European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1781

17.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/1781

tal-14 ta’ Lulju 2026

dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/2/2026)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fil-5 ta’ Ġunju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1161 (2), li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u testendi l-mandat tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2025 sal-14 ta’ Ġunju 2027.

(3)

Fit-13 ta’ Mejju 2026, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/1178 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Giovanni Pietro BARBANO bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2026 sal-25 ta’ Ġunju 2026.

(4)

Fit-8 ta’ Lulju 2026, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Antero Alfarela OLIVEIRA LOPES bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-EULEX KOSOVO mill-10 ta’ Awwissu 2026 sal-14 ta’ Ġunju 2027.

(5)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sur Antero Alfarela OLIVEIRA LOPES bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-EULEX KOSOVO mill-10 ta’ Awwissu 2026 sal-14 ta’ Ġunju 2027,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Antero Alfarela OLIVEIRA LOPES huwa maħtur bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) mill-10 ta’ Awwissu 2026 sal-14 ta’ Ġunju 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-14 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

L. MANDEL VENSILD


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)   ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/124/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1161 tal-5 ta’ Ġunju 2025 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L, 2025/1161, 6.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1161/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/1178 tat-13 ta’ Mejju 2026 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2026) (ĠU L, 2026/1178, 29.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1178/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1781/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)