|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/882 |
15.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/882
tal-14 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti korpi ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħala kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (2) li fih il-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 bħala kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi f’pajjiżi terzi għall-fini tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 45(1), il-punt (b)(i), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-kriterji li l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll iridu jissodisfaw sabiex jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll meta jippreżentaw it-talba tagħhom għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni, li tikkonsisti f’dossier tekniku. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat it-talbiet għar-rikonoxximent minn “Bio Latina Certificadora”, “Primus Auditing Operations Mexico” u “PT BIOCert Indonesia”. Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dossiers tekniċi tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li dawk il-korpi ta’ kontroll jiġu rikonoxxuti għal ċerti kategoriji ta’ prodotti f’ċerti pajjiżi terzi, għal żmien indefinit. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat ukoll, f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, it-talbiet għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ prodotti u għal ċerti pajjiżi terzi minn “ACO Certification Limited”, “ACT Organic Company Limited”, “CCPB Srl”, “Ecocert SAS”, “Mayacert S.A.” u “OneCert International Private Limited”. Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dossiers tekniċi tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li dawk il-korpi ta’ kontroll jiġu rikonoxxuti għall-kategoriji ta’ prodotti u għall-pajjiżi terzi mitluba, għal żmien indefinit. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li rċeviet notifika mingħand “Balkan Biocert Macedonia DOOEL Skopje” dwar l-intenzjoni tiegħu li b’mod volontarju jirrinunzja r-rikonoxximent tiegħu. Abbażi ta’ din in-notifika, il-Kummissjoni kkonkludiet li jixraq li dan il-korp ta’ kontroll jitneħħa mil-lista ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti stabbilita fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/883 (4) estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tal-Ġappun għall-finijiet ta’ ekwivalenza għall-bhejjem ħajjin u għall-prodotti mhux ipproċessati mill-annimali kif ukoll għall-prodotti agrikoli ipproċessati kollha għall-użu bħala ikel, inkluż l-inbid u x-xorb alkoħoliku, b’ingredjenti mkabbra b’mod organiku li jkunu tkabbru fil-Ġappun, jew li jkunu ġew importati fil-Ġappun mill-Unjoni Ewropea, minn pajjiżi terzi li l-metodi ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti mill-Ġappun bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża, jew minn pajjiżi terzi permezz tas-sistema ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Ġappun bħala kompetenti li jiċċertifikaw lill-operaturi f’dawk il-pajjiżi terzi bħala konformi mar-regoli tal-produzzjoni organika tal-Ġappun. Konsegwentement, dawk il-kategoriji ta’ prodotti ma għadhomx jeħtieġu li jiġu inklużi fil-lista tal-kategoriji ta’ prodotti ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 2(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378, u l-korpi ta’ kontroll “Control Union Certifications B.V.”, “Ecocert SAS”, “Japan Organic and Natural Foods Association” u “Organic Crop Improvement Association International Inc”, elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament għalhekk ma għadhomx kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati organiċi għalihom fil-Ġappun għall-fini tal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/1378 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1378/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1698/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/883 tal-14 ta’ Mejju 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti pajjiżi terzi u ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni tal-prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L, 2025/883, 15.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/883/oj.
ANNESS
It-tielet paragrafu tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata għal ACO Certification Limited hija sostitwita b’dan li ġej: “ACO Certification Limited
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/ 2325/oj “;" |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
l-entrata għal ACT Organic Company Limited hija sostitwita b’dan li ġej: “ACT Organic Company Limited
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
titħassar l-entrata għal Balkan Biocert Macedonia DOOEL Skopje; |
|
(4) |
wara l-entrata għal Bioagricert s.r.l. Unipersonale, tiddaħħal l-entrata li ġejja: “Bio Latina Certificadora
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
l-entrata għal CCPB Srl hija sostitwita b’dan li ġej: “CCPB Srl
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
fil-punt 1 tal-entrata għal Control Union Certifications B.V., ir-ringiela għall-Ġappun hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
l-entrata għal Ecocert SAS hija sostitwita b’dan li ġej: “Ecocert SAS
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
l-entrata għal Japan Organic and Natural Foods Association, ir-ringiela għall-Ġappun hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(9) |
l-entrata għal Mayacert S.A. hija sostitwita b’dan li ġej: “Mayacert S.A.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) |
l-entrata għal OneCert International Private Limited hija sostitwita b’dan li ġej: “ONECERT INTERNATIONAL PRIVATE LIMITED
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11) |
fil-punt 1 tal-entrata għal Organic Crop Improvement Association International Inc, ir-ringiela għall-Ġappun hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(12) |
wara l-entrata għal ORSER KONTROL VE SERTİFİKASYON ANONİM ŞİRKETİ, jiddaħħlu ż-żewġ entrati li ġejjin: “Primus Auditing Operations Mexico
PT BIOCert Indonesia
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/ 2325/oj “;”
(*2) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/882/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)