja jew, fl-aħħar nett, li jipproponi servizzi iktar għolja iżda b'valur miżjud għoli, jiġifieri servizzi li għalhekk ikunu iktar kompetittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxi miżura ta' natura li tostakola l-aċċess għas-suq tas-servizzi ta' sigurtà privata billi timpedixxi kompetizzjoni effettiva permezz tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni illi l-leġiżlazzjoni in kwistjoni hija ġġustifikata minħabba l-ħtieġa li tiġi evitata l-prowista ta' servizzi għal prezzijiet eċċessivament baxxi, li jwassal inevitabbilment għal tnaqqis tal-kwalità tas-servizz ta' natura li jikkomprometti, b'mod partikolari, il-ħarsien ta' l-interessi fundamentali relatati mas-sigurtà pubblika.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11129"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza kostanti li l-Artikolu 49 KE jipprekludi l-applikazzjoni ta' kull leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li tagħmel il-prowista ta' servizzi bejn l-Istati Membri iktar diffiċli mill-għoti ta' servizzi purament interni fi Stat Membru (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 70).</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-tariffi minimi obbligatorji, il-Qorti tal-Ġustizzja diġa ddeċidiet li leġiżlazzjoni li tipprojbixxi b'mod assolut li ssir deroga, permezz ta' ftehim, għall-onorarji minimi ffissati b'tariffa ta' l-onorarji ta' avukat għall-prestazzjonijiet li huma, minn naħa, ta' natura ġuridika u, min-naħa l-oħra, irriżervati għall-avukati tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikolu 49 KE (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20061205">5 ta' Diċembru 2006</DATE>, Cipolla <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/04+C-202/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11421">C-94/04 u C-202/04, Ġabra p. I-11421, punt 70</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il fuq, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>F'din il-kawża, iċ-ċirkolari Nru 559/C. 4770.10089. D, imsemmija fil-punt 117 ta' din is-sentenza tagħti lill-Prefetti setgħa deċiżjonali li tirrigwarda l-iffissar ta' tariffa ta' referenza u l-approvazzjoni tat-tariffi proposti mill-operaturi, peress li n-nuqqas ta' approvazzjoni tat-tariffi proposti hija ta' ostakolu għall-ħruġ tal-liċenzja.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Il-limitazzjoni hekk magħmula għal-libertà ta' iffissar tat-tariffi hija ta' natura li tirrestrinġi l-aċċess għas-suq Taljan ta' servizzi ta' sigurtà privata ta' operaturi, stabbliti fi Stati Membri oħrajn, li jixtiequ joffru s-servizzi tagħhom f'dan l-Istat. Filfatt, l-imsemmija limitazzjoni għandha, minn naħa, bħala effett li ċċaħħad l-imsemmija operaturi mill-possibbiltà li joħolqu, billi joffru tariffi inferjuri għal dawk iffissati mit-tariffa imposta, kompetizzjoni iktar effettiva lill-operaturi ekonomiċi stabbiliti b'mod stabbli fl-Italja u li għandhom, minħabba f'hekk, faċilitajiet akbar mill-operaturi ekonomici stabbilti barra mill-pajjiż sabiex jibnu klijentela (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar 'il<?PAGE NO="I-11130"?> fuq, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata). Min-naħa l-oħra, din l-istess limitazzjoni hija tali li timpedixxi lill-operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn li jintegraw fit-tariffa tal-prestazzjonijiet tagħhom ċerti spejjeż li l-operaturi stabbiliti fl-Italja m'għand-homx.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-marġni ta' varjazzjoni mogħtija lill-operaturi mhijiex ta' natura li tikkumpensa l-effetti tal-limitazzjoni hekk magħmula fuq il-libertà ta' l-iffissar tattariffi.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Għalhekk huwa ċar li hemm restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif iggarantita mill-Artikolu 49 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-motivi mressqa mir-Repubblika Taljana sabiex tiġġustifika din ir-restrizzjoni, dan l-Istat Membru ma pprovdiex elementi ta' natura li juru lkonsegwenzi pożittivi ta' sistema ta' iffissar tal-prezzijiet kemm fuq il-kwalità tasservizzi pprovduti lill-konsumaturi kif ukoll fuq is-sigurtà pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>F'dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi konkluż illi t-tmien ilment huwa fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal, għandu jiġi kkonstatat li, billi pprovdiet, fil-kuntest tat-Test Uniku li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-attività ta' għassies privat tista' tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta' fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq lobbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;</P></ITEM><?PAGE NO="I-11131"?><ITEM><P>l-attività ta' għassies privat tista' tigi eżercitata biss minn persuni li jipprovdu servizzi stabbiliti fi Stati Membru ieħor fuq l-għoti ta' awtorizzazzjoni tal-Prefett ta' validità territorjali, mingħajr ma tittieħed kunsiderazzjoni ta' l-obbligi li għalihom dawn il-persuni li jipprovdu s-servizzi huma diġà suġġetti fl-Istat Membru ta' origini, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validità territorjali u li l-għoti tagħha hija suggetta ghat-teħid in kunsiderazzjoni tan-numru u d-daqs ta' l-impriżi ta' sigurtà privata li diġà jahdmu fit-territorju in kwistjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-impriżi ta' sigurtà privata għandhom ikollhom is-sede ta' l-attività ekonomika tagħhom f'kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-persunal ta' l-impriżi għandu jkun individwalment awtorizzat sabiex jeżerċita l-attività ta' sigurtà privata, mingħajr ma jitqiesu l-kontroll u l-verifiki diġà effettwati fl-Istat Membru ta' origini, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-impriżi ta' sigurtà privata ghandhom ikollhom numru ta' impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-istess impriżi għandhom jiddepożitaw garanzija fil-bank ta' depożiti u ta' self, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE, u</P></ITEM><?PAGE NO="I-11132"?><ITEM><P>l-prezzijiet tas-servizzi ta' sigurtà privata huma stabbiliti b' awtorizzazzjoni tal-Prefett skond marġni ta' varjazzjoni stabbilit bil-quddiem, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li ir-Repubblika Taljana tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Meta pprovdiet, fil-kuntest tat-Test Uniku tal-Liġijiet dwar is-Sigurtà Pubblika (Testo unico delle leggi di pubblica sicurezza), approvai bid-Digriet Irjali Nru 773, tat-<DATE ISO="19310618">18 ta' Ġunju 1931</DATE>, kif emendai, li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-attività ta' għassies privat tista' tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta' fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-attività ta' għassies privat tista' tigi eżercitata biss minn persuni li jipprovdu servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fuq l-għoti ta'<?PAGE NO="I-11133"?> awtorizzazzjoni tal-Prefett ta' validita territorjali, mingħajr ma jitqiesu l-obbligi li għalihom dawn il-persuni li jipprovdu s-servizzi huma diġà suġġetti fl-Istat Membru ta' oriġini, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validità territorjali u li l-għoti tagħha hija suggetta ghat-teħid in kunsiderazzjoni tan-numru u d-daqs ta' l-impriżi ta' sigurtà privata li diġà jaħdmu fit-territorju in kwistjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-impriżi ta' sigurtà privata għandhom ikollhom is-sede ta' l-attività ekonomika tagħhom f'kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-persunal ta' l-impriżi għandu jkun awtorizzat individwalment sabiex jeżerċita l-attività ta' sigurtà privata, mingħajr ma jitqiesu l-kontroll u lverifiki diġà effettwati fl-Istat Membru ta' oriġini, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-impriżi ta' sigurtà privata ghandhom ikollhom numru ta' impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-istess impriżi għandhom jiddepożitaw garanzija fil-bank ta' depożiti u ta' self, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE, u</P></ITEM><?PAGE NO="I-11134"?><ITEM><P>l-prezzijiet tas-servizzi ta' sigurtà privata huma stabbiliti skond lawtorizzazzjoni tal-Prefett skond marġni ta' varjazzjoni stabbilit bilquddiem, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż,</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>