Official Journal L 310 , 26/10/1989 P. 0049 - 0049
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0167
IR-REGOLAMENT TAL- KUNSILL (KEE) Nru 3172/89 tas-16 ta' Ottubru, 1989 dwar l- applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu li temenda, minħabba d-dħul ta' Spanja u l-Portugall fil-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw' u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 ta' dan, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2573/87 tal-11 ta' Awissu, 1987 li jistabbilixxi l-arranġamenti għal kummerċ bejn Spanja u l-Portugall minn naħa waħda u l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu, it-Tuneżija u t-Turkija minn naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 7 tad-Deċċiżjoni 87/456/KEFA tar-rappreżentattanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tal-11 ta' Awissu, 1987, li jistabbilixxi l-arranġamenti dwar il-kummerċ bejn Spanja u l-Portugall minn naħa waħda u l-Alġerija, l-Eġittu, il- Ġordan, il-Libanu, it-Tuneżija u t-Turkija minn naħa l-oħra fi prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat tal- KEFA (2) jgħid li t-tibdiliet meħtieġa għar-regoli ta' oriġini adottati mill-Kunsilli ta' Koperazzjoni wara l-adeżjoni ta' Spanja u l- Portugall għandhom japplikaw għall-prodotti li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni msemmija; Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 25 tal-Protokoll Nru 2 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw' u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, li tifforma parti integrali mill-Ftehim hawn fuq imsemmi, il-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu adotta d-Deċiżjoni Nru 2/89 li temenda l-imsemmi Protokoll biex jingħata kas ta' l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall fil-Komunitajiet Ewropej; Billi huwa meħtieġ li din id-Deċisjoni trid tkun applikata fil-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru 2/89 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni bejn il-KEE u l-Eġittu għandha tapplika fil-Komunità. It-test tad-Deċiżjoni huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum meta jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huwa għandu japplika b'effett mill-1 ta' Settembru, 1987. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta' Ottubru, 1989. Għall-Kunsill Il-President M. DELEBARRE (1) ĠU L 250, ta' l-1.9.1987, p. 1. (2) ĠU L 250, ta' l-1.9.1987, p. 112.