<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-150/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0150</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:268">EU:C:2022:268</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawża C‑150/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty (Qorti li għandha l-kompetenza f’materji kriminali)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is‑Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent reċiproku</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(a)(ii)</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja mogħtija minn awtorità amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tista’ tiġi appellata quddiem prosekutur suġġett għall-istruzzjonijiet tal-Ministru għall-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Rikors ulterjuri quddiem qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑150/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Qorti Distrettwali ta’ Łódź, Ċentru tal-Belt ta’ Łódź, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20210223">23 ta’ Frar 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20210305">5 ta’ Marzu 2021</DATE>, fil-proċedura dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ piena pekunjarja imposta fuq</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">D. B.,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn J. Passer, President tal-Awla, N. Wahl u M. L. Arastey Sahún (Relatriċi), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Emiliou,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Prokuratura Rejonowa Łódź-Bałuty, minn J. Szubert, prokurator regionalny w Łodzi,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u P. Huurnink, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wasmeier u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal‑<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159M" PAGE.FIRST="256" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 159M, p. 256</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni Qafas 2005/214<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija mis-Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Justitie en Veiligheid (l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Rkupru Ġudizzjarju, il-Ministeru għall-Ġustizzja u għas-Sigurtà, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>CJIB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) sabiex jikseb ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, fil-Polonja, ta’ sanzjoni pekunjarja imposta fuq D. B. fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba ksur tar-regoli li jirregolaw it-traffiku stradali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ penali finanzjarja minn persuna fiżika jew ġuridika fejn id-deċiżjoni ttieħdet minn:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ reat kriminali skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ atti li huma kastigabbli skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti billi jikkostitwixxu ksur tal-liġi, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>penali finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser l-obbligu ta’ ħlas ta’:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>somma ta’ flus imposta b’deċiżjoni wara kundanna fuq reat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Drittijiet fondamentali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din id-Deċiżjoni Kwadru ma għandhiex ikollha l-effett li temenda l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fondamentali u tal-prinċipji legali fondamentali kif professati fl-Artikolu 6 tat-Trattat [UE].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Trasmissjoni ta’ deċiżjonijiet u rikors għall-awtorità ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Deċiżjoni, flimkien ma’ ċertifikat kif previst f’dan l-Artikolu, jista’ jiġi trasmess lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li fih għandha l-proprjetà jew id-dħul il-persuna fiżika jew ġuridika, li kontriha ttieħdet deċiżjoni, hija normalment residenti jew, fil-każ ta’ persuna ġuridika, għandha l-uffiċċju reġistrata tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-ambitu ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ir-reati li ġejjin, jekk huma kastigabbli fl-Istat emittenti u kif inhuma definiti mill-liġi ta’ l-Istat emittenti, għandhom, skond l-istipulazzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru u mingħajr verifikazzjoni tal-kriminalità doppja ta’ l-att, jagħtu lok għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>kondotta li tikser ir-regolamenti tat-traffiku tat-triq, inklużi l-ksur tar-regolamenti dwar il-ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ u tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża,</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Rikonoxximent u esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jirrikonoxxu deċiżjoni li ġiet trasmessa skond l-Artikolu 4 mingħajr ma tkun neċessarja kwalunkwe formalità oħra u għandhom minnufiħ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-esekuzzjoni tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ esekuzzjoni previsti fl-Artikolu 7.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 7 ta’ din id-deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u nuqqas ta’ esekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ wkoll tirrifjuta li tirrikonoxxi u li tesegwixxi d-deċiżjoni jekk jiġi stabbilit li:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, il-persuna konċernata, fil-każ ta’ proċedura bil-miktub, ma kinitx, skond il-liġi tal-Istat emittenti, infurmata personalment jew permezz ta’ rappreżentant, kompetenti skond il-liġi nazzjonali, bid-dritt tagħha li tikkontesta l-każ u bil-limiti ta’ żmien għal tali rimedju legali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2(c), (g), (i) u (j), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma tesegwix deċiżjoni, kompletament jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz adatt, u għandha, fejn ikun opportun, titlobha biex tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(3) tal-istess deċiżjoni qafas jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kull Stat Membru jista’ jopponi r-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fejn iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 4 jagħti lok għal kwistjoni dwar il-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet fondamentali jew tal-prinċipji legali fondamentali kif professati fl-Artikolu 6 tat-Trattat. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(3) għandha tapplika.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 611ff(1) tal-ustawa – Kodeks postępowania karnego (il-Liġi li Tistabbilixxi l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), tas‑<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE>, (verżjoni kkonsolidata Dz. U. tal‑2020, pożizzjoni 30), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Meta Stat Membru tal-Unjoni, imsejjaħ f’dan il-kapitolu bħala l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> jitlob l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni finali li timponi penali finanzjarji, il-qorti distrettwali li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-awtur tal-ksur għandu beni jew dħul, jew ir-residenza permanenti jew temporanja tiegħu għandha timplimenta dik id-deċiżjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, iċ-CJIB adixxa lill-qorti tar-rinviju, jiġifieri s-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Qorti Distrettwali ta’ Łódź, Ċentru tal-Belt ta’ Łódź, il-Polonja), b’talba għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tiegħu tas‑<DATE ISO="20200117">17 ta’ Jannar 2020</DATE>, li saret definittiva fit‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>, li imponiet fuq D. B. multa ta’ EUR 92 minħabba ksur tar-regoli li jirregolaw it-traffiku stradali, jiġifieri l-qbiż tal-veloċità awtorizzata, imwettaq fil‑<DATE ISO="20200105">5 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20201106">6 ta’ Novembru 2020</DATE>, il-qorti tar-rinviju għamlet xi mistoqsijiet liċ-CJIB dwar ir-rikors previst fil-leġiżlazzjoni Olandiża kontra tali deċiżjoni kif ukoll l-istatus tal-awtorità li teżamina dan ir-rikors. Din il-qorti rċeviet it-tweġiba taċ-CJIB fit‑<DATE ISO="20210222">22 ta’ Frar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>D. B. ma attenda l-ebda waħda mis-seduti stabbiliti mill-qorti tar-rinviju, fis‑6 ta’ Novembru u fit‑<DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE>, kif ukoll fit‑<DATE ISO="20210223">23 ta’ Frar 2021</DATE>. D. B. lanqas ma ppreżenta nota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li, konformement mal-leġiżlazzjoni Olandiża, il-multa imposta miċ-CJIB tista’ tiġi kkontestata quddiem prosekutur pubbliku, fil-Pajjiżi l-Baxxi, f’terminu ta’ sitt ġimgħat. Fil-każ fejn dan il-prosekutur pubbliku ma jkunx jaqbel mal-pożizzjoni tal-persuna kkonċernata, din ikollha d-dritt li tippreżenta rikors quddiem kantonrechter (il-Qorti Kantonali, il-Pajjiżi l-Baxxi). Madankollu, fil-każ fejn il-kawża tirrigwarda multa ta’ ammont ugwali għal jew ogħla minn EUR 225, l-eżami tal-kawża minn tali qorti huwa suġġett għall-ħlas ta’ garanzija ta’ ammont ekwivalenti għall-multa imposta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-kwistjoni jekk prosekutur pubbliku, fis-sens tal-leġiżlazzjoni Olandiża, jistax jiġi rrikonoxxut bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tar-rinviju hija tal-opinjoni li, fid-dawl tal-Artikolu 3 tal-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, kif ukoll tal-Artikolu 6 TUE fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(a)(ii) ta’ din id-deċiżjoni qafas għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, u l-interpretazzjoni tagħha adottata fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Issa, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex tiġi ppreżervata n-natura ekwa tal-proċedura, kawża għandha tiġi eżaminata minn qorti imparzjali li ma tkunx suġġetta għall-poter eżekuttiv (sentenzi tal-Qorti EDB, tat‑<DATE ISO="19810623">23 ta’ Ġunju 1981</DATE>, Le Compte, Van Leuven u De Meyer vs Il‑Belġju, CE:ECHR:1981:0623JUD000687875, kif ukoll tal-Qorti EDB, tad‑<DATE ISO="19880429">29 ta’ April 1988</DATE>, Belilos vs L‑Isvizzera, CE:ECHR:1988:0429JUD001032883). Barra minn hekk, huwa essenzjali, f’dan ir-rigward, li ma jkunx hemm ostakoli fiskali jew ġuridiċi eċċessivi li jistgħu jikkompromettu l-aċċess għal tali qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, imsemmi fl-Artikolu 1(a)(iii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, sabiex jiġi evalwat jekk organu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għandux in-natura ta’ tali qorti, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni numru ta’ elementi, bħall-oriġini legali ta’ dan l-organu, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-kompetenza tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura, l-applikazzjoni, mill-organu, tad-dispożizzjonijiet legali, kif ukoll tal-indipendenza tiegħu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna r-rekwiżit tal-indipendenza tal-qrati, dan għandu żewġ aspetti. L-ewwel aspett, ta’ natura esterna, jeħtieġ li l-qorti kkonċernata teżerċita l-funzjonijiet tagħha b’awtonomija sħiħa, mingħajr ma tkun suġġetta għal xi rabta ġerarkika jew suġġetta għal xi ħadd u mingħajr ma tirċievi ordnijiet jew istruzzjonijiet minn kwalunkwe sors, b’tali mod li b’hekk tkun protetta kontra l-interventi jew il-pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza tal-ġudizzju tal-membri tagħha u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tieni aspett, ta’ natura interna, jingħaqad mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>imparzjalità<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u jirrigwarda d-distanza ugwali mill-partijiet fit-tilwima u l-interessi rispettivi tagħhom fir-rigward tas-suġġett tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod iktar partikolari, fuq il-punt dwar jekk prosekutur pubbliku nazzjonali jistax jiġi rrikonoxxut bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299. Hija eskludiet tali possibbiltà fil-każ fejn l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta’<?PAGE NO="6"?> Stat Membru jkun espost għar-riskju li jiġi suġġett, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal istruzzjonijiet individwali min-naħa tal-poter eżekuttiv, bħal Ministru għall-Ġustizzja, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Uffiċċju tal-prosekutur ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>deċiżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, deċiżjoni ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew meħuda minn uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru, sakemm l-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew ikun is-suġġett, b’mod obbligatorju, ta’ approvazzjoni minn qorti li tistħarreġ b’mod indipendenti u oġġettiv, il-kundizzjonijiet tal-ħruġ kif ukoll il-proporzjonalità ta’ dan l-istess mandat ta’ arrest (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>NJ (L-uffiċċju tal-prosekutur ta’ Vjenna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑489/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:849">EU:C:2019:849</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hija tal-opinjoni li, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza u tal-pożizzjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fl-ordinament ġuridiku Olandiż, dan ma jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(a)(ii) u (iii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tenfasizza l-importanza tal-possibbiltà, prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet, li titressaq il-kawża quddiem qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali fil-każijiet fejn id-deċiżjoni li tikkonstata l-ħtija tal-persuna kkonċernata u li timponi s-sanzjoni tkun kompletament awtomatizzata, l-awtorità nazzjonali li tadotta din id-deċiżjoni sempliċement tivverifika d-data tal-proprjetarju tal-vettura u tittrażmetti lil din il-persuna d-dokument iġġenerat mis-sistema informatika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi li tipprovdi li, meta l-prosekutur pubbliku ma jilqax ir-rikors ippreżentat mill-persuna kkonċernata kontra d-deċiżjoni taċ-CJIB, rikors jista’ sussegwentement jiġi ppreżentat quddiem kantonrechter (il-Qorti Kantonali), hija ma tistax tissodisfa r-rekwiżit previst fl-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, li jgħid li d-deċiżjoni ta’ awtorità tal-Istat emittenti li ma hijiex qorti għandha tkun tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors ippreżentat quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-deċiżjoni qafas tipprevedi l-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors direttament quddiem qorti, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġu eżawriti, fl-ewwel lok, kull rimedju proċedurali ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-aċċess għal qorti kompetenti b’mod partikolari f’materji kriminali, fis-sens tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, ma għandux ikun suġġett għal kundizzjonijiet li jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li, skont il-leġiżlazzjoni Olandiża, fil-każ fejn il-multa imposta hija ta’ ammont ogħla jew ekwivalenti għal EUR 225, l-eżami tar-rikors minn qorti huwa suġġett għall-ħlas mill-persuna kkonċernata ta’ garanzija ekwivalenti għal dan l-ammont. Issa, din il-modalità proċedurali tista’ tikkostitwixxi ostakolu li jiddisswadi ċittadin ta’ Stat Membru milli jippreżenta rikors fl-Istat Membru emittenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Qorti Distrettwali ta’ Łódź, Ċentru tal-Belt ta’ Łódź) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>Deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja meħuda mill-awtorità amministrattiva ċentrali tal-Pajjiżi l-Baxxi stabbilita abbażi tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas [2005/214], li tista’ tiġi appellata quddiem l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, tissodisfa l-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>deċiżjoni li minnha jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem qorti li għandha l-kompetenza f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kriterju li deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja għandha tkun suġġetta għal appell quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>qorti li għandha l-kompetenza f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> għandu jitqies li huwa ssodisfatt f’sitwazzjoni fejn appell quddiem qorti [kantonali] jkun possibbli biss fi stadju ulterjuri tal-proċedura, jiġifieri wara li dan jiġi miċħud mill-prosekutur, u barra minn hekk, f’xi każijiet, ikun meħtieġ ħlas ekwivalenti għas-sanzjoni imposta?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, l-ewwel, jekk l-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 għandux jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni li timponi, b’mod definittiv, sanzjoni pekunjarja fuq persuna fiżika, meħuda minn awtorità tal-Istat Membru emittenti, li ma hijiex qorti, minħabba reat kriminali fir-rigward tad-dritt ta’ dan l-Istat Membru, tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru jipprevedi li r-rikors kontra din id-deċiżjoni hija, fl-ewwel lok, eżaminata minn prosekutur pubbliku taħt l-awtorità ġerarkika tal-Ministru għall-Ġustizzja, qorti li għandha kompetenza b’mod partikolari f’materji kriminali li sussegwentement jistgħu jiġu aditi mill-persuna kkonċernata jekk dan il-prosekutur pubbliku jadotta deċiżjoni li tiċħad dan l-appell. It-tieni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-persuna kkonċernata kellha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru emittenti, meta l-multa imposta tkun ta’ ammont ogħla jew ugwali għal EUR 225, l-eżami tar-rikors minn qorti huwa suġġett għall-ħlas minn din il-persuna kkonċernata ta’ garanzija ekwivalenti għal dan l-ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, konformement mat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, jagħtu lok għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, għall-kundizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt, il-ksur ta’ kondotta li jmur kontra r-regoli li jirregolaw it-traffiku stradali, jekk dawn ikunu punibbli fl-Istat Membru emittenti, kif iddefiniti fid-dritt ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ penali finanzjarja minn persuna fiżika jew ġuridika fejn id-deċiżjoni ttieħdet minn awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ reat kriminali skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1(a)(iii) ta’ din id-deċiżjoni qafas, tikkostitwixxi wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ penali finanzjarja minn persuna fiżika jew ġuridika fejn id-deċiżjoni ttieħdet minn awtorità ta’ l-Istat emittenti li ma tkunx qorti, fir-rigward ta’ atti li huma kastigabbli skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti billi jikkostitwixxu ksur tal-liġi, sakemm il-persuna konċernata kellha l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, miċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, flimkien mad-deċiżjoni taċ-CJIB li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali, D. B. ġie impost multa minħabba reat kriminali fir-rigward tad-dritt tal-Istat Membru emittenti, jiġifieri ksur tar-regoli li jirregolaw it-traffiku stradali, kif inhuma ddefiniti fih mid-dritt tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm, f’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa l-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 u mhux l-Artikolu 1(a)(iii) ta’ din id-deċiżjoni qafas li huwa applikabbli f’dan il-każ, xorta jibqa’ l-fatt li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jeżiġu f’termini identiċi li l-persuna kkonċernata għandha jkollha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>l-opportunità li jkollha l-każ deċiż minn qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kwistjoni dwar jekk id-dritt għal rimedju huwiex iggarantit minkejja l-obbligu li tiġi osservata proċedura amministrattiva preliminari qabel ma l-kawża tiġi eżaminata minn qorti li għandha kompetenza b’mod partikolari f’materji kriminali, fis-sens tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 1(a)(iii) ta’ din id-deċiżjoni qafas ma jeżiġix li l-kawża tkun tista’ tiġi direttament suġġetta għal tali qorti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sa fejn id-Deċiżjoni Qafas 2005/214 tapplika wkoll għas-sanzjonijiet pekunjarji imposti minn awtoritajiet amministrattivi, jista’ jkun meħtieġ, skont il-karatteristiċi partikolari tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri, li qabel tinżamm fażi amministrattiva. Madankollu, l-aċċess għal qorti kompetenti, b’mod partikolari, f’materji kriminali, fis-sens ta’ din id-deċiżjoni qafas, ma għandux jiġi suġġett għal kundizzjonijiet li jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Rigward, fit-tieni lok, l-estensjoni u n-natura tal-istħarriġ eżerċitat mill-qorti li tista’ tkun adita, din tal-aħħar għandha jkollha kompetenza sħiħa sabiex teżamina l-każ fir-rigward kemm tal-evalwazzjoni fid-dritt kif ukoll taċ-ċirkustanzi fattwali u għandha jkollha, b’mod partikolari, il-possibbiltà li teżamina l-provi u tistabbilixxi fuq din il-bażi r-responsabbiltà tal-persuna kkonċernata kif ukoll jekk il-penali hijiex adegwata (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, minkejja l-fatt li, konformement mal-leġiżlazzjoni Olandiża, ir-rikors kontra d-deċiżjoni taċ-CJIB li timponi sanzjoni huwa eżaminat minn prosekutur pubbliku taħt l-awtorità ġerarkika tal-Ministru għall-Ġustizzja, din il-leġiżlazzjoni tipprovdi li l-persuna kkonċernata tista’ tadixxi lill-kantonrechter (il-Qorti Kantonali) b’rikors kontra d-deċiżjoni ta’ dan il-prosekutur pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi evalwat jekk prosekutur pubbliku kompetenti sabiex jeżamina rikors kontra d-deċiżjoni taċ-CJIB li timponi sanzjoni għall-ksur ta’ kondotta li tmur kontra r-regoli li jirregolaw it-traffiku stradali huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>qorti li għandha<?PAGE NO="9"?> l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, għandu jiġi vverifikat jekk il-kantonrechter (il-Qorti Kantonali) imsemmija fil-punt preċedenti tikkostitwixxix tali qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, imsemmi fl-imsemmija dispożizzjoni, jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett kull qorti li tapplika proċeduri li jissodisfaw il-karatteristiċi essenzjali ta’ proċeduri kriminali u, b’mod partikolari, għandha kompetenza sħiħa u tapplika proċedura li hija suġġetta għall-osservanza tal-garanziji proċedurali xierqa f’materji kriminali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, mitluba sabiex tagħti risposti utli lill-qorti nazzjonali, hija kompetenti sabiex tagħti indikazzjonijiet, abbażi tal-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll tal-osservazzjonijiet li ġew ippreżentati lilha, b’mod li jippermettu lill-qorti tar-rinviju tiddeċiedi l-kawża konkreta li għandha quddiemha (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210126">26 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:64">EU:C:2021:64</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’din il-kawża, kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-kantonrechter (il-Qorti Kantonali), imsemmija fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, tista’ tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet ta’ liġi u ta’ fatt, kif ukoll fuq il-proporzjonalità tal-multa imposta fir-rigward tal-ksur imwettaq, peress li l-proċedura quddiem din il-qorti hija suġġetta għall-garanziji proċedurali xierqa fil-qasam kriminali. B’mod partikolari, dawn il-garanziji jirrigwardaw il-mod kif id-dokumenti relatati mal-kawża jinġiebu għall-attenzjoni tal-persuna kkonċernata, is-smigħ f’seduta pubblika li għaliha din il-persuna kkonċernata hija msejħa, il-possibbiltà li tiġi assistita jew irrappreżentata, eżami tax-xhieda u tal-periti u l-użu ta’ interpretu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-imsemmija kantonrechter (il-Qorti Kantonali) għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>qorti li għandha l-kompetenza, b’mod partikolari, f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanza, imsemmija mill-qorti tar-rinviju, li, konformement mal-leġiżlazzjoni Olandiża, fil-każ fejn il-multa imposta hija ta’ ammont ogħla jew ekwivalenti għal EUR 225, l-eżami tar-rikors minn qorti huwa suġġett għall-ħlas minn din il-persuna kkonċernata ta’ garanzija ekwivalenti għal dan l-ammont, din hija irrilevanti f’dan il-każ. Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kawża prinċipali, il-multa imposta miċ-CJIB fuq D. B. kienet ta’ EUR 92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni li timponi b’mod definittiv sanzjoni pekunjarja fuq persuna fiżika, meħuda minn awtorità tal-Istat Membru emittenti, li ma tkunx qorti, minħabba reat kriminali fir-rigward tad-dritt ta’ dan l-Istat Membru, tikkostitwixxi “deċiżjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru tipprevedi li r-rikors kontra din id-deċiżjoni hija, fl-ewwel lok, eżaminata minn prosekutur pubbliku taħt l-awtorità ġerarkika tal-Ministru għall-Ġustizzja, qorti li għandha kompetenza b’mod partikolari f’materji kriminali li sussegwentement jistgħu jiġu aditi mill-persuna kkonċernata jekk dan il-prosekutur pubbliku jadotta deċiżjoni li tiċħad dan l-appell, bil-kundizzjoni li l-aċċess għal din il-qorti ma jkunx suġġett għal kundizzjonijiet li jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal‑<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni li timponi b’mod definittiv sanzjoni pekunjarja fuq persuna fiżika, meħuda minn awtorità tal-Istat Membru emittenti, li ma tkunx qorti, minħabba reat kriminali fir-rigward tad-dritt ta’ dan l-Istat Membru, tikkostitwixxi “deċiżjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru tipprevedi li r-rikors kontra din id-deċiżjoni hija, fl-ewwel lok, eżaminata minn prosekutur pubbliku taħt l-awtorità ġerarkika tal-Ministru għall-Ġustizzja, qorti li għandha kompetenza b’mod partikolari f’materji kriminali li sussegwentement jistgħu jiġu aditi mill-persuna kkonċernata jekk dan il-prosekutur pubbliku jadotta deċiżjoni li tiċħad dan l-appell, bil-kundizzjoni li l-aċċess għal din il-qorti ma jkunx suġġett għal kundizzjonijiet li jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>